Talbiet żgħar

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija ntiża biex tissimplifika u tħaffef it-talbiet transfruntiera sa EUR 5 000.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri eżistenti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Sentenza mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rikonoxxuta u eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u mingħajr l-ebda possibbiltà li jiġi oppost ir-rikonoxximent tagħha.

Ġew stabbiliti formularji standard għall-proċedura għal Talbiet Żgħar u huma disponibbli hawnhekk bil-lingwi kollha. Biex tibda’ l-proċedura, irid jimtela il-“Formularju A”. Kull dokument ta' prova rilevanti, bħal riċevuti, kontijiet, eċċ. għandu jiġi mehmuż mal-formularju.

Il-formularju A għandu jintbagħat lill-qorti li għandha l-ġurisdizzjoni. Ladarba l-qorti tirċievi l-formularju ta’ applikazzjoni trid timla l-parti tagħha tal-“Formularju ta’ Risposta”. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi l-formularju ta’ applikazzjoni, il-qorti għandha tinnotifika kopja tagħha, flimkien mal-Formularju ta’ Risposta, lill-konvenut. Il-konvenut għandu 30 jum biex iwieġeb, billi jimla l-parti tiegħu tal-Formularju ta’ Risposta. Il-qorti trid tibgħat kopja ta’ kwalunkwe tweġiba lill-attur fi żmien 14-il jum.

Fi żmien 30 jum minn meta tirċievi t-tweġiba tal-konvenut (jekk ikun il-każ) il-qorti trid tagħti sentenza dwar it-talba żgħira, titlob aktar dettalji bil-miktub mingħand kwalunkwe waħda mill-partijiet, jew inkella ssejjaħ lill-partijiet għal smigħ orali. Jekk ikun hemm smigħ orali, mhemmx il-ħtieġa li jkun hemm rappreżentazzjoni minn avukat u jekk il-qorti jkollha tagħmir xieraq is-smigħ għandu jsir permezz ta’ vidjokonferenza jew telekonferenza.

Biċ-ċertifikat maħruġ mill-qorti (li jista’ jkun hemm bżonn li jinqaleb fl-ilsien tal-Istat Membru l-ieħor), u b’kopja tas-sentenza, is-sentenza tkun eżegwibbli fl-Istati Membri l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea, mingħajr l-ebda formalitajiet oħrajn. L-unika raġuni li għaliha jista’ jiġi rrifjutat l-infurzar fi Stat Membru ieħor hija li tkun irrikonċiljabbli ma’ sentenza oħra fl-Istat Membru l-ieħor bejn l-istess partijiet. L-eżekuzzjoni isseħħ f’konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membru fejn is-sentenza tkun qed tiġi eżegwita.

Ħoloq relatati

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 - test konsolidat tal-14 ta’ Ġunju 2017 PDF (1906 Kb) mt

Gwida għall-UTENTI għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar PDF (1828 Kb) mt

Gwida ta’ Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar PDF (2367 Kb) mt

Infografika għall-konsumaturi PDF (106 Kb) mt

Fuljett għall-professjonisti legali PDF (559 Kb) mt

Fuljett għan-negozji PDF (239 Kb) mt

Sett ta’ għodod tal-web – informazzjoni dwar Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Talbiet żgħar – notifiki tal-Istati Membri u għodda ta' tfittxija li tgħin fl-identifikazzjoni tal-qorti/qrati/awtorità/awtoritajiet kompetenti

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Talbiet żgħar - Belġju

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar fil-leġiżlazzjoni Belġjana, għalkemm huma disponibbli proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas (procédure sommaire d’injonction de payer/summiere rechtspleging om betaling te bevelen): ara l-fajl apparti.

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Tintuża l-proċedura leġiżlattiva ordinarja li hija sempliċi ħafna.

Fil-qosor, il-proċedura ordinarja ssir kif ġej:

  • taħrika (citation/dagvaardiging) permezz ta' avviż mingħand il-bailiff (exploit d’huissier/deurwaardersexploot)
  • skambju ta' argumenti bil-miktub, jiġu ddikjarati s-sejbiet (conclusions/conclusies)
  • data tas-smigħ (l-avukati jippreżentaw l-argumenti tagħhom) (plaidoirie/pleidooi) u konklużjoni tad-dibattiti
  • sentenza.

Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda simplifikazzjoni, iżda ċertu talbiet ma jitressqux permezz ta' taħrika tat-tip imsemmi hawn fuq iżda permezz ta' rikors ġuramentat ippreżentat lill-qorti (requête contradictoire/verzoekschrift op tegenspraak) (Artikoli 1034bis sa 1034sexies tal-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek). Dan ir-rikors jiġi ppreżentat pereżempju f'każ ta' tilwim bejn is-sid u l-kerrej. It-Taqsima 1344bis tal-Kodiċi Ġudizzjarju jistipula li, dejjem soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-lokazzjoni ta' art rurali, kwalunkwe talba li tirrigwarda l-kirja ta' proprjetà tista' titressaq permezz ta' rikors ippreżentat fir-reġistru (greffe/griffie) tal-kummissarju tal-ġustizzja (justice de paix/vredegerecht).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

1.3 Formoli

1.4 Assistenza

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

1.6 Proċedura bil-miktub

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Ħolqiet

Il-leġiżlazzjoni relatata mal-proċedimenti sommarji għall-ordni ta' ħlas: Websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja:

  • Agħfas fuq "Leġiżlazzjoni kkonsolidata" taħt l-intestatura "Sorsi tal-liġi
  • Agħżel il-"Kodiċi Ġudizzjarju" taħt l-intestatura "Natura legali"
  • Daħħal iċ-ċifri "664" taħt l-intestatura "kliem"
  • Agħfas fuq "Fittex" u mbagħad fuq "Lista".
  • Agħfas fuq "Dettalji".
L-aħħar aġġornament: 03/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Bulgarija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar. Mill-1.1.2009, il-qrati Bulgari japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dawn il-proċedimenti jinstemgħu fil-qrati reġjonali, filwaqt li għal kwistjonijet li mhumiex speċifikati fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 japplikaw ir-regoli ġenerali tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.3 Formoli

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Bulgaru ma jipprovdix għal proċedura għal talbiet żgħar.

L-aħħar aġġornament: 11/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Iċ-Ċekja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ir-Repubblika Ċeka ma għandix proċedura speċifika għal talbiet żgħar. Il-kategorija ta’ talbiet żgħar (jiġifieri l-kunsiderazzjoni tal-ammont ta’ kumpens finanzjarju) tiġi trattata biss fil-proċedimenti ta’ appell.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-Artikolu 202(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi illi ma jistgħux isiru appelli minn sentenzi dwar kumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 10 000, minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba; dan ma japplikax għal sentenzi mogħtija b’kontumaċja.

L-appelli għalhekk jistgħu jsiru kontra sentenzi mogħtija b’kontumaċja, anke jekk ikun jikkonċernaw ammonti inqas minn CZK 10 000.

L-Artikolu 238(1)(c) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi illi l-appelli fuq punt ta’ liġi mhux ammissibbli minn sentenzi u ordnijiet tal-qorti li fihom il-parti operattiva kkontestata fl-appell kienet iddeċidiet dwarkumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 50 000 (minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba), ħlief fejn jikkonċernaw relazzjonijiet kuntrattwali tal-konsumatur jew ta’ impjieg.

1.3 Formoli

Mhemmx formoli speċifiċi għal proċedura għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, il-qrati għandhom jinfurmaw lill-partijiet bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom. F’dan ir-rigward, il-liġi tistabbilixxi liema pariri għandha tagħti l-qorti lill-partijiet f’dik is-sitwazzjoni proċedurali partikolari.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

L-istess regoli jirregolaw is-sottomissjoni, l-evalwazzjoni u l-ġbir tal-provi fil-litigazzjoni skont il-proċedura ċivili, irrispettivament mill-ammonti involuti.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-liġi dwar il-proċedura għal talbiet żgħar ma għandhiex xi eċċezzjonijiet għal mod li bihom jitmexxew il-proċedimenti.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza dwar talbiet żgħar ma fihiex kontenut differenti minn oħrajn.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rimborż tal-ispejjeż huwa regolat mir-regoli ġenerali dwar il-proċedura ċivili.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Kif imsemmi aktar il-fuq, ma jistgħux isiru appelli minn sentenzi dwar kumpens finanzjarju li ma jaqbiżx CZK 10 000, minbarra l-imgħax u l-imposti marbuta mat-talba; dan ma japplikax għal sentenzi mogħtija b’kontumaċja.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Ġermanja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ma hemmx proċedura speċjali għal talbiet żgħar fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung, ZPO). Madankollu, it-Taqsima 495a tal-Kodiċi għandha dispożizzjoni dwar proċedura simplifikata. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-qorti tiddeċiedi kif tmexxi f’każijiet, fid-diskrezzjoni raġonevoli tagħha, fejn il-valur inkwistjoni huwa ta’ EUR 600 jew inqas. Il-Kodiċi ma jillimitax din il-possibbiltà b’kull mod ieħor: pereżempju, ma jillimitahiex għal xi tip ta’ tilwima partikolari.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

F’dawn il-każijiet, għalhekk, il-qorti tista’ tiddeċiedi kif tmexxi fid-diskrezzjoni raġonevoli tagħha u, b’mod partikolari, tista’ tuża ċerti metodi partikolari biex tissimplifika l-proċedura. Il-qorti mhix obbligata tagħmel hekk. Anki fejn il-valur inkwistjoni huwa ta’ inqas minn EUR 600 il-qorti tista’ tmexxi wkoll skont ir-regoli tas-soltu.

Jekk il-qorti tiddeċiedi l-proċedura li se tadotta fid-diskrezzjoni tagħha, il-partijiet ma jistgħux jopponu. Jistgħu jitolbu biss għal seduta ta’ smigħ.

1.3 Formoli

Ma hemmx formoli standard obbligatorji.

1.4 Assistenza

Japplikaw ir-regoli tas-soltu. Dan għaliex il-proċedimenti huwa simplifikati biss skont il-proċedura li ntgħażlet. Il-partijiet li ma għandhomx rappreżentanza legali huma megħjuna bl-istess mod bħal dawk li għandhom rappreżentanza legali. Pereżempju, f’kawżi quddiem il-qrati lokali (Amtsgerichte) it-talba tista’ tiġi preżentata oralment fir-reġistru tal-qorti. Anki persuna li għandha rappreżentanza legali tista’ tippreżenta t-talba tagħha oralment flok tippreżentaha permezz tal-avukat tagħha.

Bl-istess mod, il-kwistjoni dwar jekk parti għandhiex rappreżentanza legali jew le ma taffettwax in-natura u l-iskop tad-dmir tal-qorti li tinforma u tagħti parir (Aufklärungs- und Hinweispflichten). Il-qorti għandu obbligu legali li tispjega l-proċedimenti minn lenti legali u fattwali u tiċċara l-kwistjonijiet.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ma hemmx restrizzjoni fuq il-qorti li tiġbor il-provi bil-metodi tas-soltu. Għall-kuntrarju tal-prinċipju ta’ provi diretti (Unmittelbarkeit) li kieku japplika u jfisser li x-xhieda, l-esperti jew il-partijiet infushom iridu jinstemgħu qabel ma jibda l-proċess fil-preżenza tal-partijiet, fi proċedimenti simplifikati l-Qorti tista’ pereżempju tordna li x-xhieda, l-esperti jew il-partijiet isirulhom il-mistoqsijiet bit-telefown jew bil-miktub.

1.6 Proċedura bil-miktub

Tista’ tintuża proċedura esklużivament bil-miktub. Madankollu, irid ikun hemm proċedimenti orali jekk issir talba minn waħda mill-partijiet.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

L-istruttura tas-sentenza hija aktar sempliċi minn dik fi proċedimenti ordinarji. Dan għaliex għas-sentenzi fejn il-valur inkwistjoni huwa inqas minn EUR 600 ġeneralment ma hemmx appell.

Pereżempju, id-deskrizzjoni tal-fatti ma ssirx. Jistgħu jitħallew barra wkoll ir-raġunijiet għad-deċiżjoni jekk il-partijiet ikunu lesti jaċċettawha, jew jekk il-kontenut essenzjali tar-raġunijiet diġà jinstab fil-fajl tal-qorti. Madankollu, minħabba r-rekwiżiti tar-relazzjonijiet legali internazzjonali, ir-raġunijiet għas-sentenza jridu jingħataw jekk is-sentenza hija mistennija tiġi eżegwita barra l-pajjiż (it-Taqsima 313a(4) Nru 5 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Jekk, b’mod eċċezzjonali, il-qorti tippermetti li jsir appell, l-istruttura tas-sentenza ssir skont ir-regoli tas-soltu.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ma hemmx restrizzjonijiet dwar ir-rimborż tal-ispejjeż; japplikaw ir-regoli tas-soltu.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Bħala regola ġenerali għas-sentenzi fejn il-valur inkwistjoni huwa inqas minn EUR 600 ma hemmx appell. Madankollu, b’eċċezzjoni, appell jista’ jsir jekk fis-sentenza l-ewwel qorti tippermetti appell.   Dan jista’ jkun għaliex il-każ huwa ta’ importanza fundamentali, jew għaliex hija meħtieġa deċiżjoni mill-qorti tal-appell sabiex tiżviluppa l-liġi jew tiġi żgurata ġurisprudenza konsistenti.

Jekk l-appell ma jitħalliex isir, l-ewwel qorti trid terġa’ tisma’ l-każ jekk il-parti li topponi s-sentenza ssostni li l-qorti naqqset milli tisma’ l-argumenti tagħha b’mod xieraq u b’mod li huwa materjalment importanti għad-deċiżjoni. Jekk l-oġġezzjoni ma tiġix rimedjata mill-qorti tal-proċess, l-uniku mezz għall-parti huwa li tippreżenta rikors kostituzzjonali quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Federali.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Estonja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ir-regoli proċedurali nazzjonali għall-proċeduri ġudizzjarji li jikkonċernaw il-kawżi ċivili huma stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik).

Skont l-Artikolu 403 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, qorti tista’, bil-kunsens tal-partijiet, tagħti deċiżjoni mingħajr seduta.

Skont l-Artikolu 404 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, qorti tista’ tordna li kawża li tinvolvi azzjoni b’valur monetarju tiġi ttrattata permezz ta’ proċedura bil-miktub jekk il-valur tal-kawża ma jaqbiżx ammont li jikkorrispondi għal €4,500 għat-talba prinċipali u għal €8,000 flimkien mat-talbiet anċillari.

Skont l-Artikolu 405 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, qorti teżerċita diskrezzjoni ġusta u tista’ tittratta azzjoni permezz tal-proċedura simplifikata, filwaqt li tosserva biss il-prinċipji proċedurali ġenerali stabbiliti fil-Kodiċi, jekk l-azzjoni inkwistjoni jkollha valur monetarju u l-valur tal-kawża ma jaqbiżx ammont li jikkorrispondi għal €3,500 għat-talba prinċipali u għal €7,000 flimkien mat-talbiet anċillari.

Jekk il-pretendent jitlob dan, azzjoni għall-ħlas ta’ flus li tirriżulta minn kambjala jew ċekk jew azzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja li tirriżulta minn ipoteka, ipoteka ta’ vapur jew rahan irreġistrat tiġi ttrattata bl-użu tal-proċedura dokumentarja, dment li l-elementi kollha li jissostanzjaw it-talba jkunu jistgħu jiġu ppruvati permezz ta’ dokumenti u li d-dokumenti meħtieġa jkunu mehmuża mal-azzjoni jew il-pretendent jippreżentahom fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-qorti.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

1.2 Jekk il-partijiet jaqblu, il-qorti tista’ tordna li kawża ċivili tiġi ttrattata permezz ta’ proċedura bil-miktub, irrispettivament mit-tip u l-valur tal-kawża.

Il-qorti tista’ tordna li tintuża proċedura bil-miktub mingħajr il-qbil tal-partijiet jekk il-kawża tinvolvi azzjoni b’valur monetarju u l-valur tal-kawża ma jaqbiżx ammont li jikkorrispondi għal €4,500 għat-talba prinċipali u għal €8,000 flimkien mat-talbiet anċillari.

Il-proċedura simplifikata tista’ tiġi applikata jekk l-azzjoni jkollha valur monetarju u l-valur tal-azzjoni ma jaqbiżx ammont ekwivalenti għal €3,500 għat-talba prinċipali u għal €7,000 flimkien mat-talbiet anċillari.

Meta azzjoni għall-ħlas ta’ flus li tirriżulta minn kambjala jew ċekk jew azzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja li tirriżulta minn ipoteka, ipoteka fuq vapur jew rahan irreġistrat tiġi ttrattata bl-użu tal-proċedura dokumentarja, ma jiġi stabbilit l-ebda valur ta’ limitu.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Ir-rikorsi skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti elettronikament jew permezz ta’ fornitur ta’ servizzi postali. Ir-rikorsi jistgħu jiġu sottomessi elettronikament permezz tas-sistema ta’ informazzjoni maħluqa għal dak l-għan (is-Sistema Pubblika e-File (Avalik E-toimik), Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/) jew billi tintbagħat email lill-indirizz tal-posta elettronika indikat. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati Estonjani huma disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qrati. Ir-rikorsi jridu jkunu ffirmati mill-mittent. Ir-rikorsi sottomessi elettronikament għandu jkollhom il-firma diġitali tal-mittent jew ikunu ġew trażmessi b’mod sigur simili li jippermetti li l-mittent jiġi identifikat. Ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati wkoll elettronikament bil-faks jew f’forma oħra li kapaċi tipproduċi rekord bil-miktub, dment li l-kopja oriġinali tad-dokument bil-miktub tiġi ppreżentata lill-qorti mingħajr dewmien. Meta tiġi segwita l-proċedura simplifikata, il-qorti tista’ tevita d-dispożizzjonijiet legali dwar ir-rekwiżiti għall-forma li fiha għandhom jiġu ppreżentati r-rikorsi.

Meta tordna l-użu tal-proċedura bil-miktub bil-kunsens tal-partijiet skont l-Artikolu 403 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti tistabbilixxi malajr kemm jista’ jkun il-perjodu ta’ żmien li matulu jistgħu jiġu ppreżentati r-rikorsi u d-dokumenti, tistabbilixxi d-data biex is-sentenza ssir pubblika, u tinforma lill-partijiet b’dan. Il-partijiet jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-proċedura bil-miktub biss jekk is-sitwazzjoni proċedurali tinbidel b’mod sinifikanti. Jekk parti tonqos milli tinforma lill-qorti jekk taqbilx mal-proċedura bil-miktub, jiġi preżunt li tixtieq li l-kawża tiġi eżaminata f’seduta.

Skont l-Artikolu 404 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta tordna l-użu tal-proċedura bil-miktub f’kawża li tinvolvi azzjoni b’valur monetarju, il-qorti tistabbilixxi l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rikorsi u tad-dokumenti, tistabbilixxi d-data biex is-sentenza ssir pubblika, u tinforma lill-partijiet b’dan. Il-qorti tista’ tbiddel l-iskadenza meta dan ikun iġġustifikat minn bidla fis-sitwazzjoni proċedurali. Il-qorti tħassar l-użu tal-proċedura bil-miktub jekk tqis li huwa essenzjali li parti tidher personalment biex tispjega l-fatti li jiffurmaw il-bażi għall-azzjoni. Jekk parti titlob dan, tinstema’ irrispettivament minn jekk tkunx ġiet ordnata proċedura bil-miktub.

Skont l-Artikolu 405(3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-qorti tista’ tittratta azzjoni billi tuża l-proċedura simplifikata mingħajr il-ħtieġa ta’ ordni speċifika għal dan l-għan. Meta teżerċita diskrezzjoni ġusta u tittratta azzjoni bl-użu tal-proċedura simplifikata, il-qorti tosserva biss il-prinċipji proċedurali ġenerali. Fil-proċedura simplifikata, il-qorti tiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet proċedurali essenzjali tal-partijiet fil-proċedimenti jiġu rrispettati u tisma’ wkoll parti fuq it-talba tagħha. Ma huwiex meħtieġ li tissejjaħ seduta għal dan. Madankollu, il-partijiet fil-proċedimenti jridu jiġu infurmati dwar id-dritt tagħhom li jinstemgħu mill-qorti. Is-simplifikazzjoni tal-proċedimenti hija għażla għall-qorti, iżda mhux obbligu.

Meta tittratta azzjoni bl-użu tal-proċedura simplifikata, il-qorti tista’, fost affarijiet oħra:

  • iżżomm rekords tal-atti proċedurali biss sa fejn il-qorti tqis li dawn ikunu meħtieġa, u teskludi d-dritt li jitressqu oġġezzjonijiet għal tali rekords;
  • tistabbilixxi skadenzi li jkunu differenti minn dawk stabbiliti mil-liġi;
  • tirrikonoxxi wkoll persuni mhux imsemmija fil-liġi bħala rappreżentanti kuntrattwali ta’ parti fil-proċedimenti;
  • tevita d-dispożizzjonijiet legali dwar ir-rekwiżiti għall-forma li fiha tiġi ppreżentata u miġbura l-evidenza, u tirrikonoxxi wkoll bħala evidenza mezzi ta’ prova li ma ngħatawx taħt ġurament, inklużi dikjarazzjonijiet mill-partijiet fil-proċedimenti;
  • tevita d-dispożizzjonijiet legali dwar ir-rekwiżiti għan-notifika ta’ atti proċedurali u l-forma li fiha l-atti għandhom jiġu ppreżentati mill-partijiet fil-proċedimenti, ħlief meta jiġi nnotifikat avviż ta’ azzjoni lill-konvenut;
  • taqta’ l-proċedimenti preliminari bil-miktub jew is-seduta;
  • tiġbor evidenza fuq inizjattiva tagħha stess;
  • tagħti sentenza fil-kawża mingħajr parti deskrittiva jew motivazzjoni;
  • tiddikjara deċiżjoni meħuda fil-kawża bħala infurzabbli mingħajr dewmien anki f’każijiet oħra għajr dawk previsti mil-liġi jew mingħajr il-garanzija preskritta mil-liġi.

Meta l-valur ta’ kawża ċivili jkun fil-limitu tal-proċedura simplifikata, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura simplifikata, inkluż fil-każ ta’ appell minn deċiżjoni meħuda fil-proċedura simplifikata. Dan huwa wkoll il-każ meta tiġi aġġudikata kawża ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1) sa fejn dan ma jkunx irregolat minn dak ir-Regolament. Fuq il-bażi tar-Regolament, il-kawża tista’ tiġi deċiża mill-qorti tal-kontea (maakohus) bil-ġuriżdizzjoni rilevanti.

Il-proċedura dokumentarja tiġi applikata fuq talba tal-pretendent, dment li l-elementi kollha li jissostanzjaw it-talba jkunu jistgħu jiġu ppruvati bl-użu ta’ dokumenti u li d-dokumenti meħtieġa jkunu mehmuża mal-azzjoni jew il-pretendent jippreżentahom fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-qorti.

Il-mezzi ta’ notifika elettronika li jistgħu jintużaw biex jintbagħtu dokumenti lill-qrati Estonjani huma s-sistema ta’ informazzjoni elettronika (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/) u n-notifika ta’ dokumenti bil-posta elettronika jew bil-faks. Meta dokument jintbagħat lill-qorti bil-faks, il-kopja oriġinali tad-dokument bil-miktub trid tiġi ppreżentata lill-qorti mingħajr dewmien ladarba jkun intbagħat il-faks. Meta jiġi ppreżentat appell minn deċiżjoni tal-qorti, il-kopja oriġinali tal-appell trid tiġi ppreżentata fi żmien għaxart ijiem.

Il-qorti tista’ tqis li dokument ta’ petizzjoni jew dokument proċedurali ieħor mibgħut bil-posta elettronika minn parti fil-proċedimenti jkun biżżejjed anki jekk ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-firma diġitali, dment li l-qorti ma jkollha l-ebda dubju dwar l-identità tal-mittent jew dwar intbagħatx id-dokument, b’mod partikolari meta d-dokumenti li jkollhom firma diġitali jkunu diġà ntbagħtu lill-qorti mill-istess indirizz tal-posta elettronika fl-istess kawża mill-istess parti jew meta l-qorti tkun qablet li l-petizzjonijiet jew dokumenti oħra jistgħu jiġu ppreżentati lilha wkoll b’dan il-mod.

Huwa possibbli wkoll li jingħata l-kunsens minn qabel elettronikament permezz tas-sistema ta’ informazzjoni elettronika (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.e-toimik.ee/), bil-posta elettronika jew bil-faks. L-aċċettazzjoni ta’ notifika b’mezzi elettroniċi skont l-Artikolu 13(1)(b)(ii) tar-Regolament Ewropew dwar Talbiet Żgħar tista’ tiġi ppreżentata wkoll lill-qorti mal-applikazzjoni għal Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Id-dokumenti proċedurali ġeneralment iridu jiġu nnotifikati lill-avukati, lin-nutara, lill-uffiċjali ġudizzjarji, lit-trustees f’falliment u lill-aġenziji tal-gvern statali jew lokali elettronikament, permezz tas-sistema ta’ informazzjoni deżinjata. In-notifika ta’ dokumenti bl-użu ta’ metodi oħra hija permessa biss jekk ikun hemm motivazzjoni leġittima.

Appell minn sentenza tal-qorti mogħtija fi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali (ringkonnakohus) li għandha ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-qorti tal-kontea li tat is-sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. L-appell irid jiġi ppreżentat bil-miktub u jrid jinkludi:

  1. l-isem tal-qorti li ħarġet is-sentenza kkontestata, id-data tas-sentenza u n-numru tal-kawża ċivili;
  2. talba espressa mill-appellant, li tindika kemm il-punt sa fejn l-appellant qed jikkontesta s-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza kif ukoll id-deċiżjoni tal-qorti distrettwali li qed jitlob l-appellant;
  3. ir-raġunijiet għall-appell;
  4. iż-żmien li fih ġiet innotifikata s-sentenza appellata.

Ir-raġunijiet għall-appell iridu jinkludu:

  1. id-dispożizzjoni legali miksura mill-qorti tal-prim’istanza fis-sentenza tagħha jew fil-formulazzjoni tas-sentenza tagħha, jew il-fatti li l-qorti tal-prim’istanza stabbiliet b’mod żbaljat jew inadegwat;
  2. il-kawża tal-ksur tad-dispożizzjoni legali jew tal-istabbiliment inkorrett jew inadegwat tal-fatti;
  3. referenza għall-provi li l-appellant jixtieq juża biex jipprova kull dikjarazzjoni ta’ fatt.

Il-provi dokumentarji li ma ġewx ippreżentati fil-qorti tal-prim’istanza u li l-appellant jitlob lill-qorti taċċettahom għandhom jiġu inklużi mal-appell.

Meta jingħataw fatti u provi ġodda bħala l-bażi għal appell, ir-raġuni li l-fatti u l-provi l-ġodda ma ġewx ippreżentati fil-qorti tal-prim’istanza trid tiġi indikata fl-appell.

Jekk l-appellant jixtieq li l-qorti tisma’ xhud jew tilqa’ dikjarazzjoni taħt ġurament minn parti fil-proċedimenti jew tirranġa għal perizja jew spezzjoni, dan irid jiġi indikat fl-appell u għandhom jingħataw ir-raġunijiet. F’dan il-każ, l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tax-xhieda jew tal-esperti jridu jiġu indikati fl-appell, jekk ikunu magħrufa.

Jekk l-appellant jixtieq li l-kawża tiġi eżaminata f’seduta fil-qorti, irid jindika dan fl-appell. Jekk dan ma jsirx, jiġi preżunt li jaqbel li l-kawża tiġi solvuta permezz ta’ proċedura bil-miktub. Il-qorti tinnotifika l-petizzjoni tal-appell lill-kontroparti u tistabbilixxi skadenza għaliha biex tippreżenta l-pożizzjoni tagħha.

Rikors għal rieżami ta’ sentenza tal-qorti skont ir-Regolament dwar il-Proċedura għal Talbiet Żgħar jiġi deċiż mill-qorti permezz ta’ deċiżjoni. Fejn meħtieġ, ir-rikors jiġi ttrattat f’seduta. Jekk ir-rikors jiġi aċċettat, il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tkompli kif kienet qabel ma ngħatat id-deċiżjoni. Jistgħu jiġu ppreżentati quddiem qorti distrettwali appelli minn sentenzi tal-qorti li jiċħdu rikorsi għal rieżami ta’ sentenzi tal-qorti. L-appelli kontra deċiżjonijiet ta’ appell maħruġa minn qorti distrettwali jistgħu jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema (Riigikohus) biss jekk il-qorti distrettwali tkun ċaħdet l-appell.

L-ammont tat-tariffa tal-istat jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-valur tal-kawża ċivili, li mbagħad jiġi ddeterminat abbażi tal-ammont mitlub. Meta jiġi kkalkulat il-valur ta’ kawża ċivili, l-ammont tat-talba prinċipali jiżdied mal-ammont tat-talbiet anċillari. Fil-każ ta’ rikors skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għall-irkupru ta’ imgħax fuq arretrati li ma jkunx sar dovut, irid jiżdied ukoll ammont li jikkorrispondi għal sena ta’ imgħax fuq l-arretrati mal-ammont. L-ammont tat-tariffa tal-istat jiġi ddeterminat abbażi tal-ammont finali riċevut (il-valur tal-kawża ċivili) u f’konformità mat-tabella ppreżentata fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAnness 1 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar it-Tariffi tal-Istat (riigilõivuseadus), kif imsemmi fl-Artikolu 59(1).

Trid titħallas tariffa tal-istat fuq nofs il-valur tal-azzjoni għal rikors għal rieżami ta’ sentenza tal-qorti fi proċedimenti li jseħħu abbażi tar-Regolament dwar il-Proċedura għal Talbiet Żgħar. Din it-tariffa tal-istat għandha tkun mhux inqas minn €100 u mhux aktar minn €2,100.

L-istess ammont tat-tariffa tal-istat irid jitħallas għall-preżentazzjoni ta’ appell kif jitħallas għall-preżentazzjoni inizjali tar-rikors skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar quddiem il-qorti tal-kontea, filwaqt li jitqies l-ambitu tal-appell. Meta jitressaq appell jew appell fil-kassazzjoni minn sentenza magħmula bl-użu tal-proċedura dokumentarja jew minn sentenza interim jew sentenza parzjali maħruġa b’riżervi, jiġi preżunt li l-valur tal-kawża huwa 1/4 tal-valur tal-kawża fil-prim’istanza.

Meta jitressaq appell fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema, trid titħallas tariffa tal-istat ta’ 1 % tal-valur tal-kawża ċivili, filwaqt li jitqies l-ambitu tal-appell. L-ammont tat-tariffa tal-istat huwa ddeterminat abbażi tal-Artikolu 59 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Istat. It-tariffa tal-istat ma tkunx inqas minn €100 u mhux aktar minn €4,760.

Trid titħallas tariffa tal-istat ta’ €70 għat-tressiq ta’ appell quddiem qorti distrettwali jew il-Qorti Suprema.

It-tariffa tal-istat tista’ titħallas permezz ta’ trasferiment bankarju fi kwalunkwe wieħed mill-kontijiet bankarji tal-Ministeru tal-Finanzi: SEB Pank – numru tal-kont bankarju EE571010220229377229 (SWIFT: EEUHEE2X); Swedbank – numru tal-kont bankarju EE062200221059223099 (SWIFT: HABAEE2X); Luminor Bank – numru tal-kont bankarju EE221700017003510302 (SWIFT: RIKOEE22); LHV Pank – numru tal-kont bankarju EE567700771003819792 (BIC/SWIFT: LHVBEE22).

Jekk sentenza tal-qorti mogħtija skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ma tiġix eżegwita b’mod volontarju, l-infurzar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċjali ġudizzjarji.

Il-qrati li jiddeċiedu dwar ir-rikorsi fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ara l-punt 1.2) għandhom is-setgħa li jieħdu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 23.

1.3 Formoli

Ma hemm l-ebda formola standard applikabbli fuq livell nazzjonali għal proċeduri simplifikati.

1.4 Assistenza

L-għajnuna legali tingħata f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar l-Għajnuna Legali ffinanzjata mill-Istat (riigi õigusabi seadus) u fil-Kapitolu 18, is-Subkapitolu 6 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-għoti ta’ għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat jiġi deċiż fuq il-bażi ta’ rikors mill-persuna kkonċernata.

Rikors biex parti fi proċedimenti ġudizzjarji f’kawża ċivili tirċievi għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat jiġi ppreżentat lill-qorti li tkun qed tittratta l-kawża jew li jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tittrattaha.

Persuna fiżika tista’ tirċievi għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha fiż-żmien li tkun teħtieġ l-għajnuna legali tfisser li ma tkunx tista’ tħallas għal servizzi legali kompetenti jew jekk tkun tista’ tħallas għas-servizzi legali parzjalment biss jew bin-nifs jew jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha ma tippermettilhiex tissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi ta’ sussistenza wara li tħallas għas-servizzi legali.

L-għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat tingħata lil persuna fiżika li, meta tippreżenta l-applikazzjoni tagħha għall-għajnuna legali, tkun domiċiljata fir-Repubblika tal-Estonja jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew tkun ċittadin tar-Repubblika tal-Estonja jew ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Id-domiċilju huwa ddeterminat abbażi tal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1). Persuni fiżiċi oħra jingħataw l-għajnuna legali biss jekk ikunu intitolati għal dan skont obbligu internazzjonali vinkolanti fuq l-Estonja.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Għall-kuntrarju tal-proċedura standard fir-rigward ta’ kawża, qorti tista’, f’każ li jkun qed jiġi ttrattat bl-użu tal-proċedura simplifikata skont l-Artikolu 405 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, tiġbor ix-xhieda fuq inizjattiva tagħha stess. Il-qorti tista’ tevita d-dispożizzjonijiet legali dwar ir-rekwiżiti għall-forma li fiha jiġu ppreżentati u kkumpilati l-provi, u tirrikonoxxi wkoll bħala evidenza mezzi ta’ prova li ma ngħatawx taħt ġurament, inklużi dikjarazzjonijiet mill-partijiet fil-proċedimenti.

Fil-proċedura dokumentarja, huma biss id-dokumenti ppreżentati mill-partijiet u d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-partijiet taħt ġurament li huma aċċettati bħala provi. L-evidenza tista’ tiġi pprovduta biss fir-rigward ta’ azzjoni għall-ħlas ta’ flus li tirriżulta minn kambjala jew ċekk, azzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja li tirriżulta minn ipoteka jew ipoteka fuq vapur, u jekk dokument huwiex ġenwin jew iffalsifikat. L-ebda evidenza oħra ma hija aċċettata, u l-oġġezzjonijiet ma jitqisux. L-ebda talba jew kontrotalba oħra ma tista’ tiġi ppreżentata fil-proċedura dokumentarja. Sabiex tingħata prova ta’ talba anċillari li tirriżulta minn kambjala jew ċekk, huwa biżżejjed li t-talba tiġi ssostanzjata.

Ir-regoli biex tinġabar l-evidenza huma stipulati fil-Kapitolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor, iż-żewġ partijiet f’kawża jridu jippruvaw il-fatti li fuqhom huma bbażati t-talbiet u l-oġġezzjonijiet tagħhom. Sakemm il-liġi ma tipprevedix mod ieħor, il-partijiet jistgħu jaqblu dwar allokazzjoni tal-oneru tal-prova differenti minn dik prevista mil-liġi, u jaqblu dwar in-natura tal-provi biex jiġu ppruvati ċerti fatti. L-evidenza tingħata mill-partijiet fil-proċedimenti. Il-qorti tista’ tistieden lill-partijiet jippreżentaw evidenza addizzjonali. Jekk parti fil-proċedimenti li tixtieq tagħti l-evidenza ma tkunx tista’ tagħtiha hija stess, hija tista’ titlob lill-qorti tiġbor l-evidenza. Meta tagħti l-evidenza jew titlob tinġabar l-evidenza, il-parti fil-proċedimenti għandha tispjega liema mill-fatti ta’ rilevanza għall-każ tixtieq tipprova billi tippreżenta l-evidenza jew billi titlob li tinġabar l-evidenza. Kwalunkwe talba biex tinġabar l-evidenza trid tinkludi wkoll informazzjoni li tippermetti li tinġabar. Fil-proċedimenti preliminari, il-qorti tistabbilixxi skadenza għall-partijiet biexjagħtu l-evidenza jew jitolbu li tinġabar l-evidenza. Jekk talba minn parti fil-proċedimenti biex tinġabar l-evidenza tiġi miċħuda minħabba li l-parti tkun naqset milli tħallas bil-quddiem l-ispejjeż relatati mal-ġbir tal-evidenza minkejja li l-qorti tkun talbet il-ħlas, il-parti ma tkunx intitolata li titlob li kwalunkwe evidenza bħal din tinġabar sussegwentement jekk l-aċċettazzjoni ta’ dik it-talba twassal biex il-kawża tiġi posposta.

Jekk il-provi jridu jittieħdu minn barra l-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qorti li tkun qed tmexxi l-proċedimenti f’kawża, il-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża tista’ tiddeċiedi li ssir talba speċjali għal att proċedurali lill-qorti li fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħha tista’ tinġabar l-evidenza. It-talba speċjali titwettaq f’konformità mal-proċedura fis-seħħ għat-twettiq tal-att proċedurali mitlub. Il-partijiet fil-proċedimenti jiġu infurmati bil-ħin u l-post li fihom għandu jitwettaq l-att proċedurali, iżda l-assenza ta’ parti ma żżommx milli ssir it-talba speċjali. Ir-rekord tal-att proċedurali u l-evidenza miġbura meta ssir it-talba speċjali jintbagħtu mingħajr dewmien lill-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża. Meta l-ġbir tal-evidenza minn qorti li tmexxi l-proċedimenti f’kawża abbażi ta’ talba speċjali twassal għal tilwima, u fejn it-tkomplija tal-ġbir tal-evidenza tiddependi fuq is-soluzzjoni ta’ dik it-tilwima iżda l-qorti li tittratta l-kwistjoni abbażi tat-talba speċjali ma tkunx tista’ ssolviha, it-tilwima tiġi solvuta mill-qorti li tkun qed tittratta l-kawża prinċipali. Meta l-qorti li twettaq it-talba speċjali tqis li jkun xieraq, fl-interess tal-aġġudikazzjoni tal-kawża, li l-proċess tal-ġbir tal-evidenza jingħata lil qorti oħra, hija tindirizza talba għal dan l-għan lill-qorti u tinforma lill-partijiet fil-proċedimenti.

L-evidenza li tinġabar f’pajjiż barrani f’konformità mal-liġijiet ta’ dak il-pajjiż tista’ tintuża fi proċedimenti ċivili fl-Estonja, sakemm l-att proċedurali mwettaq għall-kumpilazzjoni tal-provi ma jmurx kontra l-prinċipji tal-proċedura ċivili Estonjana. Skont ir-Regolament (UE) 2020/1783 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, il-bord ta’ qorti Estonjana li jkun talab li tinġabar l-evidenza f’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament jew imħallef li jaġixxi abbażi ta’ ordni minn tali qorti jista’ jkun preżenti u jipparteċipa fil-ġbir tal-evidenza mill-qorti barranija. Il-partijiet fil-proċedimenti, ir-rappreżentanti u l-esperti tagħhom jistgħu jipparteċipaw fil-ġbir tal-evidenza sal-istess punt li jistgħu jipparteċipaw fil-ġbir tal-evidenza fl-Estonja. Meta l-Artikolu 19(3) tar-Regolament jippermetti l-ġbir dirett tal-evidenza minn qorti Estonjana fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-bord tal-qorti li tkun qed tisma’ l-kawża, imħallef li jaġixxi abbażi ta’ ordni jew espert maħtur mill-qorti jista’ jipparteċipa fil-ġbir tal-evidenza.

Meta l-evidenza tkun trid tinġabar minn barra l-Unjoni Ewropea, il-qorti titlob il-ġbir tal-evidenza permezz tal-awtorità kompetenti f’konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda Barra mill-Pajjiż f’Materji Ċivili jew Kummerċjali. Il-Qorti tista’ wkoll tiġbor l-evidenza f’pajjiż barrani billi taġixxi permezz tal-ambaxxatur jew uffiċjal konsulari awtorizzat li jirrappreżenta lir-Repubblika tal-Estonja f’dak il-pajjiż, dment li dan ma jkunx ipprojbit skont il-liġijiet ta’ dak il-pajjiż.

Parti li tkun tat l-evidenza jew talbet li tinġabar l-evidenza tista’ taqta’ jew tirtira l-evidenza biss bil-kunsens tal-parti opposta, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.

1.6 Proċedura bil-miktub

Fil-proċedura simplifikata, kawża tista’ tiġi ttrattata bi proċedura bil-miktub. Il-qorti tiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet proċedurali essenzjali tal-partijiet fil-proċedimenti jiġu rrispettati u tisma’ wkoll parti fuq talba tal-parti. Ma huwiex meħtieġ li tissejjaħ seduta għal dan. Il-qorti tista’ taqta’ l-proċedimenti preliminari bil-miktub jew is-seduta.

Fil-proċedura dokumentarja, kawża tista’ tiġi ttrattata bi proċedura bil-miktub jekk il-partijiet jaqblu.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza tikkonsisti f’introduzzjoni, dispożittiv, parti deskrittiva u motivazzjoni. Fil-proċedura simplifikata, qorti tista’ tagħti sentenza mingħajr il-parti deskrittiva jew motivazzjoni. Fil-każijiet li fihom qorti tkun qed tittratta azzjoni bl-użu tal-proċedura simplifikata, hija tista’ tillimita ruħha fil-parti deskrittiva tas-sentenza għal li tiddikjara biss ir-raġunijiet legali u l-provi li fuqhom tkun ibbażat il-konklużjonijiet tagħha.

Qorti tal-kontea li tagħti sentenza f’kawża fejn intużat il-proċedura simplifikata tista’ tinnota li tagħti permess għall-appell. B’mod ġenerali, il-qorti tagħti permess għall-appell jekk tqis li deċiżjoni minn qorti tal-appell hija meħtieġa sabiex tinkiseb l-opinjoni ta’ qorti distrettwali dwar punt tal-liġi. Ma hemmx bżonn li jiġi ġġustifikat l-għoti ta’ permess għall-appell.

Fil-proċedura dokumentarja, azzjoni tiġi miċħuda jekk il-pretendent ikun naqas milli jagħti prova tat-talba bl-użu ta’ provi permessi fil-proċedura dokumentarja. F’dan il-każ, l-azzjoni tista’ tiġi ppreżentata mill-ġdid bl-użu tal-proċedura standard. Jekk il-qorti tilqa’ l-azzjoni fil-proċedura dokumentarja minkejja l-oġġezzjonijiet tal-konvenut, hija tagħti sentenza li fiha tirriżerva wkoll id-dritt tal-konvenut li jiddefendi d-drittijiet tiegħu fil-futur. Għall-finijiet ta’ appell u eżekuzzjoni obbligatorja, sentenza mogħtija b’riżervi titqies bħala sentenza finali. Meta oġġezzjoni li setgħet tiġi ppreżentata permezz tal-proċedura dokumentarja tiġi riżolta permezz ta’ sentenza mogħtija b’riżervi, il-konvenut jista’ sussegwentement jerġa’ jippreżenta dik l-oġġezzjoni biss jekk is-sentenza mogħtija b’riżervi tiġi annullata jew emendata.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Prinċipji ġenerali:

  • L-ispejjeż ta’ azzjoni jitħallsu mill-parti li titlef.
  • Il-parti li titlef tirrimborża lill-parti l-oħra għal, fost affarijiet oħra, kwalunkwe spiża ekstraġudizzjarja meħtieġa mġarrba bħala riżultat tal-proċedimenti ġudizzjarji. Il-partijiet jiġu rimborżati għal kwalunkwe spiża ekstraġudizzjarja li għaliha xhud jiġi rimborżat, inkluż kumpens għal kwalunkwe telf ta’ qligħ jew introjtu permanenti ieħor, fuq l-istess bażi u bl-istess mod li x-xhieda jiġu rimborżati.
  • L-ispejjeż proċedurali tar-rappreżentant legali ta’ parti jiġu rimborżati f’konformità mal-istess regoli li japplikaw għall-ispejjeż proċedurali tal-parti.
  • Il-qorti tista’ tordna lill-partijiet iħallsu l-ispejjeż kollha jew parzjalment huma stess, jekk l-ordni li l-ispejjeż tal-parti opposta jitħallsu mill-parti li titlef tkun inġusta għall-aħħar jew irraġonevoli.
  • Jekk azzjoni tiġi ssodisfata parzjalment, il-partijiet iħallsu l-ispejjeż proċedurali b’mod ugwali, sakemm il-qorti ma tqassamx l-ispejjeż proċedurali b’mod ekwivalenti għal kemm tkun issodisfata l-azzjoni jew tordna lill-partijiet iħallsu l-ispejjeż proċedurali kollha jew parzjalment huma stess.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Fid-dispożittiv ta’ sentenza mogħtija fil-proċedura simplifikata, il-qorti tindika r-regoli u l-iskadenza għall-appell. Appell jista’ jiġi ppreżentat taħt il-proċedura standard minn sentenza mogħtija fil-proċedura simplifikata. Il-qorti distrettwali tista’ tisma’ appell billi tuża l-proċedura simplifikata irrispettivament minn jekk il-qorti tal-kontea tkunx ippermettiet dan, u jista’ jiġi ppreżentat appell irrispettivament minn jekk il-qorti tal-kontea tkunx ippermettiet dan. Il-qorti distrettwali ma tistax tħalli appell mhux ipproċessat biss minħabba li tuża l-proċedura simplifikata.

Appell jista’ jiġi ppreżentat taħt il-proċedura standard minn sentenza mogħtija fil-proċedura dokumentarja.

Parti u parti terza b’talba indipendenti jistgħu jappellaw minn sentenza ta’ qorti tal-prim’istanza. Parti terza mingħajr talba indipendenti tista’ tressaq appell skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 214(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Ma jistax jiġi ppreżentat appell jekk iż-żewġ partijiet ikunu rrinunzjaw għad-dritt tagħhom li jippreżentaw appell f’petizzjoni ppreżentata lill-qorti.

Appell jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika tas-sentenza lill-appellant, iżda mhux aktar tard minn 5 xhur minn meta s-sentenza tal-qorti tal-prim’ istanza ssir pubblika.

Jekk tingħata sentenza supplimentari f’kawża matul il-perjodu tal-appell, il-perjodu għall-appell jibda jiddekorri mid-data li fiha tingħata s-sentenza supplimentari, inkluż fir-rigward tas-sentenza inizjali. F’każijiet meta l-parti li titħalla barra tiżdied ma’ sentenza mingħajr parti deskrittiva jew motivazzjoni, il-perjodu għal appell jibda jiddekorri mill-ġdid minn dakinhar li tingħata s-sentenza sħiħa.

Jekk il-partijiet jilħqu ftehim għal dan l-għan u jinfurmaw lill-qorti, il-perjodu għall-appell jista’ jitnaqqas, jew jista’ jiżdied sa 5 xhur minn meta s-sentenza ssir pubblika.

Parti fil-proċedimenti tal-appell tista’ tippreżenta appell fil-kassazzjoni minn sentenza ta’ qorti distrettwali quddiem il-Qorti Suprema jekk il-qorti distrettwali tkun kisret materjalment dispożizzjoni tal-liġi proċedurali jew tkun applikat b’mod skorrett dispożizzjoni tal-liġi sostantiva. Parti terza mingħajr talba indipendenti tista’ tressaq appell fil-kassazzjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 214(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Ma jistax jiġi ppreżentat appell ta’ kassazzjoni jekk iż-żewġ partijiet ikunu rrinunzjaw għad-dritt tagħhom li jippreżentaw appell f’petizzjoni ppreżentata lill-qorti.

Appell fil-kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika tas-sentenza lill-appellant, iżda mhux aktar tard minn 5 xhur minn meta s-sentenza tal-qorti distrettwali ssir pubblika.

L-aħħar aġġornament: 02/01/2025

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Irlanda

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva, din il-proċedura teżisti skont id-dritt Irlandiż bħala metodu alternattiv ta’ kif tibda talba ċivili żgħira. [Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidar-Regoli tal-Qorti Distrettwali dwar il-Proċedura għal Talbiet Żgħar) (District Court (Small Claims Procedure) Rules) tal-1997 u tal-1999]. Hija servizz ipprovdut mill-uffiċċji tal-Qorti Distrettwali u hija maħsuba sabiex tittratta t-talbiet tal-konsumaturi bl-irħis mingħajr l-involviment ta’ solicitor. Il-proċedimenti li jinvolvu Talbiet Żgħar (jiġifieri ċerti talbiet b’valur massimu ta’ EUR 2 000) jistgħu jinfetħu wkoll permezz tal-Internet.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

It-tipi ta’ talbiet koperti mill-proċedura għal talbiet żgħar huma:

(i) talba għal oġġetti jew għal servizzi mixtrijin għal użu privat minn xi ħadd li jbigħhom f’kuntest ta’ negozju (talbiet tal-konsumatur)

(ii) talba għal dannu minuri kkawżat fuq proprjetà (minbarra korriment personali)

(iii) talba għan-nuqqas ta’ ritorn ta’ depożitu fuq kera għal ċerti tipi ta’ propjetajiet mikrijin. Pereżempju, dar tal-villeġġatura jew kamra/appartament f’bini li fih jgħix ukoll is-sid dment li t-talba ma taqbiżx l-EUR 2 000.

Talbiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet marbuta ma’ talbiet ta’ sid il-propjetà/il-kerrej jew akkomodazzjoni mikrija li ma jaqgħux taħt il-proċedura għal talbiet żgħar jistgħu jitressqu quddiem ir-Residential Tenancies Board, 2nd Floor, O’Connell Bridge House, D’Olier Street, Dublin 2. Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHome

Esklużi mill-proċedura għal talbiet żgħar huma talbiet li ġejjin minn:

(i) ftehim ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri

(ii) ksur ta’ kuntratt ta’ lokazzjoni

(iii) djun

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Sabiex ikun eliġibbli għall-proċedura, il-konsumatur irid jkun xtara l-oġġetti jew is-servizzi għal użu privat minn xi ħadd li jbigħhom f’kuntest ta’ negozju. Minn Jannar 2010, il-proċedura tista’ tintuża wkoll minn negozjant kontra ieħor. L-Uffiċjal Klerikali tal-Qorti Distrettwali, imsejjaħ ir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar, jipproċessa t-talbiet żgħar. Fejn ikun possibbli, ir-reġistratur jinnegozja soluzzjoni bejn il-partijiet mingħajr il-bżonn ta’ seduta ta’ smigħ fil-qorti. Jekk il-kwistjoni ma tistax tiġi solvuta, ir-reġistratur jippreżenta t-talba quddiem il-Qorti Distrettwali għal seduta ta’ smigħ.

L-attur irid jkun ċert mill-isem u mill-indirizz tal-persuna jew tal-kumpanija li kontriha jixtieq jippreżenta t-talba tiegħu. Jekk tkun kumpanija, irid juża t-titlu ġuridiku preċiż. Dawn id-dettalji jridu jkunu preċiżi sabiex ix-Sheriff ikun jista’ jeżegwixxi l-Ordni (Digriet) tal-Qorti.

Jekk ir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar jirċievi risposta mingħand il-konvenut li fiha jopponi t-talba jew jagħmel kontrotalba, ir-Reġistratur jikkuntattja lill-attur u jagħtih kopja tar-risposta jew tal-kontrotalba tal-konvenut. Ir-Reġistratur jista’ jagħmel mistoqsijiet liż-żewġ partijiet u jinnegozja magħhom sabiex jipprova jsib soluzzjoni.

Jekk il-konvenut jammetti dak li tistipula t-talba, ikun meħtieġ jinnotifka lill-uffiċċju tar-Reġistratur billi jibgħat formola ta’ Avviż ta’ Aċċettazzjoni tar-Responsabbiltà. Jekk il-konvenut ma jweġibx, it-talba titqies awtomatikament bħala mhux ikkontestata. Imbagħad, il-Qorti Distrettwali toħroġ ordni favur l-attur (mingħajr in-neċessità li l-attur jidher il-qorti) għall-ammont mitlub, u tordna li jitħallas f’perjodu ta’ żmien qasir speċifiku.

1.3 Formoli

Ir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar jipprovdi l-formola ta’ applikazzjoni lill-attur jew inkella din tista’ titniżżel mis-sit web tas-Servizzi tal-Qorti fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.courts.ie/

1.4 Assistenza

Peress li l-iskop tal-proċedura għal talbiet żgħar hija li tittratta talbiet tal-konsumaturi bl-irħis mingħajr l-involviment ta’ solicitor, ġeneralment assistenza jew pariri legali ma jkunux neċessarji għal dawn it-tipi ta’ talbiet.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Jekk il-kwistjoni tmur quddiem il-qorti, il-partijiet iridu jattendu s-seduta ta’ smigħ quddiem il-Qorti Distrettwali. Il-kawża tinstema’ fil-pubbliku bħala parti minn seduta normali tal-Qorti Distrettwali. Meta tissejjaħ il-kawża, ir-Reġistratur tal-Qorti jsejjaħ lill-attur sabiex jitla’ fuq il-pedana u jixhed. Ix-xhieda trid tingħata taħt ġurament jew affermazzjoni u l-konvenut jista’ jagħmel il-kontroeżami tal-attur fuq kwistjonijiet relatati mat-talba. Il-konvenut jingħata wkoll l-opportunità li jixhed. Kull xhud jista’ jkun soġġett għal kontroeżami mill-kontroparti jew mir-rappreżentanti legali tagħha, jekk ikunu preżenti. Il-partijiet għandhom ukoll dritt isejħu x-xhieda jew jissottomettu rapporti minn xhieda iżda ma jkunux jistgħu jirkupraw l-ispejjeż għal dan l-għan peress li l-proċedura ma hijiex maħsuba sabiex jiġu koperti spejjeż bħal dawn iżda hija maħsuba sabiex tiffaċilita l-ftuħ ta’ talbiet żgħar f’forum relattivament irħis.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk il-kwistjoni ma tiġix riżolta mir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar, imbagħad dakinhar tas-seduta ta’ smigħ, l-attur irid iġib miegħu dokumenti ta’ sostenn li jsostnu t-talba tiegħu, pereżempju kwalunkwe ittra, irċevuta jew fattura rilevanti. Barra minn jekk, iż-żewġ partijiet jingħataw l-opportunità li jixhdu verbalment u jistgħu jiġu kontroeżaminati.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Jekk l-attur jirbaħ il-kawża, il-Qorti Distrettwali tagħti ordni favur l-attur għall-ammont mitlub, u tordna li dan jitħallas f’perjodu ta’ żmien qasir speċifiku.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Filwaqt li l-partijiet jistgħu jqabbdu konsulent legali, ma humiex intitolati li jirkupraw l-ispejjeż għas-servizzi tiegħu mingħand il-parti l-oħra, lanqas jekk jirbħu l-kawża. L-għan aħħari tal-proċedura għal talbiet żgħar hija li tiffaċilita l-ftuħ ta’ kawża mingħajr il-bżonn ta’ solicitor jew barrister.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Kemm l-attur kif ukoll il-konvenut għandhom id-dritt li jappellaw ordni tal-Qorti Distrettwali quddiem is-Circuit Court. L-ispejjeż jiġu aġġudikati mis-Circuit Court, iżda dik hija kwistjoni li trid tiġi deċiża mill-imħallef individwali tas-Circuit Court.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.courts.ie

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.courts.ie/small-claims

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.citizensinformation.ie/en/justice/courts_system/small_claims_court.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.courts.ie/small-claims

L-aħħar aġġornament: 07/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Greċja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fil-Greċja hemm Proċedura għal Talbiet Żgħar (jiġifieri proċedura speċifika sempliċi mil-lat proċedurali meta mqabbla mal-proċedura ordinarja u li tapplika f’każijiet taħt ċertu livell limitu finanzjarju jew f’ċertu tip ta’ litigazzjoni irrispettivament mil-limitu finanzjarju)?

L-Artikoli 466-469 tal-Kapitolu M tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili fihom dispożizzjonijiet speċjali għal talbiet żgħar.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Id-dispożizzjonijiet speċjali għal talbiet żgħar japplikaw:

  1. meta s-suġġett tat-tilwima jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti għal talbiet żgħar u jikkonċerna talbiet, drittijiet fuq proprjetà mobbli jew it-titolu tagħha, u l-valur tagħha ma jkunx aktar minn EUR 5 000, u
  2. Fejn il-valur tas-suġġett tat-tilwima jkun akbar minn EUR 5 000, jekk l-ilmentatur jiddikjara li jaqbel li jaċċetta somma ta’ mhux aktar minn EUR 5 000 b’sodisfazzjon tat-talba tiegħu minflok it-talba magħmula fl-ilment tiegħu. F’dan il-każ, il-konvenut għandu jiġi ordnat jew iħallas it-talba magħmula jew il-valur tagħha fis-sentenza mogħtija mill-qorti tat-talbiet iż-żgħar.”

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura hija obbligatorja.

Il-qorti jew il-partijiet opposti ma jistgħux jużaw il-proċedura normali għal talbiet żgħar minflok il-proċedura speċjali għal talbiet żgħar.

1.3 Formoli

Digriet Presidenzjali dwar l-attivazzjoni ta’ dokumenti standard għal talbiet żgħar (għadhom għaddejja) huwa pendenti.

1.4 Assistenza

Hemm assistenza fi kwistjonijiet proċedurali (pereżempju mill-iskrivan tal-qorti jew imħallef) għall-partijiet li ma jkollhomx avukat? Jekk iva, x’tip ta’ assistenza?

Il-parti tista’ tidher quddiem il-qorti waħedha jew tkun rappreżentata minn avukat.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Hemm ċerti regoli dwar il-kumpilazzjoni ta’ xhieda u dawn huma ssimplifikati meta mqabbla mal-proċedura ordinarja? Jekk iva, liema regoli u sal-liema punt?

Il-maġistrat li jiddeċiedi fil-proċedura speċjali għal talbiet żgħar jista’ jiddevja mir-regoli proċedurali u jqis ukoll evidenza li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet legali.

1.6 Proċedura bil-miktub

It-talba trid tiġi ppreżentata lir-reġistru tal-qorti għal talbiet żgħar. It-talba għandha tinkludi

  1. dikjarazzjoni ċara tal-fatti li jissostanzjaw it-talba f’konformità mal-liġi u jiġġustifikaw li l-ilment jiġi ppreżentat mill-kwerelant kontra l-konvenut,
  2. deskrizzjoni preċiża tal-kwistjoni fit-tilwima, u
  3. talba speċifika.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

 

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

L-ispejjeż ma jiġux rimborżati.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Id-deċiżjonijiet dwar talbiet żgħar ma jistgħux jiġu appellati.

L-aħħar aġġornament: 08/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Spanja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva, il-proċedura tas-seduta orali għal talbiet sa EUR 15 000. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, li hija rregolata mir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaREGOLAMENT (KE) Nru 861/2007 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL f’każijiet fejn ikun hemm disponibbli baġit suffiċjenti għall-applikazzjoni tagħha.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Talbiet sa EUR 15 000 jeħtieġu seduta orali.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Din tieħu l-forma ta’ talba standard, sakemm l-attur ma jkunx qed juża s-servizzi ta’ avukat u ta’ rappreżentant tal-qorti, f’liema każ it-talba tista’ tkun qasira.

1.3 Formoli

Ma hemm l-ebda formola standard obbligatorja. Madankollu, l-Uffiċċji tal-Imħallfin Anzjani jipprovdu formoli standard li jistgħu jintużaw għal pretensjonijiet ta’ sa EUR 2 000. L-attur jista’ jużahom biex jippreżenta talba u l-konvenut biex iweġibha.

Dawn il-formoli jistgħu jitniżżlu mis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġenerali tal-Ġudikatura.

Jekk it-talba taqbeż l-EUR 2 000, l-involviment ta’ avukat u ta’ rappreżentant tal-qorti jkun obbligatorju; it-talba ma tistax tiġi eżegwita jew ikkontestata mingħajr tali rappreżentazzjoni legali.

Jekk it-talba ma tiġix ikkontestata mill-konvenut, dan ma jfissirx li l-ammont tat-talba se jintlaqa’ iżda sempliċement li l-konvenut kien kontumaċi u l-proċeduri jkomplu.

1.4 Assistenza

L-atturi jistgħu jidhru fis-seduta orali personalment, imma jekk l-ammont tat-talba jaqbeż l-EUR 2 000, l-involviment ta’ avukat u rappreżentant tal-qorti huwa obbligatorju.

Lill-persuni bi kwalunkwe forma ta’ diżabilità, lil dawk li għandhom aktar minn 60 sena li jitolbuha, u lil dawk kollha li għandhom iktar minn 80 sena, il-qorti tipprovdilhom l-arranġamenti u l-aġġustamenti kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali tagħhom. Il-proċedimenti li jinvolvu nies li għandhom aktar minn 80 sena jingħataw prijorità, kemm fl-istadji dikjaratorji kif ukoll f’dawk tal-eżekuzzjoni.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Japplikaw ir-regoli ġenerali dwar l-evidenza: kull tip ta’ prova hija ammissibbli, u huwa possibbli li jintalbu u jiġu ppreżentati provi qabel is-seduta nfisha.

1.6 Proċedura bil-miktub

Kemm it-talba kif ukoll id-difiża jsiru bil-miktub. Il-kwistjonijiet relatati mal-proċedimenti jiġu solvuti matul is-seduta. Madankollu, ma jistgħux jitqajmu kwistjonijiet inċidentali ladarba l-provi proposti jkunu ġew iddikjarati ammissibbli. Bl-istess mod, il-provi jingħataw oralment u primarjament matul is-seduta.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenza hija motivata u mogħtija bil-miktub bħal fi kwalunkwe proċedura oħra.

Is-sentenza jrid ikun fiha deċiżjoni dwar l-ispejjeż imġarrba fil-proċedimenti, li jiġu imposti fuq il-parti li t-talbiet tagħha jkunu ġew miċħuda kollha fl-ewwel istanza u fl-appell, sakemm l-imħallef ma jiddeċidix li kien hemm dubji legali jew fattwali serji. Fil-każ li talba tintlaqa’ parzjalment, ma jkunx hemm aġġudikazzjoni tal-ispejjeż, iżda l-qorti tista’ timponihom fuq waħda mill-partijiet jekk issib li aġixxiet bi traskuraġni.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Jekk avukat u rappreżentant tal-qorti jkunu obbligatorji, u jkun hemm ordni biex jitħallsu l-ispejjeż, il-parti li favur tagħha jkunu ordnati l-ispejjeż tista’ tirkupra l-ispejjeż tal-proċeduri, wara li dawn ikunu ġew evalwati u sakemm dawn ma jaqbżux terz tal-ammont tal-proċeduri għal kull wieħed mil-litiganti inklużi fl-ordni.

Jekk il-litigant li ngħata l-ispejjeż ma joqgħodx fil-post fejn tkun saret is-seduta, l-ispejjeż tar-rappreżentant tal-qorti jistgħu jiġu rimborżati, anke jekk l-involviment tagħhom ma jkunx obbligatorju.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jista’ jitressaq appell kontra s-sentenza jekk l-ammont tal-każ jaqbeż EUR 3 000. L-appell jitressaq mal-Qorti Provinċjali li jkollha l-ġuriżdizzjoni li tisma’ l-appell, bil-miktub u fi żmien perjodu massimu ta’ 20 jum.

Il-ġuriżdizzjoni biex jinstema’ l-appell hija tal-Qorti Provinċjali li tkun kostitwita minn imħallef wieħed, u l-ebda appell ieħor kontra s-sentenza ta’ din tal-aħħar ma huwa possibbli.

L-aħħar aġġornament: 30/12/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Franza

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-proċeduri għal talbiet żgħar jistgħu jitressqu permezz ta’ rikors quddiem il-qrati lokali (chambres de proximité des tribunaux judiciaires) jew quddiem l-imħallfin għal tilwim dwar il-protezzjoni (juges des contentieux de la protection), skont l-Artikoli 756 et seq tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-proċedura hija orali iżda l-partijiet jistgħu jippreżentaw konklużjonijiet bil-miktub jekk ikunu jixtiequ jagħmlu hekk.

Ir-rikors jista’ jsemmi l-qbil tar-rikorrent biex il-proċedura ssir mingħajr seduta ta’ smigħ (l-Artikolu 757 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-Artikolu 828 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti wkoll lill-partijiet jagħtu l-approvazzjoni tagħhom b’mod espliċitu fi kwalunkwe stadju biex il-proċedura ssir mingħajr seduta ta’ smigħ. Din il-proċedura mingħajr seduta ta’ smigħ ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2020 u kienet ispirata mill-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Ir-reġistru jħarrek lill-partijiet għas-seduta ta’ smigħ permezz ta’ ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta. Jekk l-intimat ma jirċevix din l-ittra, l-imħallef jista’ jitlob lir-rikorrent biex din tintbagħat minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier de justice).

Il-proċedimenti legali jridu jkunu preċeduti minn tentattiv ta’ konċiljazzjoni minn konċiljatur legali, tentattiv ta’ medjazzjoni jew tentattiv ta’ proċedura parteċipattiva, skont l-għażla tal-partijiet, u fin-nuqqas ta’ dan, l-Imħallef jista’ jiddeċiedi ex officio li r-rikors huwa inammissibbli.

Ir-rappreżentanza legali mhijiex obbligatorja. Il-partijiet jistgħu jkunu rappreżentati mill-konjuġi tagħhom, is-sieħeb/sieħba koabitanti, il-persuna li jkollha patt ċivili ta’ solidarjetà magħha, il-qraba tagħhom bid-demm jew bi żwieġ, f’linja diretta jew kollaterali, jew il-persuni li jimpjegaw.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

It-talba ma tistax taqbeż il-EUR 5 000 u trid taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti lokali jew tal-imħallef għal tilwim dwar il-protezzjoni.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

1.3 Formoli

Hemm formola għal tressiq quddiem il-qorti.

Il-formola CERFA Nru 11764*08 hija disponibbli fis-sit web tal-gvern Franċiż, fis-servizzi kollha ta’ akkoljenza tal-litiganti (Services d’Accueil Unique du Justiciable) u fuq www.justice.fr.

1.4 Assistenza

Peress illi hija proċedura sempliċi li tinvolvi ammonti li ma jaqbżux l-EUR 5 000 u l-partijiet jinstemgħu mill-imħallef sakemm ma jaqblux dwar proċedura mingħajr seduta ta’ smigħ, il-liġi ma tipprevedi l-ebda għajnuna. Madankollu, il-partijiet jistgħu jkunu assistiti jew rappreżentati minn avukat, inkluż wara li jkunu talbu l-għajnuna legali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ir-regoli tal-evidenza huma simili għal dawk tal-proċedura ordinarja.

1.6 Proċedura bil-miktub

Ħlief f’każijiet fejn il-partijiet jaqblu dwar proċedura mingħajr seduta ta’ smigħ, ma hemmx proċedura purament bil-miktub fil-kuntest ta’ tali proċedimenti permezz ta’ rikors.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ir-regoli applikabbli għas-sentenza huma l-istess bħal dawk tal-proċedura ordinarja.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-regoli applikabbli huma l-istess bħal dawk għall-proċeduri l-oħra. Madankollu, peress li din il-proċedura fil-prinċipju ma teħtieġx il-ħatra ta’ avukat jew ta’ rappreżentanza legali, l-ispejjeż relatati huma aktar baxxi.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Fid-dawl tal-ammonti kkonċernati minn tali talbiet, ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ appell. Is-sentenza tista’ biss tiġi opposta (jekk l-intimat ma jkunx irċieva t-taħrika għas-seduta ta’ smigħ) jew titressaq għall-kassazzjoni (jekk l-intimat ikun irċieva t-taħrika għas-seduta ta’ smigħ).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministère de la Justice)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Legifrance

L-aħħar aġġornament: 12/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - il-Kroazja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fir-Repubblika tal-Kroazja, it-talbiet żgħar huma rregolati mill-Artikoli 457-467 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 84/08, 96/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14, 70/19, 80/22, 114/22 u 155/23) filwaqt li l-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rregolata mill-Artikoli 507o - 507ž tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Talbiet żgħar huma talbiet għal mhux aktar minn EUR 1,320.00.

Talbiet żgħar quddiem il-qrati kummerċjali (trgovački sudovi) huma talbiet għal mhux aktar minn EUR 6,630.00.

Talbiet żgħar tfisser ukoll talbiet fejn id-dikjarazzjoni tat-talba ma tkunx għal ammont ta’ flus, iżda r-rikorrent ikun iddikjara fl-azzjoni li jaqbel li jirċievi ammont speċifiku ta’ flus li ma jaqbiżx l-EUR 1,320.00 minflok ma tintlaqa’ t-talba tiegħu.

Talbiet żgħar tfisser ukoll talbiet fejn id-dikjarazzjoni tat-talba ma tikkonċernax somma flus iżda t-trasferiment ta’ proprjetà mobbli li l-valur tagħha, kif iddikjarat mir-rikorrent fl-azzjoni, ma jaqbiżx l-EUR 1,320.00.

Skont l-arranġamenti attwali, il-proċeduri Ewropej għal talbiet żgħar huma rregolati mir-Regolament (KE) Nru 861/2007 jekk il-valur tat-talba ma jaqbiżx l-EUR 2,000 fil-mument li l-qorti b’ġuriżdizzjoni tirċievi l-formola tat-talba, esklużi l-interessi, l-ispejjeż u t-tariffi kollha.

Il-proċeduri għal talbiet żgħar jitwettqu wkoll fil-każ ta’ oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas jekk il-valur tal-parti kkontestata tal-ordni ta’ ħlas ma jaqbiżx l-EUR 1,320.00.

Fil-proċedura għal talbiet żgħar, il-proċedimenti quddiem il-qorti tal-prim’istanza jridu jitlestew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, u fi kwalunkwe każ inqas minn sena mid-data li fiha tiġi ppreżentata t-talba.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċeduri għal talbiet żgħar jitmexxew quddiem qorti lokali jew kummerċjali skont ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni ratione materiae previsti fl-Artikoli 34 u 34b tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili. Il-proċeduri għal talbiet żgħar jinbdew billi tiġi ppreżentata talba lill-qorti kompetenti, jiġifieri billi jiġi ppreżentat rikors għall-eżekuzzjoni bbażat fuq dokument awtentiku lil nutar pubbliku meta oġġezzjoni ammissibbli għal mandat ta’ eżekuzzjoni tkun ġiet ippreżentata fil-ħin.

1.3 Formoli

Il-formoli, talbiet oħrajn jew id-dikjarazzjonijiet jiġu ppreżentati bil-miktub, b’fax jew b’- u jintużaw biss għall-proċeduri Ewropej għal talbiet żgħar skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007.

Ma hemm ebda formola oħra stabbilita sabiex tinbeda azzjoni fi proċeduri għal talbiet żgħar.

1.4 Assistenza

L-Att dwar il-Proċedura Ċivili ma għandu ebda dispożizzjoni partikolari dwar l-għajnuna legali fil-proċeduri għal talbiet żgħar. Rikorrent jista’ jkun irrappreżentat minn avukat matul proċedura għal talbiet żgħar.

Jekk ir-rekwiżiti tal-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći) (Nri NN 143/13 u 98/19) ikunu ġew issodisfati, il-partijiet fil-kawża għandhom id-dritt għal għajnuna legali mingħajr ħlas.

L-informazzjoni dwar l-iskema ta’ għajnuna legali mingħajr ħlas fil-Kroazja tinsab fis-sit web li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/besplatna-pravna-pomoc/6184.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fi proċeduri għal talbiet żgħar, il-partijiet iridu jippreżentaw il-fatti kollha li fuqhom jibbażaw it-talba tagħhom sa mhux aktar tard minn meta jippreżentaw l-azzjoni jew id-dikjarazzjoni ta’ difiża, kif ukoll jippreżentaw kwalunkwe xhieda meħtieġa li ssostni l-fatti ppreżentati.

Fi proċeduri għal talbiet żgħar li jikkonċernaw oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas, ir-rikorrent ikun obbligat jippreżenta l-fatti kollha li qed jibbażaw il-pretensjonijiet tiegħu fuqhom u li jippreżenta kwalunkwe evidenza meħtieġa biex isostni l-fatti ppreżentati sa mhux aktar tard minn meta ssir is-sottomissjoni l-qorti fi żmien 15-il jum wara li jirċievi d-deċiżjoni li tħassar l-ordni ta’ ħlas.

Fi proċeduri għal talbiet żgħar li jikkonċernaw oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas, l-intimat ikun obbligat jippreżenta l-fatti kollha li jibbaża l-pretensjonijiet tiegħu fuqhom u li jippreżenta kwalunkwe evidenza meħtieġa biex isostni l-fatti ppreżentati sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievi s-sottomissjoni tar-rikorrent fejn ir-rikorrent jippreżenta l-fatti kollha li jkun qed jibbaża l-pretensjonijiet tiegħu fuqhom u jippreżenta kwalunkwe evidenza meħtieġa biex isostni l-fatti ppreżentati.

Il-partijiet jistgħu jippreżentaw fatti ġodda jew iressqu evidenza ġdida f’seduta preliminari, biss jekk, mingħajr ma jkollhom ebda ħtija, ma jkunux jistgħu jippreżentawhom jew iressquhom fid-dikjarazzjoni ta’ azzjoni jew difiża jew fis-sottomissjonijiet skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq li jistabbilixxu l-fatti kollha li jkunu qed jibbażaw il-pretensjonijiet tagħhom fuqhom u jippreżentaw l-evidenza biex isostnu l-fatti ppreżentati.

Kuntrarju għad-dispożizzjoni msemmija hawn fuq, il-fatti u l-provi ġodda ppreżentati jew imressqa mill-partijiet fis-seduta ta’ smigħ preliminari jiġu injorati mill-qorti.

Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili japplikaw għall-kumpilazzjoni tax-xhieda. Għalhekk, il-provi fi proċeduri għal talbiet żgħar jistgħu jikkonsistu fi spezzjonijiet, dokumenti, dikjarazzjonijiet ta’ xhieda, rapporti ta’ esperti ordnati minn qorti u xhieda mogħtija mill-partijiet u hija l-Qorti li tiddeċiedi liema mill-provi ppreżentati jridu jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-fatti tal-każ.

Aktar informazzjoni dwar l-evidenza u s-smigħ ta’ xhieda hija stabbilita fil-pakkett ta’ informazzjoni intitolat “Smigħ ta’ xhieda – ir-Repubblika tal-Kroazja” (Izvođenje dokaza – Republika Hrvatska).

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-proċeduri għal talbiet żgħar isiru bil-miktub.

Fi proċeduri għal talbiet żgħar, il-qorti torganizza seduta jekk tqis li seduta hija meħtieġa sabiex titmexxa l-proċedura tas-smigħ ta’ xhieda jew jekk mill-inqas waħda mill-partijiet tippreżenta proposta sostanzjata biex issir seduta. Il-qorti tadotta deċiżjoni li tiċħad il-proposta ta’ parti għal seduta jekk tqis, fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-proċedura tista’ titmexxa b’mod ġust mingħajr seduta. Ma huwa permess l-ebda appell kontra deċiżjoni li tirrifjuta proposta ta’ parti għal seduta.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Billi ma teżisti ebda dispożizzjoni speċjali dwar il-kontenut tas-sentenza fi proċeduri għal talbiet żgħar, japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, jiġifieri l-Artikolu 338 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, li jiddikjara li verżjoni bil-miktub tas-sentenza trid tinkludi introduzzjoni formali, parti operattiva u dikjarazzjoni tar-raġunijiet.

L-introduzzjoni għas-sentenza jrid ikun fiha: indikazzjoni li s-sentenza qiegħda tinħareġ għan-nom tar-Repubblika tal-Kroazja; it-titolu tal-qorti; l-isem u l-kunjom tal-imħallef uniku jew li jippresjedi, tal-imħallef relatur u tal-membri tal-bord, l-isem u l-kunjom jew it-titolu, in-numru ta’ identifikazzjoni personali u r-residenza jew l-uffiċċju rreġistrat tal-partijiet, ir-rappreżentanti legali u l-aġenti tagħhom; indikazzjoni qasira tas-suġġett tat-tilwima; id-data li fiha ġiet konkluża s-seduta prinċipali; indikazzjoni tal-partijiet, ir-rappreżentanti legali u l-aġenti tagħhom li attendew dak il-proċess prinċipali; u d-data meta ngħatat is-sentenza.

Il-parti operattiva tas-sentenza trid tinkludi d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-aċċettazzjoni jew iċ-ċaħda ta’ talbiet fuq il-merti u talbiet sekondarji, kif ukoll deċiżjoni dwar l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza tat-talba mressqa għal soluzzjoni (l-Artikolu 333 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili).

Fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet il-qorti tiddeskrivi fil-qosor it-talbiet tal-partijiet, il-fatti li ppreżentaw u l-provi li dawk il-pretensjonijiet huma bbażati fuqhom. Il-qorti tindika wkoll u tispjega liema minn dawk il-fatti ppruvat tistabbilixxi, għaliex u kif stabbilixxiet dawk il-fatti, u jekk stabbilithomx billi semgħet xhieda, xi provi tressqu u għaliex u kif ġiet ivvalutata. Il-qorti tiddikjara speċifikament liema dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva ġew applikati fid-deċiżjoni dwar it-talbiet tal-partijiet u tiddikjara l-pożizzjoni tagħha, jekk ikun meħtieġ, fuq il-fehmiet tal-partijiet dwar ir-raġunijiet legali għat-tilwima u dwar kwalunkwe mozzjoni jew oġġezzjoni li dwarha ma stabbilietx ir-raġunijiet fid-deċiżjonijiet li hija ħadet matul il-proċedimenti.

Id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet ta’ sentenza inadempjenti, sentenza bbażata fuq l-ammissjoni ta’ talba jew sentenza bbażata fuq rinunzja tal-pretensjoni trid tindika biss ir-raġunijiet għall-għoti ta’ tali sentenzi.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Deċiżjoni dwar ir-rimborż tal-ispejjeż għal proċeduri għal talbiet żgħar tinħareġ fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili; il-parti li titlef kawża kompletament hija obbligata li tirrimborża l-ispejjeż tal-parti opposta u tal-intervenjent tagħha.

Jekk il-partijiet jirbħu parzjalment fil-każ, il-qorti l-ewwel tiddetermina l-perċentwal ta’ rebħ ta’ kull wieħed minnhom u mbagħad tnaqqas il-perċentwal tar-rebħ tal-parti li tirbaħ inqas mill-perċentwal tar-rebħ tal-parti li tkun rebħet iktar, u wara dan tistabbilixxi l-ammont tal-ispejjeż speċifiċi u totali tal-parti li tirbaħ iktar fil-każ li kien meħtieġ għat-twettiq korrett tal-proċedura u mbagħad tirrimborża lil dik il-parti għall-parti ta’ dawn l-ispejjeż totali li jikkorrispondu għall-perċentwal li jifdal wara li tqis il-perċentwali ta’ suċċess tal-partijiet fil-kawża. Il-proporzjon ta’ rebħ fil-każ jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-pretensjonijiet milqugħa, filwaqt li jitqies ukoll ir-rebħ fil-preżentazzjoni tal-provi ta’ sostenn għall-pretensjonijiet.

Irrispettivament minn dan ta’ hawn fuq, il-qorti tista’ tordna lil kull parti tirrimborża lill-parti l-oħra għal spejjeż speċifiċi skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, li jiddikjara li, irrispettivament mill-eżitu tal-kawża, parti trid tirrimborża lill-parti opposta għall-ispejjeż imġarrba minħabba fiha jew inkella minħabba avveniment li tkun batiet.

Jekk il-partijiet kellhom bejn wieħed u ieħor l-istess grad ta’ rebħ fil-każ, il-qorti tista’ tordna lil kull parti ġġorr l-ispejjeż tagħha jew lil parti minnhom biex tirrimborża lill-oħra biss għal spejjeż speċifiċi skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 156 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili.

Il-qorti tista’ tiddeċiedi li parti minnhom għandha tħallas l-ispejjeż kollha mġarrbin mill-parti opposta u mill-intervenjent tagħha, jekk il-parti opposta tkun tilfet biss parti relattivament minuri mill-pretensjoni tagħha u ma jkunux iġġarrbu spejjeż separati għal dik il-parti.

Madankollu, irrispettivament mill-eżitu tal-kawża, parti hija obbligata tirrimborża kwalunkwe spiża tal-parti opposta li tirriżulta minħabba fiha jew minħabba avveniment li tkun batiet.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Fi proċedura għal talbiet żgħar, jista’ jiġi ppreżentat appell biss kontra d-deċiżjoni li tikkonkludi l-proċedura.

L-uniku mod kif jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet l-oħra li huma suġġetti għal appell skont dan l-Att huwa permezz ta’ appell kontra d-deċiżjoni li tikkonkludi l-proċedura.

Fl-aspetti l-oħra kollha, l-appelli huma rregolati mid-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili. Skont dawk id-dispożizzjonijiet, fi proċeduri għal talbiet żgħar, il-partijiet jistgħu jippreżentaw appell kontra s-sentenza jew id-deċiżjoni tal-prim’istanza fi żmien 15-il jum mid-data li fiha tkun ġiet innotifikata t-traskrizzjoni tas-sentenza jew tad-deċiżjoni.

Is-sentenza jew id-deċiżjoni li tikkonkludi l-proċedura għal talbiet żgħar tista’ tiġi kkontestata biss fuq il-bażi ta’ applikazzjoni żbaljata tal-liġi sostantiva jew ksur materjali tad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ċivili msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 354 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, ħlief għall-ksur imsemmi fit-tielet punt ta’ dak il-paragrafu.

L-aħħar aġġornament: 30/12/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Italja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemmx proċediment speċifiku għat-talbiet iż-żgħar. It-talbiet żgħar jinstemgħu quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja (giudice di pace).

Bħala regola ġenerali, il-proċedimenti quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja jinżammu sempliċi kemm jista’ jkun, ara l-Artikoli 316-322 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (codice di procedura civile).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja jisma’ t-talbiet dwar beni mobbli b’valur li ma jaqbiżx EUR 10 000 jew inqas, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor mil-liġi.

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni wkoll għall-kawżi minħabba danni b’rabta ma’ inċidenti b’vetturi u fuq l-ilma, sakemm il-valur tat-tilwima ma jaqbiżx EUR 25 000.

Il-Kummissarju tal-Ġustizzja għandu ġuriżdizzjoni, ikun xi jkun il-valur, fl-oqsma li ġejjin:

  • il-kawżi dwar l-istabbiliment ta’ konfini u l-osservazzjoni tad-distanzi għat-tħawwil tas-siġar u l-ħitan tal-ħaxix kif stabbilit bil-liġi, bir-regolamenti jew bl-użu;
  • il-kawżi dwar l-ambitu u l-użu tas-servizzi tal-kondominju fl-appartamenti;
  • il-kawżi dwar ir-relazzjonijiet bejn is-sidien jew l-okkupanti ta’ abitazzjonijiet rigward ħruġ ta’ dħaħen, sħana, storbju, theżżiżiet u disturbi simili li jaqbżu l-livelli normali;
  • il-kawżi dwar l-interessi jew aċċessorji ta’ pagament ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew tal-pensjoni li sar tard.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Ir-riforma reċenti (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 149/2022) ġabet magħha għadd ta’ żviluppi ġodda fir-rigward tal-proċedimenti quddiem Kummissarju tal-Ġustizzja. Sabiex il-proċedimenti jiġu adattati skont ir-rekwiżiti diġitali, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 127(3) u 127-bis tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Seduti b’links awdjoviżivi), l-Artikolu 127-ter tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Sottomissjoni ta’ noti ta’ osservazzjonijiet), l-Artikolu 193(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Dikjarazzjonijiet ta’ ġurament b’firma diġitali tal-periti tekniċi tal-qorti), u l-Artikolu196-duodecies (dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Seduti b’links awdjoviżivi mill-bogħod) japplikaw ukoll mill-1 ta’ Jannar 2023, inkluż għall-proċedimenti pendenti f’dik id-data. Id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu V-ter (dispożizzjoni ta’ implimentazzjoni) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Ġustizzja diġitali) japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2023, inkluż għall-proċedimenti pendenti f’dik id-data.

Ir-rikorsi jiġu ppreżentati b’appell fi proċedimenti simplifikati, dment li jkunu kompatibbli (l-Artikoli 281-decies sa 281-terdecies tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Ir-rikors jista’ jitressaq ukoll bil-fomm. Il-kummissarju tal-ġustizzja jara li dan jiġi attestat fil-proċess verbali u jiġi nnotifikat lill-attur, flimkien mad-digriet li jappunta s-smigħ tal-partijiet skont l-Artikolu 318 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Ir-rikorsi jridu jindikaw il-qorti u l-partijiet, espożizzjoni tal-fatti u s-suġġett tal-appell (l-Artikolu 318(1) il-ġdid tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-kummissarju tal-ġustizzja għandu, fi żmien 5 ijiem mill-assenjar tal-kawża, jistabbilixxi b’digriet li jappunta s-smigħ tal-partijiet f’konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 281-undecies (l-Artikolu 318(2) il-ġdid tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-attur jidher quddiem il-qorti bi preżentata tar-rikors tal-appell notifikat jew il-proċess verbali msemmi fl-Artikolu 316 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili flimkien mad-Digriet imsemmi fl-Artikolu 318 (jekk l-appell tressaq bil-fomm), ir-rapport tan-notifika u, jekk meħtieġa, prokura.

Min-naħa l-oħra, il-konvenut jidher skont it-tielet u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 281-undecies tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili permezz ta’ preżentata tar-risposta u, jekk meħtieġa, prokura (l-Artikolu l-ġdid 319 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-kummissarju tal-ġustizzja, fl-ewwel smigħ, ikollu l-libertà li jinterroga lill-partijiet u jwettaq tentattiv ta’ konċiljazzjoni. Jekk il-konċiljazzjoni tirnexxi, il-kummissarju tal-ġustizzja jfassal proċess verbali tal-ftehim li jkun intlaħaq. Jekk il-konċiljazzjoni ma tirnexxix, il-kummissarju tal-ġustizzja jipproċedi skont il-proċedura simplifikata (it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 281-duodecies) u – jekk fil-fehma tiegħu l-kawża ma tkunx fi stat li tista’ tiġi deċiża – jagħti bidu għall-atti istruttorji rilevanti għal deċiżjoni.

Meta l-kummissarju tal-ġustizzja jidhirlu li l-kawża tkun fi stat li tista’ tiġi deċiża, jipproċedi billi jsegwi l-proċedura stipulata fl-Artikolu 281-sexies tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Għaldaqstant huwa l-kummissarju tal-ġustizzja li jistabbilixxi l-konklużjonijiet u jista’ jordna dibattitu orali tal-każ. Is-sentenza tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-qorti fi żmien 15-il jum minn dak id-dibattitu.

1.3 Formoli

Ma hemmx formoli.

1.4 Assistenza

Quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja l-partijiet jistgħu jidhru personalment mingħajr avukat f’kawżi b’valur li ma jaqbiżx EUR 1 100 (l-Artikolu 82 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili; ara l-iskeda informattiva dwar “Kif tressaq kawża quddiem il-qorti”).

Fil-każijiet l-oħra, il-partijiet jridu jiġu assistiti minn avukat.

Madankollu l-Kummissarju tal-Ġustizzja jista’, minħabba n-natura u l-iskop tal-kawża, jħalli lill-partijiet jidhru mingħajr avukat fuq talba orali tal-parti stess jew mod ieħor.

Il-kummissarju tal-ġustizzja jivverifika jekk il-partijiet ħadux il-passi kollha meħtieġa biex jidhru l-qorti u, meta jkun meħtieġ, jistedinhom jimlew jew jirregolaw l-atti u d-dokumenti li fil-fehma tiegħu jkunu difettużi.

Jekk jirriżultalu li l-avukat ma għandu l-ebda Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprokura bħala Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaavukat tad-difiża jew jekk ikun hemm kwalunkwe difett fis-setgħa ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarappreżentanza tiegħu, ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaassistenza jew ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaawtorizzazzjoni li jrenduha nulla, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-kummissarju tal-ġustizzja jistabbilixxi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterminu għall-partijiet biex jistabbilixxu minn se jidher għalihom jew jassistihom, biex jagħtu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji, jew biex jagħtu jew iġeddu l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprokura ad litem. Jekk in-nuqqas jiġi regolat fil-ħin, ir-rikors jitqies regolarizzat u l-effetti sostanzjali u proċedurali jidħlu fis-seħħ mid-data tal-ewwel Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidanotifika (l-Artikolu 182 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ir-regoli applikabbli fil-qasam tal-provi huma l-istess bħal dawk previsti għall-proċedimenti ordinarji l-qorti (ara l-iskeda informattiva dwar “Smigħ ta' xhieda”).

1.6 Proċedura bil-miktub

Din hija rregolata mill-Artikolu 127-ter tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jiddikjara li Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaudjenza, anki jekk diġà appuntata, tista’ tiġi sostitwita mis-sottomissjoni ta’ noti ta’ osservazzjonijiet li jkun fihom biss l-istanzi u t-talbiet, jekk il-preżenza ta’ persuni oħra għajr l-avukati tad-difiża, il-partijiet, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprosekutur pubbliku u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamembru awżiljarji tal-qorti ma tkunx meħtieġa. F’każijiet bħal dawn, l-udjenza tiġi sostitwita mis-sottomissjoni ta’ noti ta’ osservazzjonijiet, meta dan jintalab mill-partijiet kollha kostitwiti fil-kawża. Meta jordna s-sostituzzjoni tal-udjenza, il-kummissarju tal-ġustizzja jistabbilixxi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterminu perentorju ta’ minn tal-inqas 15-il jum għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet. Kull parti [...]

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

B’mod ġenerali, japplikaw ir-regoli tal-proċedura simplifikata kif stipulat fit-Taqsima 1.2.

Il-kummissarju tal-ġustizzja jista’ jagħti sentenzi ex aequo et bono (jiġifieri mingħajr referenza espliċita għar-regoli tal-liġi) għall-kawżi b’valur massimu ta’ EUR 2 500 (l-Artikolu 113 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rimborż tal-ispejjeż huwa limitat? Jekk iva, kif?

Id-deċiżjonijiet li jagħtu l-ispejjeż jittieħdu skont ir-regoli normali, fejn il-parti telliefa trid tħallas l-ispejjeż. Madankollu, il-partijiet abbli jkollhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom stess jekk it-tnejn jitilfu l-kawża, jew għal xi raġuni valida oħra.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Sentenzi li jingħataw minn kummissarju tal-ġustizzja abbażi tal-prinċipju ex aequo et bono (tilwimiet b’valur li ma jaqbiżx EUR 2 500) jistgħu jiġu kkontestati biss jekk ikun seħħ ksur tar-regoli proċedurali, tad-dritt kostituzzjonali jew tad-dritt tal-UE, jew tal-prinċipji li jirregolaw is-suġġett.

Mill-bqija, is-sentenzi l-oħra tal-Kummissarju tal-Ġustizzja jistgħu jiġu appellati.

Ara l-iskeda informattiva dwar is-sistema ġudizzjarja, il-ġuriżdizzjoni tal-qrati, u kif tressaq kawża l-qorti.

Annessi relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura Ċivili

L-aħħar aġġornament: 30/12/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Ċipru

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemm l-ebda proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar fis-sistema ġuridika ta' Ċipru ħlief dik stipulata fir-Regolament 861/2007. li ġie adottat regolament proċedurali għall-applikazzjoni tagħha.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

1.3 Formoli

1.4 Assistenza

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

1.6 Proċedura bil-miktub

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Latvja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fil-15 ta’ Jannar 2018, daħlu fis-seħħ emendi għal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili fil-Latvja li bidlu l-kliem “Kawżi għal talbiet żgħar” b’“Kawżi bi proċedura simplifikata”.

Imħallef jibda proċedura simplifikata fuq il-bażi ta’ rikors bil-miktub jekk id-dejn prinċipali jew, fil-każ ta’ talba għall-irkupru tal-manteniment, l-ammont totali tal-pagamenti, ma jaqbiżx l-EUR 2 500 fid-data tas-sottomissjoni tat-talba. Fil-każ ta’ talbiet għall-irkupru tal-manteniment, l-ammont totali tal-pagamenti japplika għal kull wild minuri separatament. (l-Artikolu 250.19 (2) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Il-proċedura simplifikata hija rregolata mill-Kapitolu 30 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili3: l-Artikolu 250.18 sa 250.27A u l-Artikoli li ġejjin fil-Kapitolu 54.1: l-Artikoli 440.1sa 440.12.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-kawżi bi proċedura simplifikata japplikaw biss għal talbiet għall-irkupru ta’ flus u talbiet għall-irkupru ta’ manteniment (l-Artikolu 35(1)(1) u (3) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili).

Id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali li jirregolaw il-materji tal-proċedura simplifikata ma japplikawx għar-regoli proċedurali relatati mat-talbiet bi proċedura simplifikata skont ir-Regolament (KE) NruIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet żgħar, ħlief fir-rigward tal-proċedura għal appell kontra deċiżjonijiet ta’ qorti tal-prim’istanza.

Trid titħallas tariffa tal-Istat (valsts nodeva) għal rikors kif ġej (l-Artikolu 34(1)(1) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

a) sa EUR 2 134, – 15 % tal-ammont mitlub, iżda mhux inqas minn EUR 70,

b) minn EUR 2 135 sa EUR 7 114, jiġifieri EUR 320 u 4 % tal-ammont tat-talba li jaqbeż EUR 2 134.

Fil-każ ta’ talbiet għall-irkupru ta’ manteniment għal wild minuri jew ġenitur, ma titħallas l-ebda tariffa tal-Istat.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Fis-smigħ ta’ kawżi bi proċedura simplifikata, il-qorti ssegwi l-proċeduri ġenerali tal-qorti f’konformità mal-eċċezzjonijiet tal-proċedura ċivili għal kawżi bi proċedura simplifikata. Imħallef jibda proċedura simplifikata abbażi ta’ rikors bil-miktub.

L-imħallef ma jipproċedix fuq rikors għal kawża bi proċedura simplifikata jekk ir-rikors ma jkunx miktub skont il-mudell approvat mill-Kabinett tal-Ministri.

Meta mħallef jieħu deċiżjoni motivata li mhux se jipproċedi bir-rikors, huwa jibgħat id-deċiżjoni lir-rikorrent u jistabbilixxi terminu għar-rettifika tan-nuqqasijiet. Dan it-terminu ma jistax ikun inqas minn 20 jum li jibdew jiddekorru mill-jum meta tintbagħat id-deċiżjoni. Deċiżjoni ta’ mħallef tista’ tiġi appellata fi żmien 10 ijiem mid-data tal-ħruġ tas-sentenza, jew fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tas-sentenza jekk il-post ta’ residenza tal-individwu jkun barra mil-Latvja.

1.3 Formoli

Rikors għal talba u l-osservazzjonijiet tal-intimat iridu jinkitbu skont il-formoli stabbiliti fl-annessi tar-Regolament tal-Kabinett Nru 305 tad-29 ta’ Mejju 2018 (Ministru kabinets) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadwar il-formoli li għandhom jintużaw fi proċedura simplifikata. L-annessi tar-Regolament tal-Kabinett jinkludu l-formoli li ġejjin:

1. Rikors għal proċedura simplifikata għall-irkupru ta’ flus (Anness 1);

2. Rikors għal proċedura simplifikata għall-irkupru ta’ manteniment (Anness 2);

3. Dikjarazzjoni fir-rigward ta’ proċedura simplifikata għall-irkupru ta’ flus (Anness 3);

4. Dikjarazzjoni fir-rigward ta’ rikors għal proċedura simplifikata għall-irkupru ta’ manteniment (Anness 4).

Minbarra d-dettalji tar-rikorrent u tal-intimat, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-formola tat-talba bi proċedura simplifikata:

  1. L-isem tal-qorti tad-distrett jew tal-belt (rajona (pilsētas) tiesa) li quddiemha jitressaq ir-rikors: sakemm il-partijiet ma jkunux ftiehmu b’kuntratt li kwalunkwe tilwima għandha tinstema’ f’post ieħor, talba kontra persuna trid titressaq quddiem il-qorti tal-post ta’ residenza ddikjarat tagħha, jew fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-post tal-uffiċċju reġistrat tagħha (jekk it-talba tkun relatata mal-attivitajiet ta’ fergħa jew aġenzija ta’ persuna ġuridika, talba tista’ titressaq ukoll fil-post fejn tinsab il-fergħa jew l-aġenzija).
    L-informazzjoni dwar liema qorti għandha ġuriżdizzjoni, u għalhekk liema qorti għandha tiġi indikata fuq il-formola, tista’ tinstab fuq il-portal tal-internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.tiesas.lv/, it-taqsima Tiesas (“qrati”), Tiesu darbības teritorijas (“Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati”).
  2. Ir-rappreżentant tar-rikorrent għandu jiġi indikat jekk ir-rikorrent ikun jixtieq li l-interessi tiegħu jiġu rrappreżentati fil-qorti minn persuna oħra. Sabiex persuna oħra tkun tista’ taġixxi bħala rappreżentant fil-qorti, trid issir prokura (pilnvara) iċċertifikata minn nutar, u trid tiġi indikata fil-kolonna li tiddikjara l-bażi tar-rappreżentanza. Jekk ir-rappreżentant ikun avukat li jipprattika fil-qorti (zvērināts advokāts), ir-rappreżentanza trid tiġi kkonfermata permezz ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi legali (orderis), u jekk l-avukat ikun se jaġixxi f’isem il-parti, dan irid jiġi kkonfermat bi prokura bil-miktub (li f’dan il-każ ma jkunx meħtieġ li tiġi ffirmata minn nutar).
  3. Is-suġġett tat-talba: il-formola trid tindika d-drittijiet ikkontestati u r-relazzjonijiet ġuridiċi bejn ir-rikorrent u l-intimat, li r-rikorrent ikun qed jitlob lill-qorti tikkonferma l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza tiegħu, filwaqt li jitlob lill-qorti tipproteġi d-drittijiet jew l-interessi tiegħu protetti mil-liġi.
  4. Il-metodu għall-kalkolu tal-ammont mitlub: formola tat-talba bi proċedura simplifikata trid turi d-dejn prinċipali, jiġifieri l-ammont tad-dejn qabel l-imgħax u l-penali kuntrattwali, l-ammont ta’ kwalunkwe penali kuntrattwali, kwalunkwe imgħax dovut skont il-kuntratt jew skont il-liġi, u t-total ta’ dawn l-ammonti kollha.
  5. Il-formola għandha tindika l-fatti li fuqhom ir-rikorrent jibbaża t-talba tiegħu u l-evidenza ta’ sostenn, id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġi li fuqhom hija bbażata t-talba, u, fl-aħħar nett, il-miżura li r-rikorrent qed jitlob mingħand il-qorti.
  6. Ir-rikors irid jiġi ffirmat mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu, jew mir-rikorrent flimkien mar-rappreżentant tiegħu jekk il-qorti titlob hekk. Dokumenti li juru li kwalunkwe proċedura meħtieġa mil-liġi rigward l-eżami preliminari ekstraġudizzjarju tal-materja tkun ġiet osservata, u li jissostanzjaw il-fatti li fuqhom hija bbażata t-talba, iridu jiġu mehmuża mar-rikors.

1.4 Assistenza

Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili m’għandhiex dispożizzjonijiet speċjali għall-għajnuna legali f’kawżi bi proċedura simplifikata. Persuna tista’ tkun irrappreżentata f’kawża bi proċedura simplifikata.

Jekk ir-rikorrent ikun jixtieq li l-interessi tiegħu jkunu rrappreżentati fil-qorti minn persuna oħra, u r-rikors isir mir-rappreżentant, ir-rikors irid jinkludi l-isem, il-kunjom, in-numru tal-identità personali u l-indirizz tar-rappreżentant għall-korrispondenza mal-qorti jew, jekk ir-rappreżentant ikun persuna ġuridika, l-isem, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha. Kwalunkwe persuna fiżika tista’ tkun rappreżentant fi proċedimenti ċivili dment li tkun għalqet it-18-il sena, ma tkunx taħt tutela, u ma tkun suġġetta għall-ebda restrizzjoni speċifikata fl-Artikolu 84 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Jekk persuna oħra tkun se taġixxi bħala rappreżentant fil-qorti, trid tinkiteb prokura ċċertifikata minn nutar. Ir-rikorrent jista’ jaħtar rappreżentant permezz ta’ rikors orali fil-qorti, u dan irid jitniżżel fil-verbal tas-seduta. Rappreżentant ta’ persuna ġuridika jrid ikollu prokura bil-miktub (li m’hemmx għalfejn tkun awtentikata minn nutar) jew dokumenti li jikkonfermaw li l-persuna hija uffiċjal li jista’ jirrappreżenta lill-persuna ġuridika mingħajr awtorizzazzjoni speċjali. Jekk ir-rappreżentant ikun avukat li jipprattika fil-qorti (zvērināts advokāts), ir-rappreżentanza trid tiġi kkonfermata permezz ta’ kuntratt għall-għoti ta’ servizzi legali (orderis), u jekk l-avukat ikun se jaġixxi f’isem il-parti, dan irid jiġi kkonfermat bi prokura bil-miktub (li f’dan il-każ ma jkunx meħtieġ li tiġi ffirmata minn nutar). Jekk persuna tkun irrappreżentata, id-dokumenti meħtieġa jiġu ppreżentati lill-qorti u ffirmati mir-rappreżentant li qed jaġixxi f’isem il-persuna skont il-prokura.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-kumpilazzjoni tax-xhieda hija suġġetta għad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. Għaldaqstant, f’kawżi bi proċedura simplifikata, il-provi jistgħu jieħdu l-forma ta’ osservazzjonijiet mill-partijiet jew minn partijiet terzi, dikjarazzjonijiet minn xhieda, provi bil-miktub u perizji.

1.6 Proċedura bil-miktub

Imħallef jibda proċedura simplifikata abbażi ta’ rikors bil-miktub. Kopja tar-rikors u formola għall-osservazzjonijiet tintbagħat lill-intimat; l-intimat irid jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien 30 jum mill-jum meta jkun intbagħatlu r-rikors. Skont iċ-ċirkostanzi u n-natura tal-kawża, id-dokumenti annessi mar-rikors jistgħu jintbagħtu wkoll lill-intimat. Il-qorti tinforma wkoll lill-intimat illi jekk ma jippreżentax l-osservazzjonijiet tiegħu, is-sentenza xorta tingħata, u li l-intimat jista’ jitlob li l-kawża tinstema’ fil-qorti.

Meta l-qorti tibgħat id-dokumenti lill-partijiet hija tispjegalhom id-drittijiet proċedurali tagħhom, tinfurmahom bil-kompożizzjoni li se tisma’ l-kawża, kif ukoll dwar kif parti tista’ titlob ir-rikuża ta’ mħallef. Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili tagħti lill-partijiet drittijiet proċedurali fir-rigward tal-preparazzjoni tal-kawża għal smigħ, li huma jistgħu jeżerċitaw mhux aktar tard minn 7 ijiem qabel id-data iffissata għas-smigħ tal-kawża.

L-intimat jista’ jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu permezz ta’ mudell approvat mill-Kabinett tal-Ministri. Il-mudell huwa waħda mill-formoli inklużi fl-annessi tar-Regolament tal-Kabinett Nru 305 tad-29 ta’ Mejju 2018 dwar il-formoli li għandhom jintużaw fi proċedura simplifikata. Fl-osservazzjonijiet tiegħu l-intimat irid jagħti l-informazzjoni li ġejja:

  1. l-isem tal-qorti li quddiemha jippreżenta l-osservazzjonijiet;
  2. l-isem, il-kunjom, in-numru tal-identità personali, u l-post ta’ residenza ddikjarat tar-rikorrent, jew fin-nuqqas ta’ dan, il-post ta’ residenza de facto tiegħu; jew fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha;
  3. l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali u l-post ta’ residenza ddikjarat tal-intimat u l-indirizz addizzjonali ddikjarat mill-intimat jew fin-nuqqas ta’ dan, il-post ta’ residenza de facto tiegħu; fil-każ ta’ persuna ġuridika, l-isem, in-numru ta’ reġistrazzjoni u l-uffiċċju reġistrat tagħha; Barra minn hekk, l-intimat jista’ jindika wkoll indirizz ieħor għall-korrispondenza mal-qorti;
  4. in-numru tal-kawża u s-suġġett tat-talba;
  5. jekk jammettix it-talba kollha jew parti minnha;
  6. l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra t-talba, ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati, u l-leġiżlazzjoni li fuqha huma bbażati;
  7. il-provi li jissostanzjaw l-eċċezzjonijiet tiegħu kontra t-talba;
  8. talbiet għall-iżvelar tal-provi;
  9. jekk l-intimat jixtieqx rimborż tal-ispejjeż tal-qorti;
  10. jekk l-intimat jixtieqx jirkupra l-ispejjeż relatati mal-kawża, fejn jindika l-ammont u jehmeż id-dokumenti li jissostanzjaw l-ammont;
  11. jekk l-intimat jixtieqx illi l-kawża tinstema’ fil-qorti;
  12. kwalunkwe ċirkostanza oħra illi l-intimat iqis bħala importanti għas-smigħ tal-kawża;
  13. kwalunkwe talba oħra;
  14. lista tad-dokumenti mehmuża mal-osservazzjonijiet;
  15. il-ħin u l-post li fihom inkitbu l-osservazzjonijiet.

L-intimat għandu dritt jippreżenta kontrotalba, fi żmien 30 jum minn meta jintbagħtlu r-rikors, jekk:

  1. tista’ ssir tpaċija bejn it-talbiet fir-rikors promotorju u l-kontrotalba;
  2. jekk tintlaqa’ l-kontrotalba l-qorti ma tkunx tista’ tilqa’ t-talbiet kollha tar-rikors promotorju jew parti minnhom;
  3. il-kontrotalba u r-rikors promotorju huma reċiprokament relatati, u l-kwistjoni tista’ tiġi solvuta aktar malajr u b’mod korrett jekk jinstemgħu flimkien. Il-kawża tinstema’ skont il-proċedura għat-talbiet bi proċedura simplifikata jekk il-kontrotalba nnifisha tkun talba bi proċedura simplifikata, jiġifieri taqa’ taħt l-ammont permissibbli u tkun ifformulata skont kif meħtieġ.

Jekk is-somma mitluba fil-kontrotalba taqbeż il-massimu ta’ talba bi proċedura simplifikata, jew jekk il-kontrotalba ma tkunx talba għall-irkupru ta’ flus jew manteniment, il-qorti tisma’ l-kawża skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti.

Jekk il-partijiet ma jitolbux illi l-kawża tinstema’ matul seduta fil-qorti u l-qorti ma tqisx illi hija meħtieġa seduta, kawża bi proċedura simplifikata tiġi eżaminata permezz ta’ proċedura bil-miktub, u l-partijiet jiġu nnotifikati minn qabel bid-data meta s-sentenza sommarja tkun disponibbli fis-sistema online. Id-data meta s-sentenza sommarja tkun disponibbli fis-sistema online titqies li hija d-data meta nkitbet is-sentenza. Il-qorti tisma’ l-kawża f’seduta skont il-proċeduri ordinarji tal-qorti jekk tkun irċeviet talba motivata minn parti u l-qorti temmen li jkun hemm bżonn ta’ seduta. Il-qorti tista’ wkoll tisma’ kawża f’seduta ex officio. Jekk il-post ta’ residenza jew fejn tinsab il-persuna ma jkunx fil-Latvja u l-indirizz tagħha jkun magħruf, il-konsenja u n-notifika tad-dokumenti tal-qorti jsiru skont il-liġijiet internazzjonali li huma vinkolanti fuq il-Latvja jew skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

F’kawżi bi proċedura simplifikata, il-qorti tikteb sentenza sommarja. Sentenza sommarja tinkiteb skont ir-rekwiżiti ġenerali għall-kontenut ta’ sentenza (l-Artikolu 193 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili), bl-eċċezzjoni tal-parti deskrittiva, li tindika biss is-suġġett tat-talba, il-liġijiet u r-regolamenti invokati mill-parti, u t-talba, u r-raġunijiet tas-sentenza, li jirriflettu biss il-leġiżlazzjoni li l-qorti tkun ibbażat fuqha.

Il-qorti tikteb sentenza sħiħa (f’konformità mar-rekwiżiti ġenerali għall-kontenut ta’ sentenza) f’kawża bi proċedura simplifikata jekk parti tippreżenta talba bil-miktub biex tinkiteb is-sentenza. Talba trid tiġi ppreżentata lill-qorti fi żmien 10 ijiem mid-data tat-tħabbir tas-sentenza sommarja (id-data meta s-sentenza sommarja tkun disponibbli fis-sistema online). Il-qorti tista’ wkoll tikteb sentenza sħiħa ex officio. Sentenza sħiħa għandha tinkiteb mill-qorti fi żmien 20 jum mill-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ talba biex tinkiteb is-sentenza. Id-data meta sentenza sħiħa tkun disponibbli fis-sistema online titqies li hija d-data meta nkitbet.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Il-kawżi bi proċedura simplifikata huma suġġetti għar-regoli ġenerali dwar il-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Meta tingħata sentenza, il-qorti tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas l-ispejjeż tal-qorti kollha tal-parti rebbieħa (it-tariffa tal-Istat u l-ispejjeż tal-proċedimenti). Jekk ir-rikors jintlaqa’ biss parzjalment, l-intimat jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent fi proporzjon mat-talbiet milqugħa, u r-rikorrent ikollu jħallas l-ispejjeż tal-qorti tal-intimat fi proporzjon mat-talbiet miċħuda. Jekk rikorrent jirtira talba, huwa jkollu jirrimborża l-ispejjeż tal-qorti li jkun ġarrab l-intimat. F’dak il-każ, l-intimat ma jħallasx lura l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mir-rikorrent. Jekk, madankollu, rikorrent ma jkomplix bil-kawża għaliex l-intimat volontarjament jissodisfa t-talba wara li jitressaq ir-rikors, il-qorti tista’, fuq talba tar-rikorrent, tordna lill-intimat biex iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent.

Bl-istess mod, jekk il-qorti tiddeċiedi li ma tismax rikors, il-qorti, wara talba mill-intimat, tordna lir-rikorrent biex jirrimborża l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mill-intimat.

Jekk ir-rikorrent jiġi eżentat mill-ispejjeż tal-qorti, l-intimat jista’ jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti lill-Istat skont il-parti tar-rikors li tkun intlaqgħet.

Għal talba anċillari titħallas garanzija ta’ EUR 70. Jekk il-qorti tannulla jew temenda sentenza kkontestata kompletament jew parzjalment, il-garanzija tiġi rrimborżata. Jekk appell jiġi miċħud, il-garanzija ma tiġix irrimborżata.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Appell (apelācija) jista’ jitressaq kontra sentenza ta’ qorti tal-prim’istanza jekk:

  • il-qorti tkun applikat jew interpretat b’mod żbaljat regola tal-liġi sostantiva, u dan wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża;
  • il-qorti tkun kisret regola tal-liġi proċedurali, u dan ikun wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża;
  • il-qorti tkun stabbiliet fatti skorretti jew ma tkunx eżaminat korrettament il-provi, jew tkun ipprovdiet evalwazzjoni ġuridika skorretta taċ-ċirkostanzi tal-każ, u dan ikun wassal għal deċiżjoni skorretta tal-kawża.

Jekk kawża bi proċedura simplifikata tkun instemgħet bi proċedura bil-miktub, it-terminu għall-appell mis-sentenza (20 jum) jibda mill-jum meta tinkiteb is-sentenza.

Minbarra l-punti speċifikati fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, l-appell li jgħid illi s-sentenza hija vvizzjata jrid jindika dan li ġej:

  • liema regola tad-dritt sostantiv ġiet applikata jew interpretata b’mod skorrett mill-qorti tal-prim’istanza, jew liema regola tal-liġi proċedurali ġiet miksura, u kif dan affettwa d-deċiżjoni tal-kawża;
  • liema mis-sejbiet ta’ fatt li għamlet il-qorti tal-prim’istanza huma skorretti, liema provi ġew evalwati ħażin, kif jista’ jintwera illi l-eżami ġuridiku taċ-ċirkostanzi tal-kawża huwa vvizzjat, u kif dan affettwa d-deċiżjoni tal-kawża.

Imħallef tal-qorti tal-prim’istanza jiddeċiedi jekk l-appell għandux ikompli u jistabbilixxi terminu sa meta l-appellant irid jikkoreġi kwalunkwe nuqqas, jekk l-appell ma jkunx konformi mar-rekwiżiti tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, jew, f’każijiet speċifikati mil-liġi, ma tkunx ġiet mehmuża traduzzjoni tal-appell u tad-dokumenti mehmuża miegħu. Jekk in-nuqqasijiet jiġu kkoreġuti fit-terminu stabbilit, l-appell jitqies li ġie ppreżentat fid-data meta jkun ġie ppreżentat għall-ewwel darba. Inkella jitqies li qatt ma ġie ppreżentat, u jintbagħat lura lill-appellant.

Appell mhux iffirmat, jew li jiġi ppreżentat minn persuna li ma tkunx ingħatat l-awtorizzazzjoni xierqa biex tressqu, jew li fuqu ma tkunx tħallset it-tariffa tal-Istat (it-tariffa tal-Istat pagabbli għal appell b’rata kkalkulata skont l-ammont tat-tilwima fil-qorti tal-prim’istanza), ma jiġix aċċettat u jintbagħat lura lill-appellant. Deċiżjoni li tiċħad l-appell ma tistax tiġi kkontestata.

Wara li jkun aċċerta ruħu illi ġiet osservata l-proċedura għall-preżentata tal-appelli, l-imħallef tal-qorti tal-appell, jew f’ċerti każijiet tliet imħallfin b’mod kolleġjali, jieħdu deċiżjoni biex jinbdew il-proċedimenti tal-appell fi żmien 30 jum mill-wasla tal-appell.

Sakemm tkun teżisti waħda mir-raġunijiet possibbli għall-appell, l-imħallef jiddeċiedi li jibda l-proċedimenti tal-appell u jinnotifika minnufih lill-partijiet, filwaqt li jindika t-terminu għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet bil-miktub.

Jekk l-imħallef maħtur biex jiddeċiedi dwar l-appell ikun tal-fehma illi l-proċedimenti tal-appell għandhom jiġu miċħuda, il-kwistjoni dwar il-ftuħ tal-proċedimenti tiġi deċiża minn tliet imħallfin b’mod kolleġjali.

Jekk tal-inqas wieħed mit-tliet imħallfin ikun tal-fehma illi teżisti tal-inqas waħda mir-raġunijiet sabiex jinbdew il-proċedimenti tal-appell, l-imħallef jiddeċiedi li jinbdew il-proċedimenti, u jinnotifika minnufih lill-partijiet.

Jekk l-imħallfin b’mod unanimu jiddeċiedu illi ma hemmx raġuni biex jinbdew il-proċedimenti ta’ appell, huma jagħtu deċiżjoni biex ma jsirx l-appell, u jinnotifikaw minnufih lill-partijiet. Din id-deċiżjoni tieħu l-forma ta’ riżoluzzjoni (rezolūcija) u ma tistax tiġi kkontestata.

Fi żmien 20 jum mid-data tan-notifika tal-qorti tal-appell lill-partijiet illi se jinbdew il-proċedimenti, il-partijiet jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub dwar l-appell.

Wara li tintbagħat in-notifika tal-bidu tal-proċedimenti tal-appell, parti għandha 20 jum biex fih tressaq appell inċidentali. Jekk il-qorti tirċievi appell inċidentali, din tibagħtu lill-partijiet l-oħra minnufih.

L-appelli bi proċedura simplifikata jinstemgħu fi proċedura bil-miktub; il-partijiet jiġu nnotifikati sew minn qabel dwar id-data meta s-sentenza se tkun disponibbli online, u jiġu infurmati dwar il-kompożizzjoni tal-qorti u tad-dritt tagħhom li jitolbu r-rikuża tal-imħallef. Is-sentenza titqies li ġiet miktuba fil-jum meta s-sentenza tkun disponibbli fis-sistema online. Jekk il-qorti taħseb li jkun meħtieġ, kawża bi proċedura simplifikata tista’ tinstema’ f’seduta fil-qorti.

Ma jistax isir appell minn sentenza ta’ qorti tal-appell fil-kassazzjoni; is-sentenza tidħol fis-seħħ meta’ tinqara jew, jekk il-kawża tkun instemgħet fi proċedura bil-miktub, fid-data meta tkun inkitbet.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Litwanja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-Kapitolu XXIV tal-Parti IV tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) tar-Repubblika tal-Litwanja jipprovdi għall-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar.

It-talbiet żgħar Ewropej jiġu trattati skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u t-talbiet żgħar Ewropej jinstemgħu skont ir-regoli ġenerali għall-proċedimenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, skont l-eċċezzjonijiet provduti fil-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja li timplimenta l-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea li tirregola l-proċedimenti ċivili (Civilinį procesą reglamentuojančių Europos Sąjungos ir tarptautinės teisės aktų įgyvendinimo įstatymas).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar u l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar japplikaw għal talbiet ċivili sa massimu ta’ EUR 2 000.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tapplika għal talbiet ċivili sa massimu ta’ EUR 2 000. Il-proċedura ma tapplikax f’każijiet li jikkonċernaw: l-istatus jew il-kapaċità ġuridika tal-persuni fiżiċi; id-drittijiet ta’ propjetà minħabba relazzjoni matrimonjali, l-obbligi ta’ manteniment, it-testmenti u s-suċċessjonijiet; il-falliment, il-proċedimenti marbuta mal-istralċ ta’ kumpaniji falluti jew ta' persuni ġuridiċi oħra, l-assigurazzjoni soċjali, l-arbitraġġ, il-liġi industrijali, il-lokazzjoni ta’ propjetà immobbli, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi għal talbiet monetarji, u l-ksur tad-dritt ta’ privatezza u ta’ drittijiet marbuta mal-persuna, inkluż il-malafama.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Il-kawżi ta’ talbiet żgħar Ewropej jinstemgħu mill-qrati distrettwali skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni territorjali stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja, jiġifieri mill-qrati distrettwali tal-bliet u l-irħula.

Fil-każijiet speċifikati fl-Artikoli 4(3) u 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007, il-qorti trid tinforma lir-rikorrent/intimat illi huwa għandu dritt jippreżenta talba/kontrotalba mhux aktar tard minn 14-il jum wara li jirċievi n-notifika tal-qorti, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja. Meta’ r-rikorrent/intimat ma jippreżentax dik it-talba/kontrotalba mfassla kif suppost lill-qorti, u fiż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-rikors jitqies li ma ġiex ippreżentat u jintbagħat lura lir-rikorrent/intimat b’ordni tal-qorti. Kontra dan l-ordni jista’ jiġi ppreżentat appell separat.

1.3 Formoli

Il-formoli jinsabu l-qortu u fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Litwani.

1.4 Assistenza

Il-preżenza ta’ rappreżentant legali/avukat mhix meħtieġa. Il-qrati jipprovdu assistenza biex jimtlew il-formoli, iżda ma jagħtux pariri dwar il-mertu tat-talba. L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 jistabbilixxi l-assistenza prattika u l-informazzjoni li tingħata lill-partijiet fil-proċedimenti minn korpi li jipprovdu għajnuna legali primarja garantita mill-Istat.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-ġbir tal-provi huwa regolat mill-Kapitolu XIII tal-Parti II tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

1.6 Proċedura bil-miktub

Skont il-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar, il-qorti li tisma’ l-kawża tista’ tiddeċiedi hija nnifisha dwar il-forma u l-proċedura għas-smigħ tal-kawża. Seduta orali tista’ ssir meta’ ssir rikjesta minn tal-inqas parti waħda. Bil-proċedura bil-miktub, il-persuni nvoluti fil-kawża ma jiġux imsejħa u ma jattendux għas-seduta ta’ smigħ il-qorti. Il-persuni nvoluti fil-kawża jiġu notifikati bil-proċedura bil-miktub skont l-Artikolu 133(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Jekk il-każ jinstema’ rigward il-merti skont il-proċedura bil-miktub, id-data, l-ħin u l-post għas-seduta tal-qorti kif ukoll il-kompożizzjoni tal-qorti jiġu mħabbra fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku speċjali tal-inqas sebgħat'ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ, ħlief fil-każijiet speċifikati mill-Kodiċi, fejn il-partijiet jiġu notifikati bi proċedura differenti. Din l-informazzjoni tingħata wkoll mir-reġistru tal-qorti.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Skont il-proċedura nazzjonali għal talbiet żgħar, id-deċiżjoni tal-qorti jenħtieġ li jkollha partijiet introduttorji u operattivi u tagħti dikjarazzjoni qasira tar-raġunijiet.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Għat-talbiet żgħar titħallas tariffa tal-qorti (žyminis mokestis) fl-ammont stabbilit fl-Artikolu 80(1)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja. Tammonta għal 1/4 tat-tariffa pagabbli għat-talba, iżda mhux inqas minn EUR 10.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-Artikolu 29 tal-Liġi jipprovdi illi d-deċiżjonijiet tal-qrati Litwani adottati taħt il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar jistgħu jiġu appellati. Il-proċedura ta’ appell hija regolata mill-Artikoli 301-333 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili Litwan. Skont l-Artikolu 307(1) tal-Kodiċi, fejn ikun hemm raġunijiet għall-appell, l-appell jrid jiġi ppreżentat fi żmien 30 ġurnata mid-data tad-deċiżjoni tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Lussemburgu

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Minbarra l-proċedura Ewropea dwar it-talbiet iż-żgħar stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007, fid-dritt Lussemburgiż, teżisti proċedura simplifikata għall-irkupru ta’ talbiet sal-limitu ta’ EUR 15,000 (li ma jinkludux l-imgħax u l-ispejjeż), magħrufa bħala “ordni għall-ħlas” (ordonnance de paiement).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura tal-ordni għall-ħlas tista’ tintuża biex jiġi rkuprat dejn pekunjarju li ma jeċċedix EUR 15,000, dment li d-debitur ikun domiċiljat il-Lussemburgu.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Huma l-kredituri li għandhom jiddeċiedu jekk jużawx jew le l-proċedura tal-ordni għall-ħlas biex jirkupraw djun, peress li dawn jistgħu wkoll jiftħu kawża b’ċitazzjoni (citation) biex jidhru quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja.

Waħda mid-differenzi li jeżistu bejn il-proċedura tal-ordni għall-ħlas quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja u r-rikors quddiem il-Qorti Distrettwali għal ordni ta’ ħlas proviżorju hija li l-proċedimenti quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja jistgħu jagħtu lok għal sentenza sħiħa (jugement), filwaqt li l-proċedimenti quddiem il-Qorti Distrettwali jistgħu jagħtu lok għal digriet (ordonnance).

1.3 Formoli

Rikors biex tinkiseb ordni għall-ħlas jista’ jsir oralment jew bil-miktub quddiem ir-reġistru tal-kummissarju tal-ġustizzja.

Biex it-talba tkun valida jrid ikun fiha l-kunjomijiet, l-ismijiet, il-professjonijiet u d-domiċilji jew residenzi tar-rikorrent u tal-intimat, dikjarazzjoni tal-motivi u l-ammont pretiż u rikors biex tinkiseb ordni għall-ħlas kundizzjonali.

Il-kreditur irid jehmeż jew jiddepożita kull dokument li jikkostitwixxi prova tal-eżistenza u l-ammont tad-dejn u li jistabbilixxi li d-dejn huwa fondat.

Paragun tat-testi juri li d-dikjarazzjoni tal-motivazzjonijiet meħtieġa għal talbiet li għandhom jinstemgħu quddiem il-kummissarju tal-ġustizzja hija inqas estensiva, għax ikun biżżejjed f’dak li każ li jiġi speċifikat l-ammont u l-oriġini tad-dejn.

1.4 Assistenza

Il-leġiżlazzjoni ma timponi l-ebda obbligu fuq l-uffiċjali ġudizzjarji jew fuq il-qrati sabiex jassistu lill-partijiet.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Japplikaw ir-regoli ordinarji dwar il-provi. Ara “It-Teħid tal-Provi - Il-Lussemburgu”.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk id-debitur joġġezzjona u l-kreditur ikun jixtieq ikompli l-proċedimenti, ikollha tinstema’ l-kawża f’seduta pubblika.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenzi mogħtija f’kawżi ta’ ordni għall-ħlas soġġetti għall-istess prinċipji u regoli bħas-sentenzi mogħtija skont il-proċedura ordinarja.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Fid-dritt Lussemburgiż, il-parti telliefa normalment tiġi kkundannata għall-ispejjeż, minkejja li l-qorti tista’ tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni speċjali u motivata jekk l-ispejjeż kollha jew parti minnhom għandhomx jitħallsu minn parti oħra. Jekk il-parti rebbieħa tkun ġarrbet l-ispejjeż tal-proċedimenti, tkun tista’ titlob lill-parti l-oħra biex tirrimborżaha.

Kuntrarju għar-regola li teżisti f’pajjiżi oħrajn, ir-rimborż tal-ispejjeż tal-avukat ma huwiex sistematiku. Skont il-liġi tal-Lussemburgu, l-“ispejjeż” imsemmija fl-Artikolu 238 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jinkludu l-ispejjeż tal-uffiċjali ġudizzjarji, tal-esperti, kwalunkwe spiża mħallsa lix-xhieda, tat-traduzzjonijiet, eċċ., iżda mhux l-ispejjeż tal-avukati.

L-imħallef jista’ jalloka somma f’daqqa lill-parti rebbieħa maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż imġarrba minħabba l-kawża, inklużi l-ispejjeż tal-avukat. Dan huwa partikolarment il-każ meta jkun inekwu li parti waħda titħalla ġġarrab spejjeż li ġarrbet u li ma humiex inklużi bħala kostijiet; l-imħallef jista’ jordna lill-parti l-oħra tagħmel tali ħlas kif iqis xieraq l-imħallef.

Id-deċiżjoni li jingħata ħlas, flimkien mal-ammont tad-deċiżjoni, hija fid-diskrezzjoni tal-imħallef.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Ir-regoli ordinarji japplikaw ukoll f’każijiet ta’ ordnijiet ta’ ħlas. Is-sentenzi tal-kummissarju tal-ġustizzja jistgħu jiġu appellati meta l-ammont ikkonċernat ikun iktar minn EUR 2,000.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLEGILUX

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr.html

L-aħħar aġġornament: 05/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Ungerija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Minbarra l-proċedura speċifikata fir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (u t-Taqsimiet 598 sa 602 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt CXXX tal-2016 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li jittrattaw kwalunkwe kwistjoni mhux stabbilita minn dan ir-Regolament), il-liġi Ungeriża fis-seħħ ma kellhiex proċedura speċjali applikabbli għal pretensjonijiet żgħar mill-1 ta’ Jannar 2018. Pretensjonijiet żgħar kienu rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt III tal-1952 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili; madankollu, dan l-Att tħassar bl-Att CXXX tal-2016 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2018. Dan ifisser li mill-1 ta’ Jannar 2018 ma kien hemm l-ebda regoli speċifiċi applikabbli għal pretensjonijiet żgħar fil-proċedura ċivili Ungeriża. Konsegwentement, ir-regoli ġenerali japplikaw għall-infurzar ta’ pretensjonijiet żgħar. Madankollu, il-proċedimenti li jinbdew qabel l-1 ta’ Jannar 2018 jiġu ttrattati skont l-Att III tal-1952 ta’ qabel dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Għalhekk l-informazzjoni li ġejja hija rilevanti biss għall-kawżi li għadhom pendenti li nbdew qabel l-1 ta’ Jannar 2018.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura għal pretensjonijiet żgħar hija disponibbli fi proċedimenti għall-irkupru ta’ pretensjonijiet li ma jaqbżux il-HUF 1 miljun, li saru kontenzjużi wara oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas, jew li jsegwu proċedura ta’ ordni ta’ ħlas, jiġifieri meta

a) rikors għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas jiġi miċħud min-nutar pubbliku ex officio u sussegwentement ir-rikorrent iressaq kawża quddiem il-qorti sabiex din il-pretensjoni tiġi eżegwita;

b) il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas tintemm min-nutar pubbliku permezz ta’ digriet u sussegwentement ir-rikorrent iressaq kawża quddiem il-qorti sabiex jeżegwixxi l-pretensjoni.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura hija applikata mill-qrati distrettwali.

1.3 Formoli

Ebda formola mhi pprovduta għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet li jniedu l-proċedimenti, iżda għall-proċeduri għal ordnijiet ta’ ħlas qabel tali applikazzjonijiet – li huma fil-kompetenza tan-nutara tal-liġi ċivili – hija disponibbli formola fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra Ungeriża tan-Nutara tad-Dritt Ċivili u fl-uffiċċji tan-nutara.

1.4 Assistenza

Hija disponibbli assistenza. Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tad-drittijiet tagħhom, persuni fiżiċi li d-dħul u l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom ma jippermettulhomx li jħallsu l-ispejjeż tal-proċedimenti għandhom, fuq talba tagħhom, ikunu kompletament jew parzjalment eżentati mill-ħlas ta’ dawn l-ispejjeż. Skont l-Att dwar il-Miżati, il-partijiet jistgħu wkoll ikunu intitolati għal konċessjonijiet fir-rigward ta’ xi tariffi tal-qorti (eżenzjoni mit-tariffi jew id-dritt li jiddifferuhom), u persuni fil-bżonn huma wkoll intitolati li jimpjegaw assistent ġuridiku jew avukat skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Għajnuna Ġuridika jekk ikun meħtieġ biex jinfurzaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fi proċeduri li jkunu saru kontenzjużi wara oppożizzjoni għal ordni ta’ ħlas, il-qorti tinnotifika lill-konvenut bil-fatti u bil-provi ppreżentati mir-rikorrent mhux aktar tard miċ-ċitazzjoni għas-seduta. Il-parti tista’ tressaq provi sa mhux aktar tard mill-ewwel ġurnata tas-seduta. Bħala eċċezzjoni għal din ir-regola, il-parti tista’ tipprovdi evidenza waqt il-proċedimenti jekk il-parti opposta tagħti l-approvazzjoni tagħha jew jekk il-parti tinvoka fatti jew provi, deċiżjonijiet finali tal-qrati jew deċiżjonijiet amministrattivi oħra fil-preżentazzjoni tagħha ta’ evidenza li, għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli lill-parti, ikunu saru magħrufa lilha wara l-iskadenza standard stabbilita għall-forniment ta’ evidenza, jew li kienet informata dwarhom wara din id-data ta’ skadenza għal raġunijiet li ma jkunux attribwibbli lilha, u jekk il-parti tipprovdi provi suffiċjenti sabiex issostni din il-pretensjoni.

Jekk isiru bidliet fl-applikazzjoni jew titressaq kontropretensjoni, il-parti tista’ tipprovdi evidenza rilevanti meta jsiru l-bidliet (titressaq il-kontropretensjoni), filwaqt li fil-każ ta’ oppożizzjonijiet għal pretensjonijiet ta’ tpaċija, l-evidenza relatata mal-pretensjoni ta’ tpaċija tista’ tiġi pprovduta simultanjament mal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni. Il-qorti trid tinjora kull prova mressqa b’mod li jmur kontra dawn id-dispożizzjonijiet. Ir-regoli ġenerali tal-evidenza japplikaw fl-aspetti l-oħra kollha.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-Qorti tagħmel ukoll seduta.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Il-kontenut tas-sentenzi huwa rregolat mir-regoli applikabbli b’mod ġenerali, bil-kundizzjoni li l-partijiet iridu jkunu pprovduti b’informazzjoni wara l-parti operattiva tas-sentenza dwar l-elementi li jridu jiġu inklużi fl-appell u l-konsegwenzi ġuridiċi jekk dawk l-elementi jitħallew barra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Bħala regola ġenerali, japplika l-prinċipju ta’ “min jitlef iħallas”.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-possibbiltà ta’ appell hija limitata f’numru ta’ aspetti, u għalhekk huwa tal-akbar importanza li tista’ tiġi invokata biss referenza għal ksur tar-regoli tal-proċedura tal-ewwel istanza jew applikazzjoni ħażina tal-liġi li sservi bħala bażi għall-valutazzjoni tal-merti tal-kawża. Ir-regoli ġenerali japplikaw għall-preżentazzjoni ta’ appelli u għal-limitu ta’ żmien stabbilit għall-appelli, jiġifieri għandhom jitressqu fil-qorti li ġġib ir-riżoluzzjoni fl-ewwel istanza fi żmien 15-il jum min-notifika tas-sentenza u jiġu ġġudikati mill-qorti reġjonali kompetenti.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Malta

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-proċedura speċifika għal talbiet żgħar hija rregolata mill-Kapitolu 380 tal-Liġijiet ta’ Malta (l-Att dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar) kif ukoll mil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 380.01, 380.02 u 380.03.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Dan it-tribunal [Tribunal għal Talbiet Żgħar] għandu ġuriżdizzjoni biss biex jisma’ u jiddeċiedi dwar talbiet ta’ flus li ma jaqbżux l-ammont ta’ EUR 5 000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedimenti jibdew meta l-parti li tagħmel it-talba timla l-formola neċessarja, ppreżenta t-talba tagħha fir-Reġistru tat-Tribunal, tħallas id-dritt u titlob lit-Tribunal jinnotifika lill-konvenut bit-talba. Il-konvenut imbagħad ikollu tmintax-il jum min-notifika b’talba biex jippreżenta r-risposta tiegħu. Huwa jista’ jagħmel kontrotalba wkoll. Jekk il-konvenut jidhirlu li għandu jkun ħaddieħor li jħallas it-talba tal-attur, huwa għandu jindika min hi dik il-persuna. Imbagħad, ir-Reġistratur għandu jinnotifika lill-partijiet bid-data u bil-ħin tas-smigħ. Il-ġudikatur jirregola l-proċedimenti quddiem it-Tribunal kif ikun jidhirlu xieraq skont id-dettami tal-ġustizzja naturali. Il-ġudikatur għandu jiżgura li każ għandu, kemm ikun possibbli, jinstema’ u jinqata’ sommarjament fl-istess jum tas-smigħ tiegħu u li dak is-smigħ ma jtulx iktar minn seduta waħda. Huwa għandu jitgħarraf b’kull mod li jista’ jidhirlu xieraq u ma jkunx marbut bil-prattika dwar l-aħjar prova jew dwar xhieda fuq kliem ħaddieħor jekk ikun sodisfatt lix-xhieda li jkollu quddiemu tkun biżżejjed veritiera li biha jista’ jasal biex jaqta’ l-każ li jkun qed jittratta. Huwa għandu jiddeżisti kemm jista’ jkun milli jqabbad periti sabiex jagħtu l-parir espert tagħhom. Huwa għandu jkollu l-istess setgħa daqs maġistrat li joqgħod fil-Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza ċivili tagħha u b’mod partikolari għandu jkun jista’ jħarrek ix-xhieda u jamministralhom il-ġurament.

1.3 Formoli

Il-parti li tagħmel it-talba għandha timla l-formola għat-talba li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 380.01 (Regoli dwar Tribunal għal Talbiet Żgħar). Il-konvenut għandu jagħmel ir-risposta tiegħu billi jimla formola wkoll, li tinsab ukoll fl-ewwel Skeda tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja msemmija hawn fuq.

1.4 Assistenza

Il-partijiet jistgħu jkunu assistiti minn kwalunkwe persuna: dan ma jridx ikun bilfors avukat jew prokuratur legali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-partijiet jistgħu jippreżentaw il-provi bil-fomm, f’forma dokumentarja jew iż-żewġ tipi flimkien. Xhud jista’ jitħarrek — mill-inqas tlett ijiem qabel id-data meta x-xhud ikun meħtieġ li jixhed — biex jidher quddiem it-Tribunal f’data speċifika u f’ħin speċifiku biex jagħti x-xhieda tiegħu jew iġib miegħu xi dokument. Jekk xhud li jkun ġie debitament imħarrek jonqos milli jidher waqt seduta, it-Tribunal jista’ jordna li dak ix-xhud jinġieb b’arrest għal seduta li ssir f’data oħra.

1.6 Proċedura bil-miktub

It-talba u r-risposta għaliha jsiru bil-miktub. Il-provi jistgħu jkunu dokumentarji. Madankollu, id-dehra quddiem it-Tribunal fid-dati stabbiliti minnu hija obbligatorja.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-ġudikatur għandu jelenka d-dettalji ewlenin li jkun qed jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuqhom. Fl-istess deċiżjoni, huwa għandu wkoll jiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

F’kull deċiżjoni, il-ġudikatur għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż li xi waħda mill-partijiet ikollha tbati. Sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi speċjali li jitolbu xorta oħra, il-parti li titlef tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra li l-każ ikun inqata’ favuriha. L-ispejjeż ikunu limitati għan-nefqiet effettivi li jkunu saru b’mod dirett dwar il-każ mill-parti li l-każ ikun inqata’ favuriha. Fil-każ ta’ talba vessatorja jew frivola, it-Tribunal jista’ jordna lill-parti li tkun għamlitha biex tħallas lill-konvenut penali ta’ mhux inqas minn EUR 250 u mhux iżjed minn EUR 1 250, u din il-penali tkun dovuta bħala dejn ċivili.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Kull appell minn deċiżjoni tat-Tribunal irid jiġi ppreżentat fir-Reġistru tal-Qrati b’rikors li jsir fil-Qorti tal-Appell fil-kompetenza inferjuri tagħha, fi żmien għoxrin jum mid-data meta l-Ġudikatur ikun ta d-deċiżjoni tiegħu.

L-aħħar aġġornament: 04/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Olanda

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija l-proċedura permezz ta’ ċitazzjoni fis-sezzjoni sub distrettwali tal-qorti (sector kanton van de rechtbank). Din hija l-proċedura ordinarja permezz ta’ ċitazzjoni, b’simplifikazzjoni tal-proċedura. Jekk il-każ jinstema fis-sezzjoni sub-distrettwali tal-qorti mhemmx għalfejn tqabbad avukat għaliex tista’ tirrapreżenta lilek innifsek.

Il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tista’ tintuża wkoll f'każijiet transfruntiera fl-UE. Tista’ tuża l-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar jekk għandek tirċievi flus mingħand:

  • kumpanija oħra;
  • organizzazzjoni;
  • klijent.

Fil-liġi tan-Netherlands, hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt li jimplimenta r-Regolament tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Att tad-29 ta’ Mejju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-qorti sub distrettwali tisma’:

  • kawżi dwar talbiet sa valur massimu ta’ EUR 25 000;
  • kawżi marbuta ma' talbiet ta’ valur mhux determinat, jekk il-valur x’aktarx ma jaqbiżx EUR 25 000.

Barra minn hekk, l-imħallef tal-qorti sub distrettwali jiddeċiedi kawżi li jikkonċernaw il-liġi industrijali, kirjiet, kuntratti ta’ bejgħ lil konsumatur u kuntratti ta’ kreditu lill-konsumatur, appelli mill-multi tat-traffiku u reati minuri. Il-qorti tisma’ wkoll każijiet dwar l-amministrazzjoni, it-tutela, il-kurazija u r-rinunzja jew aċċettazzjoni ta’ wirt. Ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ taħrik fil-‑qorti sub distrettwali.

Il-qorti sub distrettwali tisma wkoll il-kawżi dwar talbiet żgħar Ewropej. Il-valur massimu għall-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa stabbilit mir- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE) Nru 861/2007 fis-somma ta’ EUR 5,000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

M'hemmx proċedura speċjali tal-qorti sub distrettwali. Fil-prinċipju, ir-regoli għall-proċedura biċ-ċitazzjoni japplikaw kemm għall-qorti distrettwali kif ukoll is-sezzjoni sub distrettwali tagħha. Differenza importanti hija li fil-kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali, il-partijiet għandhom id-dritt jiddefendu l-kawża huma stess, filwaqt li għal kawżi oħra (quddiem il-qorti distrettwali), il-partijiet għandhom bżonn avukat. Ara l-punt 1.4 iktar l’isfel Barra minn hekk, fis-sezzjoni sub distrettwali l-kawżi jistemgħu minn imħallef‑uniku, jiġifieri minn imħallef presedenti wieħed.

Ir-regoli dwar il-proċedura b’ċitazzjoni japplikaw ukoll għat-talbiet żgħar Ewropej.

1.3 Formoli

Il-proċedimenti quddiem il-qorti sub distrettwali normalment jibdew b’ċitazzjoni. L-aktar dikjarazzjonijiet importanti fiċ-ċitazzjoni huma l-pretensjoni (it-talba nnifisha) u r-raġunijiet warajha (il-fatti u l-liġi li fuqhom hija bbażata l-pretensjoni).

Xi ftit partikolaritajiet tal-proċedimenti tal-qorti sub distrettwali huma:

  1. il-konvenut jitħarrek quddiem il-qorti distrettwali A, iżda jidher quddiem l-imħallef tal-qorti sub‑distrettwali fis-sede prinċipali tal-qorti A jew f'sede speċifika tal-qorti sub‑ distrettwali A.
  2. jekk għall-proċedimenti r-rikorrent ikun rappreżentat minn rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentat iridu jitniżżlu fiċ-ċitazzjoni.

Talba skont il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar ssir bil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola A. Ir-rikors irid isir lill-qorti li għandha ġuriżdizzjoni.

1.4 Assistenza

F’kawżi quddiem il-qorti sub distrettwali, l-partijiet jistgħu jiddefendu l-kawża huma stess. Dan ifisser illi m'hemmx l-obbligu ta’ rappreżentanza minn avukat. L-għajnuna mogħtija minn rappreżentant awtorizzat, li m'hemmx għalfejn ikun avukat, hija possibbli wkoll. Dwar ir-rimborż tal-ispejjeż għall-assistenza legali ta’ avukat, ara wkoll il-punt 1.8 hawn taħt.

Fil-proċedura Ewropea, bl-istess mod, il-partijiet ma għandhomx għalfejn jiġu rappreżentati minn avukat jew minn konsulent legali ieħor.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Japplikaw ir-regoli normali dwar il-provi. Skont il-liġi Netherlandiża dwar il-provi, l-imħallef huwa liberu li jevalwa l-provi edotti. L-Artikolu 9 tal-imsemmi Regolament (KE) Nru 861/2007 jirregola l-kumpilazzjoni tal-provi fil-proċedura Ewropea.

1.6 Proċedura bil-miktub

HemmIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregoli nazzjonali ta’ proċedura għar-rwol fil-qasam ċivili tas-sezzjonijiet sub distrettwali (Landelijk Procesreglement voor rolzaken kanton). Id-dokumenti bil-miktub jistgħu jiġu ppreżentati fir-reġistru tal-qorti distrettwali qabel id-data tal-kawża, iżda wkoll fis-seduta ta' smigħ. Id-dikjarazzjonijiet u r-risposti jistgħu jiġu ppreżentati oralment fil-proċedimenti quddiem il-qorti sub distrettwali. Il-proċedura Ewropea hija proċedura bil-miktub, għalkemm tista’ ssir seduta ta’ smigħ jekk l-imħallef iqisha neċessarja jew jekk hekk parti titlob li ssir.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Is-sentenza għandu jkun fiha:

  • l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet u tar-rappreżentanti awtorizzati jew avukati tagħhom;
  • Il-fehmiet espressi tal-partijiet;
  • kif miexja l-proċedura;
  • il-konklużjoni taċ-ċitazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-partijiet;
  • ir-raġunijiet għad-deċiżjoni, bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet tal-imħallef;
  • id-deċiżjoni finali tal-imħallef;
  • l-isem tal-imħallef;
  • It-tqassim tal-ispejjeż;
  • id-data tal-għotja tas-sentenza.

L-imħallef jiffirma s-sentenza.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Jekk il-kawża titressaq quddiem qorti sub distrettwali, din tista’ tinvolvi dawn l-ispejjeż: it-tariffa tal-qorti għall-preżentata, it-tqassim tal-ispejjeż ordnati mill-qorti u l-ispejjeż għall-assistenza legali.

It-tariffa tal-qorti għall-preżentata titħallas meta’ l-kawża titressaq quddiem il-qorti. L-ammont jiddependi min-natura tal-każ. Fil-prattika, l-avukat tiegħek iħallas dan l-ammont bil-quddiem u mbagħad iżommlok tagħha aktar tard. L-imħallef jista’ jordna lill-parti telliefa biex tħallas l-ispejjeż tal-parti l-oħra. Jekk ħadd mill-partijiet ma jirbaħ il-kawża għal kollox, kulħadd iħallas l-ispejjeż tiegħu. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-ispejjeż ordnati mill-qorti jistgħu jinkludu l-ispejjeż għall-assistenza legali, kif ukoll l-ispejjeż tax-xhieda, l-esperti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza, l-ispejjeż tal-estratti u spejjeż l-oħra barra mill-qorti.

Skont il-leġiżlazzjoni Netherlandiża, dawk il-persuni b’inqas mezzi biex iħallsu ġieli jkollhom il-possibbiltà li jingħataw kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza legali. L-assistenza legali sussidjata mhix possibbli għall-kawżi kollha quddiem il-qrati sub distrettwali kollha. Jekk l-assistenza legali sussidjata mhix possibbli, il-partijiet fil-kawża jħallsu wkoll kontribuzzjoni propja għall-ispejjeż tal-assistenza legali, skont is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Rikors għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-assistenza legali jsir mill-avukat lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord għall-Għajnuna Legali (Raad voor rechtsbijstand). Dan huwa regolat mill-Att dwar l-Għajnuna Legali (Wet op de Rechtsbijstand). Il-Kapitolu III A ta’ dan l-Att jistabbilixxi r-regoli dwar l-għoti ta’ għajnuna legali f’kawżi transfruntiera fl-UE.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Appell kontra s-sentenzi tas-sezzjoni sub distrettwali tal-qorti jista’ jiġi ppreżentat quddiem il-qorti tal-appell. L-appell huwa possibbli biss jekk it-talba taqbeż EUR 1 750. L-appell jrid isir fi żmien tliet xhur mid-data tal-għotja tas-sentenza. Jista’ jsir appell minn deċiżjoni tal-qorti sub distrettwali fil-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

L-aħħar aġġornament: 10/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Awstrija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Ma teżisti l-ebda proċedura għal talbiet żgħar, bħala tali fid-dritt nazzjonali Awstrijak. Madankollu, il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijak jipprevedi proċeduri simplifikati jew regoli proċedurali speċifiċi f’ċerti materji li jinġiebu quddiem il-Qrati Distrettwali.

Uħud minn dawn ir-regoli proċedurali speċifiċi japplikaw biss għal talbiet żgħar sa limitu ta’ EUR 1,000 (ara l-punt 1.5) jew Euro 2,700 (ara wkoll il-punt 1.9).

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Ir-regoli speċifiċi għal talbiet żgħar fid-dritt proċedurali Awstrijak huma obbligatorji u l-partijiet ma jistgħux joħorġu minnhom.

Għalhekk, la l-Qorti u lanqas il-partijiet ma jistgħu jittrasferixxu t-talba għal proċedura “ordinarja”.

1.3 Formoli

Peress li bħala tali l-Awstrija m’għandhiex proċedura għal talbiet żgħar, lanqas ma hemm formoli speċifiċi għal talbiet bħal dawn.

1.4 Assistenza

Ir-rappreżentanza legali mhijiex obbligatorja fl-Awstrija għal ammonti ta’ tilwim li l-valur tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 5.000. Bħala prinċipju, l-imħallef għandu jipprovdi assistenza lill-partijiet mingħajr rappreżentanza legali, jiġifieri għandu jinformahom dwar id-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom u dwar il-konsegwenzi legali tal-azzjonijiet u l-omissjonijiet tagħhom. Il-partijiet mingħajr rappreżentanza legali jistgħu wkoll jirreġistraw it-talbiet tagħhom oralment quddiem il-Qorti Distrettwali kompetenti jew il-Qorti Distrettwali tal-post tar-residenza tagħhom. Jekk is-sottomissjoni bil-miktub magħmula minn parti mingħajr rappreżentanza legali ma tkunx adegwata, l-imħallef għandu jipprovdi lill-parti bl-ispjegazzjonijiet u l-istruzzjonijiet rilevanti. L-imparzjalità tal-imħallef m’għandhiex tkun ristretta minħabba f’dan.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

F’kawżi b’valur ta’ EUR 1,000 jew inqas, il-Qorti tista’ tinjora l-evidenza pprovduta mill-parti jekk kjarifika sħiħa taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha toħloq diffikultajiet sproporzjonati. Madankollu, hawnhekk ukoll l-imħallef irid jagħmel deċiżjoni mhux arbitrarja in bona fede, abbażi tal-eżitu tal-proċedimenti b’mod ġenerali. Id-Deċiżjoni għandha tkun suġġetta għal reviżjoni fl-istadji suċċessivi tal-appell.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-proċedura esklużivament bil-miktub mhijiex permessa taħt il-liġi Awstrijaka. Pereżempju, fid-dritt proċedurali ċivili tal-Awstrija, bis-saħħa tal-prinċipju ta’ immedjatezza (sachlicher Unmittelbarkeitsgrundsatz) evidenza diretta tal-fatti trid tingħata preferenza fuq sempliċi sorsi indiretti ta’ evidenza; testimonjanzi bil-miktub ippreżentati fil-forma ta’ dokumenti huma inammissibbli.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijak, jekk l-għoti ta’ sentenza jsir oralment, ir-rekwiżiti li japplikaw għall-kopja bil-miktub huma inqas stretti. Dan japplika irrispettivament mill-valur tat-talba. Jekk sentenza tkun ingħatat bil-fomm fil-preżenza taż-żewġ partijiet u ma tkunx ġiet appellata fi żmien debitu minn l-ebda waħda mill-partijet, il-qorti tista’ toħroġ “sentenza mqassra ” li tkun limitata għar-raġunijiet prinċipali tad-deċiżjoni.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Skont il-liġi Awstrijaka, ir-rimborż tal-ispejjeż fi proċedimenti ċivili huwa, fil-prinċipju, ugwali għal-livell tas-suċċess. Kemm it-tariffi tal-Qorti kif ukoll it-tariffi legali huma marbuta direttament mal-valur tat-talba, li jfisser li l-pretensjonijiet żgħar ġeneralment jirriżultaw fi spejjeż tal-Qorti jew tariffi legali aktar baxxi. Billi l-ispejjeż huma stabbiliti fl-atti u r-regolamenti fil-forma ta’ tariffi, il-piż tal-ispejjeż jista’ jinżamm ’l isfel għal talbiet ta’ valur baxx. Madankollu, ma hemmx regoli speċifiċi dwar l-ispejjeż għal tali talbiet.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-liġi Awstrijaka tippermetti biss drittijiet limitati ta’ appell fi proċedimenti ta’ talbiet żgħar. L-appelli fi proċedimenti fuq talbiet sa EUR 2,700 fl-ewwel Istanza huma permessi biss fil-każ ta’ validazzjoni legali skorretta jew minħabba invalidità (żbalji proċedurali serji ħafna). Mhuwiex possibbli li wieħed jopponi żbalji proċedurali serji oħra. Lanqas ma jista’ wieħed jopponi kostatazzjonijiet skorretti tal-fatti li jkunu saru mill-Qorti tal-Ewwel Istanza (abbażi, pereżempju ta’ valutazzjoni skorretta tal-evidenza). Fil-bqija tal-kawżi, japplikaw ir-regoli li jirregolaw il-proċedura “ordinarja”.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Talbiet żgħar - Polonja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Id-dritt Pollakk jipprevedi “proċedura simplifikata”. Hija rregolata mill-Artikoli 505 (1)- 505 (14) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (“CCP”, Code of Civil Procedure).

Is-simplifikazzjonijiet immirati biex itejbu l-ħeffa tal-proċeduri jikkonsistu fir-razzjonalizzazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-proċedimenti tal-ġbir tal-evidenza u tal-appell billi jħaffu l-proċeduri tal-qorti u jagħmluhom inqas formali, kif ukoll fl-introduzzjoni ta’ rekwiżiti formali aktar stretti għall-partijiet biex jiżguraw li l-partijiet jikkonformaw mal-iskadenzi rilevanti għat-teħid ta’ passi proċedurali differenti.

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Pollakk jinkorpora l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Il-proċedura ġiet introdotta bir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar bl-għan li jiġu razzjonalizzati u simplifikati l-proċedimenti ċivili u kummerċjali. Ir-Regolament jiġi applikat fl-Istati Membri kollha tal-UE minbarra d-Danimarka. Dan ġie traspost fid-dritt Pollakk permezz tal-Artikoli 505 (21)-Article 505 (27a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura simplifikata tintuża fil-każijiet li ġejjin li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali (sądy rejonowe):

  • talbiet abbażi ta’ kuntratti (jekk il-valur tat-talba ma jaqbiżx PLN 20 000) u, għal talbiet taħt garanziji jew garanziji ta’ kwalità jew talbiet li jirriżultaw mill-inkompatibbiltà ta’ oġġetti tal-konsum ma’ kuntratt ta’ bejgħ lil konsumatur, jekk il-valur tas-suġġett tal-kuntratt ma jaqbiżx dak l-ammont;
  • talbiet għall-ħlas tal-kera ta’ postijiet ta’ abitazzjoni u t-tariffi pagabbli mill-kerrejja kif ukoll it-tariffi għall-użu ta’ abitazzjoni f’kooperattiva tad-djar, irrispettivament mill-valur tat-talba.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy), it-talbiet minħabba inadempjenza jew adempjenza inadegwata ta’ obbligu għandhom jiġu kkunsidrati skont il-proċedura simplifikata jekk il-valur tat-talba ma jaqbiżx PLN 20 000. Jekk ir-rikorrent qiegħed jitlob ammont inqas minn PLN 20,000 illi jikkostitwixxi il-fdal ta’ talba li diġà ġiet sodisfatta b’ammont ta’ aktar minn PLN 20,000, din it-talba wkoll tiġi kkunsidrata skont il-proċedura simplifikata. “Kuntrattwali” tfisser li talbiet li jirriżultaw minn atti illegali, arrikkiment indebitu u l-eżistenza ta’ sjieda ta’ proprjetà, komproprjetà jew il-komunjoni ta’ drittijiet jew l-eżistenza ta’ drittijiet oħra ta’ proprjetà li l-akkwist jew l-eżerċizzju tagħhom jagħti lok għal obbligu ta’ ħlas ma jistgħux jinstemgħu skont il-proċedura simplifikata. It-talbiet li jirriżultaw minn atti legali għajr kuntratti wkoll ma jistgħux jinstemgħu skont din il-proċedura: atti legali unilaterali, aġenzija mingħajr awtorizzazzjoni, sehem furzat ta’ patrimonji (legitima portio) u obbligi li jirriżultaw minn deċiżjoni amministrattiva jew direttament minn dispożizzjonijiet tal-liġi.

Il-proċedura simplifikata tista’ tintuża f’każijiet li jinvolvu persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi jew negozji, impjegati u impjegaturi. Bħala tali, l-użu tal-proċedura mhuwiex limitat mit-tip ta’ entità. Dan ifisser li kwistjonijiet relatati mal-impjegati jew kwistjonijiet ekonomiċi jistgħu jinstemgħu wkoll skont il-proċedura simplifikata.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali u tal-qrati reġjonali (sądy okręgowe) f’konformità mal-ġuriżdizzjoni territorjali stabbilita fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 16 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, moqri flimkien mal-Artikoli 17 u 505 (22) tiegħu). F’każijiet bħal dawn, l-iskrivani ġudizzjarji jistgħu joħorġu ordnijiet.

Skont ir-Regolament imsemmi hawn fuq, talbiet żgħar huma talbiet f’materji ċivili u kummerċjali (inklużi kwistjonijiet tal-konsumatur) u każijiet li fihom il-valur tat-talba, esklużi l-interessi u l-ispejjeż, ma jaqbiżx l-EUR 5 000 (fiż-żmien meta l-qorti kompetenti tirċievi l-formola tat-talbiet).

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Skont l-Artikolu 505 (3), kwalunkwe sett ta’ proċedimenti skont il-proċedura simplifikata jista’ jikkonċerna talba waħda biss. Diversi talbiet jistgħu jiġu kkombinati f’talba waħda biss jekk jirriżultaw mill-istess kuntratt jew kuntratti tal-istess tip. Jekk diversi talbiet jiġu kkombinati illegalment f’talba waħda, l-imħallef li jippresjedi jordna li t-talba tiġi rritornata skont l-Artikolu 130(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili wara azzjoni li ma rnexxietx biex tiġi rettifikata dik l-irregolarità formali. Jekk ir-rikorrent qiegħed jitlob biss parti mit-talba, il-każ jiġi kkunsidrat skont il-proċedura simplifikata jekk din il-proċedura tkun xierqa għat-talba kollha li tirriżulta mill-fatti invokati mir-rikorrent. It-talbiet ma jistgħux jiġu modifikati skont il-proċedura simplifikata. Il-kontrotalbiet u t-tpaċijijiet huma permessi jekk it-talbiet jikkwalifikaw għall-proċedura simplifikata. Intervent primarju, sekondarju, avviżi lil partijiet terzi u tibdiliet tal-partijiet mhumiex permessi.

Il-kawżi jinstemgħu skont il-proċedura simplifikata irrispettivament mix-xewqat tal-partijiet, li jfisser illi din il-proċedura hija obbligatorja.

1.3 Formoli

Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 125(2)), in-noti kollha, inklużi t-talbiet, id-dikjarazzjonijiet tad-difiża, ir-rikorsi għall-annullament tas-sentenzi fil-kontumaċja jew in-noti li jkun fihom evidenza ppreżentata matul il-proċedura simplifikata, għandhom jiġu ppreżentati fuq formoli uffiċjali.

Formoli uffiċjali huma disponibbli mill-uffiċċji muniċipali, l-uffiċċji tar-reġistru tal-qorti u fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja. In-nuqqas ta’ użu tal-formola rikjesta jikkostitwixxi irregolarità formali.

Skont id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Artikolu 130(1) tiegħu), jekk nota li kellha tiġi ppreżentata fuq formola uffiċjali tkun ġiet ippreżentata b’mod ieħor jew ma tkunx tista’ tiġi pproċessata minħabba li ma jkunux ġew issodisfati kundizzjonijiet formali oħra, l-imħallef li jippresjedi jitlob lill-parti tirrettifika l-irregolaritajiet fi żmien ġimgħa u jibgħat in-nota lil dik il-parti. Rikjesta għall-korrezzjoni tal-irregolaritajiet għandha tispeċifika l-irregolaritajiet kollha fit-talba. Jekk il-parti ma tikkonformax qabel l-iskadenza tat-terminu jew tiġi ppreżentata mill-ġdid nota irregolari, l-imħallef li jippresjedi jordna li n-nota tintbagħat lura.

Skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, hemm erba’ formoli standard, mehmuża bħala annessi mar-Regolament msemmija hawn fuq. Dawn huma:

  • il-formola tat-talba;
  • it-talba mill-qorti jew it-tribunal biex timtela u/jew tiġi rrettifikata l-formola tat-talba;
  • il-formola tar-risposta;
  • iċ-ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

1.4 Assistenza

Il-prinċipju tal-konċentrazzjoni tal-provi japplika fil-proċedura simplifikata. L-affermazzjonijiet, l-allegazzjonijiet u l-mozzjonijiet għall-provi ppreżentati mill-partijiet wara li tiġi ppreżentata talba, kontrotalba jew rikors biex tiġi annullata sentenza fil-kontumaċja jew wara li tiġi konkluża l-ewwel sessjoni maħsuba għal seduta jiġu injorati mill-qorti (sistema ta’ preklużjoni), sakemm il-parti ma turix li dawn ma setgħux jiġu, jew ma kellhomx għalfejn jiġu, ippreżentati qabel (fid-diskrezzjoni tal-imħallef). Tali arranġament huwa ddettat mill-ħeffa tal-proċedura simplifikata. Jekk il-qorti tikkonkludi li huwa impossibbli jew diffiċli ħafna li jiġi pprovat b’mod konklużiv l-ammont ta’ talba, hija tista’ tispeċifika ammont xieraq fis-sentenza fid-diskrezzjoni tagħha, wara li tikkunsidra l-fatti kollha tal-kawża. Meta teżamina kawża, qorti tista’ tinjora r-regoli dwar il-proċedura simplifikata, meta din tista’ tikkontribwixxi għal soluzzjoni aktar effiċjenti tat-tilwima (l-Artikolu 505(1) § 3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Meta jkun meħtieġ għarfien speċifiku biex jiġu ddeterminati l-merti u l-ammont tat-talba, hija fid-diskrezzjoni tal-qorti li twettaq valutazzjoni indipendenti li tqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-kawża jew li titlob perizja. Ma tintalab l-ebda perizja meta l-kost antiċipat ta’ opinjoni jaqbeż il-valur tat-talba, sakemm ma jkunx iġġustifikat minn ċirkostanzi speċjali. Il-fatt li xhud ikun xehed ma jipprekludihx milli jiġi kkonsultat bħala espert, inkluż fir-rigward ta’ fatti li għalihom ikun xehed, anki jekk ix-xhud ikun diġà fassal opinjoni fuq talba ta’ entità li ma tkunx il-qorti (l-Artikolu 507(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Meta jkun meħtieġ għarfien speċifiku biex jiġu ddeterminati l-merti u l-ammont tat-talba, hija fid-diskrezzjoni tal-qorti li twettaq valutazzjoni indipendenti li tqis iċ-ċirkostanzi kollha tal-kawża jew li titlob perizja. Ma tintalab l-ebda perizja meta l-kost antiċipat ta’ opinjoni jaqbeż il-valur tat-talba, sakemm ma jkunx iġġustifikat minn ċirkostanzi speċjali. Il-fatt li xhud ikun xehed ma jipprekludihx milli jiġi kkonsultat bħala espert, inkluż fir-rigward ta’ fatti li għalihom ikun xehed, anki jekk ix-xhud ikun diġà fassal opinjoni fuq talba ta’ entità li ma tkunx il-qorti (l-Artikolu 507(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali).

1.6 Proċedura bil-miktub

Fil-prinċipju, il-proċedura simplifikata hija proċedura bil-miktub. Il-maġġoranza tar-rikorsi mill-partijiet għandhom jiġu ppreżentati fuq formoli speċjali uffiċjali. Madankollu, ir-rikors jista’ jiġi ppreżentat ukoll oralment skont il-proċedura simplifikata. Parti preżenti fis-seduta li matulha tingħata s-sentenza tista’ tirrinunzja għad-dritt ta’ appell tagħha permezz ta’ dikjarazzjoni ppreżentata wara l-għoti tas-sentenza. Jekk il-partijiet eliġibbli kollha jirrinunzjaw id-dritt ta’ appell, is-sentenza ssir finali (l-Artikolu 505 (8) § 3 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija proċedura bil-miktub (l-Artikolu 125 § 2), moqri flimkien mal-Artikolu 505 (21) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Meta teżamina kawża, qorti tista’ tinjora r-regoli dwar il-proċedura simplifikata, fejn dan jista’ jikkontribwixxi għal soluzzjoni aktar effiċjenti tat-tilwima. Deċiżjoni tal-qorti skont l-Artikolu 505 (7)(7) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għandha tingħata waqt is-seduta bħala deċiżjoni li minnha ma hemmx appell.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-rikorrenti jintalbu jħallsu tariffa għall-preżentazzjoni ta’ talba skont il-proċedura simplifikata, kif inhu l-każ skont il-proċedura standard. Skont il-proċedura simplifikata, ir-regoli dwar it-tariffi għat-talbiet huma bbażati fuq il-prinċipji ġenerali stabbiliti fl-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Kawżi Ċivili) tat-28 ta’ Lulju 2005.

Skont il-proċedura simplifikata, l-ispejjeż jitqassmu bejn il-partijiet skont ir-regoli ġenerali previsti fl-Artikoli 98 sa 110 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Skont l-Artikolu 98 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-parti li titlef il-kawża hija meħtieġa tirrimborsa lill-parti l-oħra fuq talba l-ispejjeż meħtieġa biex persuna tasserixxi jew tiddefendi d-drittijiet tagħha quddiem il-qorti. Il-qorti tagħti l-ispejjeż f’kull sentenza li tikkonkludi l-proċedimenti tal-qorti.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jista’ jitressaq appell minn sentenzi mogħtija skont ir-Regolament quddiem qorti tal-appell (sąd apelacyjny). Jekk is-sentenza tkun ingħatat minn qorti distrettwali, l-appell jiġi ppreżentat permezz ta’ dik il-qorti quddiem qorti reġjonali, u jekk is-sentenza tkun ingħatat minn qorti reġjonali, l-appell jiġi ppreżentat permezz ta’ dik il-qorti quddiem qorti tal-appell (l-Artikoli 367 u 369 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, moqrija flimkien mal-Artikoli 505 (26) u 505 (27) tiegħu).

Jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament jiġu ssodisfati, il-qorti tagħti sentenza fil-kontumaċja. Il-konvenut jista’ jressaq appell mis-sentenza fil-kontumaċja quddiem il-qorti li tkun tat dik is-sentenza. Jekk l-eżitu ta’ kawża ma jkunx favorevoli, ir-rikorrent jista’ jressaq appell skont ir-regoli ġenerali (l-Artikoli 339§1, 342 u 344§ 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 31/12/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Portugall

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Hemm żewġ proċeduri speċifiċi fil-liġi nazzjonali għat-talbiet iż-żgħar (previsti fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Amministrattiv Nru 269/98 tal-1 ta’ Settembru 1998):

  • azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt, li tikkonsisti fi proċedura ta’ dikjarazzjoni rapida u simplifikata (l-Artikoli 1 sa 5 tar-Regoli Proċedurali (Regime dos Procedimentos), annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98);
  • ordni għal ħlas, li hija miżura li tattribwixxi s-setgħa ta’ titolu eżekuttiv lil talba relatata man-nonkonformità ma’ djun li jinvolvu ammonti żgħar (l-Artikoli 7 sa 22 tar-Regoli Proċedurali, annessi mad-Digriet Amministrattiv Nru 269/98).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Iż-żewġ proċeduri speċjali msemmija hawn fuq japplikaw meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

  • ikun involut obbligu finanzjarju (obbligu ta’ ħlas bi flus kontanti)
  • dan l-obbligu jkun oriġina f’kuntratt
  • is-somma ma taqbiżx il-EUR 15 000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-ilmentatur jista’ jagħżel mill-proċeduri msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija 1.

1.3 Formoli

Fl-azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt, it-talba u n-nota tal-eċċezzjonijiet ma hemmx għalfejn jiġu ppreżentati f’dokumenti proċedurali, fi kliem ieħor, is-sottomissjonijiet ma hemmx għalfejn jiġu nnumerati skont l-artikolu. Meta jiġu ppreżentati permezz tar-rappreżentanza legali, dawn iridu jintbagħtu b’mod elettroniku bl-użu ta’ formoli speċifiċi pprovduti apposta mis-sistema ta’ appoġġ tal-kompjuter għall-qrati, sakemm ir-rappreżentant ma jinvokax raġunijiet leġittimi biex din is-sistema ma tintużax. Meta jiġu ppreżentati mill-partijiet stess, il-formola speċjali ma tkunx meħtieġa u dawn jistgħu jintbagħtu lill-qorti bil-posta rreġistrata jew bil-faks.

Ordni għal ħlas trid tiġi ppreżentata fuq formola speċifika meħuda minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProċedura ta’ Ordnijiet għal Ħlas – Citius Portal (mj.pt). L-użu ta’ din il-formola huwa obbligatorju, irrispettivament minn jekk jiġux ippreżentati mill-parti direttament jew permezz ta’ rappreżentant.

Meta tiġi ppreżentata minn rappreżentant legali, il-formola tal-ordni għal ħlas trid tintbagħat b’mod elettroniku permezz tas-sistema ta’ appoġġ tal-kompjuter għall-qrati (sakemm ir-rappreżentant ma jinvokax raġunijiet leġittimi biex din is-sistema ma tintużax). Meta jiġu ppreżentati direttament mill-parti, il-formola tal-ordni għal ħlas tista’ tingħata fuq karta.

1.4 Assistenza

L-iskema ta’ għajnuna legali tapplika għaż-żewġ proċeduri (eż. il-ħatra ta’ rappreżentant legali, il-ħlas tat-tariffi tar-rappreżentant legali, il-ħlas tat-tariffi ġudizzjarji u ħlasijiet relatati oħrajn) (Il-Liġi dwar l-Aċċess għall-Qrati (Lei de acesso aos tribunais), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004).

Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar dan is-suġġett, jekk jogħġbok irreferi għall-iskeda informattiva dwar l- Għajnuna Legali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fl-azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt, il-preżentazzjoni tal-provi tkun kif ġej:

  • il-provi jiġu ppreżentati waqt is-seduta;
  • jekk it-talba ma tkunx taqbeż il-EUR 5 000, kull parti tista’ ttella’ sa tliet xhieda. Fil-każijiet l-oħra kollha, jistgħu jittellgħu sa ħames xhieda. Fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet ta’ hawn fuq, parti ma tistax tippreżenta aktar minn tliet xhieda għal kull wieħed mill-fatti inkwistjoni;
  • f’talbiet li ma jaqbżux il-EUR 5 000 meta l-partijiet ma jkollhomx rappreżentazzjoni legali jew ir-rappreżentant legali ma jidhirx, ix-xhieda jiġu eżaminati mill-imħallef;
  • provi esperti jiġu pprovduti dejjem minn espert wieħed;
  • l-imħallef jista’ jitlob aktar provi li jqis li jkunu indispensabbli għal deċiżjoni xierqa. F’każijiet bħal dawn, is-smigħ jista’ jiġi sospiż fil-ħin li l-imħallef iħoss li jkun konvenjenti u tiġi ffissata data għall-kontinwazzjoni. Is-sentenza trid tiġi konkluża fi żmien 30 jum.

Ordnijiet għal ħlas:

  • jekk intimat innotifikat ma jikkontestax ordni għal ħlas, ma jkunx hemm bżonn li jiġu ppreżentati provi u l-iskrivan tal-qorti kompetenti jehmeż dan li ġej mal-ordni għal ħlas – “Dan id-dokument għandu forza legali”;
  • jekk ordni għal ħlas tiġi kkontestata, issegwi l-forma ta’ azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt u tapplika l-proċedura assoċjata għall-preżentazzjoni tal-provi;
  • jekk ikun impossibbli li l-intimat jiġi nnotifikat, l-ordni għal ħlas tiġi ttrattata bħala każ ordinarju jekk ir-rikorrent ikun esprima din ix-xewqa; inkella, l-iskrivan jirritorna l-ordni għal ħlas lir-rikorrent.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk l-intimat ikun ġie nnotifikat u ma jikkontestax ordni għal ħlas, il-proċedura kollha tkun bil-miktub.

Fil-każ ta’ azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt, meta x-xhieda jkollhom jippreżentaw provi, dan jistgħu jagħmluh bil-miktub jekk l-għarfien tal-fatti tagħhom kien miksub b’riżultat tat-twettiq ta’ dmirijiethom.

F’dawn il-każijiet, it-testimonjanza tkun bil-miktub, iddatata u ffirmata mix-xhud, b’indikazzjoni tal-azzjoni li tirreferi għaliha, il-fatti kif inhuma magħrufa u r-raġunijiet għaliex ix-xhud għandu dan l-għarfien.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

F’azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt fejn ikun hemm smigħ, is-sentenza tingħata bil-fomm u tiġi ddettata għat-traskrizzjoni, bil-motivi jiġu pprovduti b’mod konċiż.

Meta ordni għal ħlas tiġi milqugħa, fir-realtà ma jkun hemm l-ebda deċiżjoni, iżda sempliċement li l-iskrivan tal-qorti jehmeż it-titolu eżekuttiv magħha.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

L-ispejjeż legali tal-parti rebbieħa jitħallsu mill-parti telliefa, fuq skala dixxendenti bbażata fuq il-piż tat-telfa. Bħala tali, il-parti rebbieħa tista’ tikseb rimborż totali jew parzjali tal-ispejjeż li ġejjin: it-tariffi tal-qorti diġà mħallsa; l-ispejjeż imġarrba mill-parti fil-produzzjoni tal-provi meta ma kinitx dik il-parti li talbet dawk il-provi jew dawk il-provi ma ntużawx; ir-remunerazzjoni mħallsa lill-uffiċjal tal-eżekuzzjoni u n-nefqa mġarrba mill-uffiċjal ġudizzjarju msemmi (eż. meta t-taħrika tiġi nnotifikata lill-intimat minn uffiċjal ġudizzjarju); l-onorarji tal-avukat u l-infiq li jkun ħareġ l-avukat imsemmi.

L-ammonti li jridu jiġu rimborżati jridu jiġu indikati f’nota ta’ spjegazzjoni. Din in-nota trid tintbagħat mill-parti intitolata għar-rimborż lill-qorti, lill-parti telliefa u lill-uffiċjal tal-eżekuzzjoni, meta jkun applikabbli, fi żmien ħamest ijiem wara li d-deċiżjoni ssir finali.

In-nota ta’ spjegazzjoni jrid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

  • isem il-parti, in-numru tal-kawża u isem ir-rappreżentanza legali jew l-uffiċjal tal-eżekuzzjoni;
  • indikazzjoni tal-ammonti mħallsin mill-parti għat-tariffi tal-qorti;
  • indikazzjoni tal-ammonti mħallsin mill-parti għan-nefqa diġà mġarrba mill-uffiċjal tal-eżekuzzjoni;
  • indikazzjoni tal-ammonti mħallsin għad-drittijiet tar-rappreżentant legali jew tal-uffiċjal tal-eżekuzzjoni;
  • indikazzjoni tal-ammont li jrid jiġi rċevut.

Bħala regola ġenerali, l-ispejjeż tal-parti rebbieħa jitħallsu direttament mill-parti telliefa, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Id-deċiżjonijiet mogħtija f’azzjoni speċjali għall-konformità mal-obbligi finanzjarji li jirriżultaw minn kuntratt jistgħu jiġu kkontestati permezz ta’ appell ippreżentat quddiem qorti tal-appell, sakemm is-somma inkwistjoni taqbeż il-EUR 5 000 u d-deċiżjoni kkontestata tkun sfavorevoli għall-attur b’valur ogħla minn EUR 2 500.

Din tkun fil-forma ta’ appell ordinarju. Minbarra dawn, jeżistu u japplikaw ukoll regoli relatati ma’ appelli straordinarji previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

B’ordni għal ħlas, l-ilmenti jridu jiġu ppreżentati lill-imħallef fir-rigward ta’ ċaħda ta’ ordni ta’ talba għal ħlas u ċaħda ta’ tgħaqqid magħha ta’ titolu eżekuttiv imwettqa mill-iskrivan tal-qorti.

Ħoloq utli

Twissija

Il-punt ta’ Kuntatt Ċivili tan-NĠE, il-qrati jew entitajiet u awtoritajiet oħrajn mhumiex marbutin bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva. It-testi legali rilevanti fis-seħħ iridu jinqraw bis-sħiħ ukoll peress li jkunu setgħu saru xi bidliet li jkunu għadhom ma ġewx inklużi f’din l-iskeda informattiva.

L-aħħar aġġornament: 06/01/2025

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Rumanija

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

L-Artikoli 1026-1033 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2013, jirregolaw b’mod speċifiku din il-proċedura ta’ talbiet żgħar.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

L-Artikolu 1026 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jistipula li l-valur tat-talba, mingħajr interessi, spejjeż tal-kawża u dħul anċillari ieħor, ma għandux jaqbeż RON 10 000 dakinhar tal-preżentata l-qorti.

F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 220/2022 tal-15 ta’ Lulju 2022 dwar l-adattament ta’ ċerti miżuri li rriżultaw ta’ benefiċċju għall-istituzzjonijiet fil-qasam tal-ġustizzja matul l-istat ta’ emerġenza ddikjarat sabiex jiġu evitati u miġġielda l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, it-Titolu X Proċedura għal Talbiet Żgħar tal-Ktieb VI tal-Liġi Nru 134/2010, ippubblikat mill-ġdid, għandu japplika meta l-valur tat-talba, mingħajr imgħax, spejjeż legali u dħul anċillari ieħor, ma jaqbiżx RON 50 000 fid-data tar-rinviju lill-qorti. F’konformità mal-Artikolu 20 tal-Liġi Nru 220/2022, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha għandhom japplikaw għal perjodu ta’ sena mit-22 ta’ Lulju 2022 (id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi).

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid, il-proċedura għal talbiet żgħar għandha alternattiva. Ir-rikorrent jista’ jagħżel bejn il-proċedura għal talbiet żgħar u l-proċedura ordinarja tal-qorti. Jekk ir-rikorrent ikun deher quddiem il-qorti biex jippreżenta t-talba tiegħu, din tiġi solvuta skont il-proċedura ordinarja, sakemm, mhux aktar tard mill-ewwel seduta ta’ smigħ, ma jkunux talab b’mod ċar għall-applikazzjoni tal-proċedura speċjali. Meta’ talba ma tistax tiġi solvuta skont il- proċedura għal talbiet żgħar, il-qorti tista’ tinnotifika lir-rikorrent b’dan u jekk huwa ma jirtirax it-talba tiegħu, din tiġi solvuta skont liġi ordinarja. Il-qorti kompetenti tal-ewwel istanza li ssolvi l-każ hija l-qorti distrettwali. Il-kompetenza territorjali hija stabbilita skont il-liġi ordinarja.

1.3 Formoli

L-ordni Nru 359/C tad-29 ta’ Jannar 2013 tal-Ministeru tal-Ġustizzja li japprova l-formoli użati fil-proċedura għal talbiet żgħar pprovduti mill-Artikoli 1025-1032 tal-Liġi Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprevedi formola standard obbligatorja għall-proċedura għal talbiet żgħar. Il-formoli standard huma: il-formola tat-talba, il-formola li temenda u / jew tikkoreġi l-formola tat-talba, u l-formola tat-tweġiba.

1.4 Assistenza

Din tingħata fil-limiti tar-rwol attiv eżerċitat mill-imħallef, mhux speċifikament għal dan it-tip ta’ każ.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-qorti tista’ taċċetta wkoll forom oħra ta’ provi minbarra s-sottomissjonijiet tal-partijiet. Madankollu, il-provi l-oħra li huma għaljin wisq biex jiġu ġestiti meta mqabbla mal-valur tat-talba jew tal-kontrotalba ma jiġux aċċettati.

1.6 Proċedura bil-miktub

L-Artikolu 1029 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jgħid illi r-rikorrent jibda proċedura għal talbiet żgħar meta’ jimla l-formola tat-talba u jissottomettiha jew jibgħata lill-qorti kompetenti bil-posta jew b’mezzi oħra li jassiguraw it-trażmissjoni u r-rikonoxximent tal-irċevuta. Il-kopji tas-sottomissjonijiet illi r-rikorrent beħsiebu juża wkoll jiġu sottomessi jew mibgħuta mal-formola tat-talba. Jekk l-informazzjoni mogħtija mir-rikorrent mhix ċara jew xierqa biżżejjed, jew jekk il-formola tat-talba ma ġietx mimlija kif suppost, il-qorti toffri lir-rikorrent il-possibiltà li jimliha jew jikkoreġiha jew li jissottometti informazzjoni jew dokumenti addizzjonali, ħlief f’każijiet fejn it-talba hija ċarament infondata jew inammissibbli. Talba tiġi miċħuda jekk hija ċarament infondata jew inammissibbli. Jekk ir-rikkorent ma jimlix jew ma jikkoreġix il-formola ta’ applikazzjoni fiż-żmien indikat mill-qorti, it-talba tiġi miċħuda.

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija proċedura bil-miktub u sseħħ kollha hemm hi fl-awla tal-qorti. Il-qorti tista’ tordna lill-partijiet biex jidhru l-qorti jekk hija tqis illi l-preżenza tagħhom hija meħtieġa jew fuq talba ta’ kull waħda mill-partijiet. Il-qorti tista’ tirrifjuta din it-talba meta tqis illi ma hemmx bżonn ta’ seduti orali minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ. Ir-raġunijiet għar-rifjut jingħataw bil-miktub u ma jistgħux jiġu appellati.

Wara li tkun irċeviet formola tat-talba mimlija korrettament, il-qorti tibgħat il-formola għar-risposta lill-intimat, flimkien ma’ kopja tal-formola tat-talba u tas-sottomissjonijiet tar-rikorrent. L-intimat irid jissottometti l-formola għar-risposta mimlija fi żmien 30 ġurnata min-notifika tad-dokumenti, kif ukoll kopji tad-dokumenti li beħsiebu juża. L-intimat jista’ jwieġeb b’kull mezz xieraq ieħor, mingħajr ma juża l-formola għar-risposta. Il-qorti immedjatament tinnotifika lir-rikorrent bil-kopji tar-risposta tal-intimat, bil-kontrotalba, jekk tapplika, u bis-sottomissjonijiet tal-intimat. Jekk l-intimat ippreżenta kontrotalba, ir-rikorrent irid jissottometti l-formola għar-risposta mimlija kif suppost jew iwieġeb b’kull mezz ieħor fi żmien 30 ġurnata mid-data tan-notifika. Kontrotalba, li ma tistax tiġi kkunsidrata f’din il-proċedura, titneħħa mill-bqija tad-dokumenti u tiġi trattata skont il-liġi ordinarja. Il-qorti tista’ titlob lill-partijiet biex jipprovdu aktar informazzjoni matul iż-żmien iffissat għal dan il-għan, li ma jistax jaqbeż 30 ġurnata mid-data tal-wasla tar-risposta tal-intimat jew fejn applikabbli, tar-rikorrent. Jekk il-qorti tkun iffissat perjodu ta’ żmien għall-partijiet biex jidhru quddiem il-qorti, huma jridu jiġu nnotifikati b’ċitazzjoni. Meta l-qorti tkun iffissat perjodu ta’ żmien għat-tlestija ta’ pass proċedurali, hija tinnotifika lill-parti interessata bil-konsegwenzi jekk ma tosservax dak il-perjodu.

Il-qorti tagħti s-sentenza tagħha fi żmien 30 ġurnata minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa jew, fejn applikabbli, mis-seduta ta’ smigħ. Jekk ma tirċevix l-ebda risposta mill-parti interessata fil-perjodu ta’ żmien indikat, hija tagħti s-sentenza fuq it-talba prinċipali jew fuq il-kontrotalba b’rabta mal-atti mehmuża fl-atti tal-kawża. Is-sentenza mogħtija mill-qorti tal-prim'istanza ssir eżekuttiva mid-data tal-għoti tagħha u tiġi nnotifikata lill-partijiet.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Le.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

L-Artikolu 1032 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jgħid illi l-parti t-telliefa hija responsabbli mill-ispejjeż legali fuq talba tal-parti l-oħra. Madankollu, il-qorti ma tordnax il-ħlas ta’ spejjeż mhux meħtieġa lill-parti r-rebbieħa jew spejjeż li huma sproporzjonati meta’ mqabbla mal-valur tat-talba.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

L-Artikolu 1033 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili l-ġdid jipprovdi illi s-sentenza tal-qorti hija soġġetta għal appell quddiem it-tribunal fi żmien 30 ġurnata min-notifika tagħha biss. Jekk ikun hemm raġunijiet, il-qorti tal-appell tista’ tissospendi l-eżekuzzjoni jekk titħallas garanzija ta’ 10 % tal-valur kontestat. Id-deċiżjoni tal-qorti tal-appell tiġi nnotifikata lill-partijiet u hija finali.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Slovenja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Il-leġiżlazzjoni Slovena għandha proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar, li hija rregolata mill-Kapitolu 30 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku, ZPP).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Skont id-dispożizzjonijiet taz-ZPP, tilwima dwar talbiet żgħar hija tilwima fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-EUR 2 000. F'tilwim kummerċjali, tilwima dwar talbiet żgħar hija tilwima fejn l-ammont mitlub ma jaqbiżx l-EUR 4 000. It-talbiet iż-żgħar ikopru wkoll tilwim fejn it-talba ma tkunx pekunjarja, bir-rikorrent jiddikjara fl-azzjoni li lest jaċċetta somma li ma taqbiżx l-EUR 2 000 (EUR 4 000 f'tilwim kummerċjali) minflok ma t-talba tiġi sodisfatta, u tilwim fejn is-suġġett tat-talba tkun il-konsenja ta' proprjetà mobbli, fejn l-ammont iddikjarat mir-rikorrent fl-azzjoni ma jkunx jaqbeż l-EUR 2 000 (l-EUR 4 000 f'tilwim kummerċjali). Talbiet żgħar ma jinkludux tilwim dwar proprjetà, tilwim dwar id-drittijiet tal-awtur, tilwim dwar il-ħarsien jew l-użu ta' invenzjonijiet u marki kummerċjali jew id-dritt tal-użu ta' isem kummerċjali, tilwim dwar protezzjoni mill-kompetizzjoni, jew tilwim dwar dħul fi proprjetà bla jedd.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-applikazzjoni tal-proċedura hija stabbilita fil-punt 1.1. Proċedura għal talbiet żgħar tinstema' quddiem qorti lokali (okrajno sodišče), ħlief fil-każ ta' tilwim kummerċjali, li jinstema' quddiem qorti distrettwali (okrožno sodišče).

1.3 Formoli

Hemm formoli biss għal proċedura għal talbiet żgħar mibdija minn parti abbażi ta' dokument awtentiku. Formola mimlija tista' tintbagħat b'mezzi elettroniċi fl-indirizz li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://evlozisce.sodisce.si/esodstvo/index.html. Dan jinvolvi proċedimenti ta' eżekuzzjoni bbażati fuq dokument awtentiku li, wara t-tressiq ta' rikors sostanzjat sew, ikompli bħala oġġezzjoni għal ordni ta' ħlas. Barra minn hekk, ma tħejjew l-ebda formoli bil-quddiem għal proċeduri għal talbiet żgħar sabiex jgħinu lill-partijiet jiftħu kawża.

Għal iktar informazzjoni dettaljata dwar il-possibilitajiet għal tressiq ta' rikorsi b'mezzi elettroniċi, ara t-taqsima "Ipproċessar awtomatiku".

1.4 Assistenza

Il-partijiet jistgħu jitolbu l-għajnuna legali, li tingħatalhom jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali B'Xejn (Zakon o brezplačni pravni pomoči, ZBPP).

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Fi proċeduri għal talbiet żgħar, ir-rikorrent huwa obbligat jiddikjara l-fatti kollha u jippreżenta l-evidenza kollha fl-azzjoni, filwaqt li l-intimat huwa obbligat li jagħmel dan fl-eċċezzjonijiet għad-difiża tiegħu. Kull parti tista' mbagħad tressaq eċċezzjoni preparatorja waħda. Fatti u provi ppreżentati f'eċċezzjonijiet bil-miktub iktar tard jiġu injorati. Il-partijiet għandhom tmint ijiem għall-preżentazzjoni ta' eċċezzjoni għad-difiża u eċċezzjonijiet preparatorji.

1.6 Proċedura bil-miktub

Proċeduri għal talbiet żgħar jinstemgħu fuq bażi ta' rikorsi ġuridiċi magħmula bil-miktub. Il-qorti tista' tillimita ż-żmien u l-ambitu tal-proċedura tal-kumpilazzjoni tal-evidenza u tmexxi dik il-proċedura fid-diskrezzjoni tagħha biex toħloq bilanċ bejn l-għoti ta' protezzjoni adegwata għad-drittijiet tal-partijiet u l-għan li tħaffef il-proċedimenti u żżomm l-ispejjeż baxxi.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Sentenza fi proċedura għal talbiet żgħar titħabbar minnufih wara tmiem is-seduta ewlenija. Sentenza bil-miktub trid tinkludi parti introduttorja, parti operattiva, il-motivazzjoni u l-istruzzjonijiet ġuridiċi. L-imħallef jista’ jipproduċi sentenza bil-miktub bil-parti tal-motivazzjonijiet twila jew imqassra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

L-ispejjeż tal-proċedimenti jkunu deċiżi b'konformità mas-suċċess fil-kawża ta' parti jew oħra – jiġifieri l-parti li titlef il-kawża tkun obbligata tirrimborża l-ispejjeż tal-parti l-oħra.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Il-partijiet jistgħu jappellaw minn sentenza tal-ewwel istanza jew deċiżjoni li ttemm tilwima dwar talbiet żgħar fi żmien tmint ijiem. Sentenza u deċiżjoni jistgħu jkunu kkontestati biss fuq il-bażi ta' ksur serju tad-dispożizzjonijiet ta' proċedura ċivili msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 339 taz-ZPP u ksur tal-liġi sostantiva. Fi proċeduri ta' talbiet żgħar kummerċjali, hija biss il-parti li tkun ħabbret li beħsiebha tappella li tista' tappella s-sentenza. Ma hemm l-ebda proċess ta' reviżjoni f'tilwim ta' talbiet żgħar, u r-raġunijiet biex ikun hemm ordni biex proċedura tiġi ripetuta huma limitati.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dz-rs.si/wps/portal/Home/deloDZ/zakonodaja/preciscenaBesedilaZakonov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodisce.si/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.uradni-list.si/glasilo-uradni-list-rs

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.pisrs.si/Pis.web/

L-aħħar aġġornament: 08/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Slovakkja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Ma hemmx proċedura speċifika għal talbiet żgħar, li huma regolati mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili. Ma jsiru l-ebda seduti ta’ smigħ għal talbiet li ma jaqbżux EUR 2 000 u li jeħtieġu biss valutazzjoni sempliċi.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura hija regolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura tibda permezz ta’ mozzjoni, bil-proċedura ordinarja għal kull tip ta’ mozzjoni li tibda l-proċedimenti.

1.3 Formoli

Ma huma stipulati l-ebda formoli speċifiċi.

1.4 Assistenza

Il-partijiet jirċievu l-għajnuna skont l-obbligu ġenerali tal-qrati biex javżaw lill-partijiet bid-drittijiet u l-obbligi proċedurali tagħhom f’kull ħin, u li jistgħu jagħżlu avukat jew jikkuntattjaw iċ-Ċentru għall-Għajnuna Legali (Centrum právnej pomoci).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.centrumpravnejpomoci.sk

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-proċedura hija regolata mid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-proċedimenti ċivili.

1.6 Proċedura bil-miktub

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Dan huwa l-istess bħal fil-każ ta’ proċedimenti ċivili oħra.

Il-qorti trebbaħ l-ispejjeż legali tal-kawża lill-parti rebbieħa. Jekk il-parti tirbaħ il-kawża parzjalment, il-qorti trebbaħha l-ispejjeż tal-kawża fuq bażi pro rata jew tiddeċiedi illi l-ebda naħa ma għandha dritt għar-rimborż tal-ispejjeż legali. Jekk waħda mill-partijiet hija responsabbli mit-twaqqif tal-proċedimenti, il-qorti trebbaħ l-ispejjeż lill-parti l-oħra. Jekk waħda mill-partijiet hija responsabbli għall-ispejjeż tal-proċedimenti li kieku ma kienux jinqalgħu, il-qorti trebbaħ l-ispejjeż lill-parti l-oħra. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, għal raġunijiet li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali, il-qorti tiddeċiedi li ma trebbaħx l-ispejjeż legali.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Parti fil-kawża għandha l-għażla li tappella kontra s-sentenza kif normalment isir għall-proċedimenti ċivili. Appell jista’ jitressaq quddiem il-qorti li d-deċiżjoni tagħha qed tiġi kontestata fi żmien 15-il jum wara l-għoti tad-deċiżjoni.

L-aħħar aġġornament: 06/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Finlandja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Attwalment, il-leġiżlazzjoni Finlandiża ma tinkludix regolamenti proċedurali skont l-ammont monetarju mitlub mir-rikorrent. Madankollu, tista' tiġi ordnata proċedura ad hoc, skont in-natura tal-kawża. Kawża tgħaddi biss mill-istadji kollha tal-proċedimenti ġudizzjarji normali jekk ikun hemm raġunijiet għal dan u jekk il-partijiet interessati jkunu jixtiequ li jiġri hekk. Pereżempju, kawża tista' tiġi deċiża minn imħallef wieħed, mingħajr l-ebda sessjoni preparatorja orali, jew permezz ta' proċedura kompletament miktuba. Il-kawżi ċivili mhux kontenzjużi għandhom proċedura speċifika għalihom. Għall-ipproċessar ta’ pretensjonijiet mhux ikkontestati, ara “Proċedura dwar l-ordni ta' pagament – il-Finlandja” u “Proċessar awtomatiku – il-Finlandja”.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Kif intqal hawn fuq, il-valur monetarju tal-pretensjoni mhuwiex rilevanti. It-tip ta' proċedura li tintuża tiddependi mill-kontenut kwalitattiv tal-kawża.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedimenti tal-kawżi ċivili jinbdew billi jiġi ppreżentat rikors bil-miktub għal ċitazzjoni lill-Qorti Distrettwali (käräjäoikeus). Il-pretensjonijiet mhux ikkontestati jistgħu jiġu introdotti wkoll permezz ta' rikors elettroniku (ara “Proċedura dwar l-ordni ta' pagament – il-Finlandja”).

1.3 Formoli

Ma hemm l-ebda formola, apparti dik maħsuba biex wieħed jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jappella kontra deċiżjoni meħuda mill-Qorti Distrettwali. Ċerti Qrati Distrettwali ħolqu xi formoli għal tipi speċifiċi ta' korrispondenza; normalment ikun hemm il-formoli għal rikors jew il-formoli għal risposta. Ma hemm l-ebda obbligu biex jintużaw dawn il-formoli.

Il-pretensjonijiet mhux ikkontestati jistgħu jiġu introdotti permezz ta' formola għal rikors elettroniku (ara “Proċedura dwar l-ordni ta' pagament – il-Finlandja”)

1.4 Assistenza

Skont kif ikun meħtieġ, ir-reġistri tal-qrati jistgħu jipprovdu xi pariri fil-qasam proċedurali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Jekk il-pretensjoni ma tkunx ikkontestata, ma hemmx għalfejn tiġi ppreżentata evidenza. Jekk tintuża proċedura kompletament miktuba, tiġi eżaminata biss l-evidenza miktuba. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċjali li tindika li, f'kawżi ta' talbiet żgħar, ikunu japplikaw regoli speċifiċi għall-ġbir ta' evidenza.

1.6 Proċedura bil-miktub

Kawża tista' tinqata' mingħajr ma jsir smigħ orali, purament abbażi ta' evidenza miktuba. Il-kawżi mhux kontenzjużi dejjem jiġu deċiżi b'dan il-mod. Il-kawżi kkontestati jistgħu jinqatgħu permezz ta' evidenza miktuba biss jekk in-natura tagħhom tkun tali li ma jkunx hemm bżonn ta' smigħ u jekk l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma toġġezzjona għall-użu ta' proċedura bil-miktub.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kontenut tas-sentenzi f'kawżi ta' talbiet żgħar.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Bħala regola ġenerali, il-parti telliefa tkun obbligata tħallas l-ispejjeż legali kollha raġonevoli li kellha ġġarrab il-kontroparti tagħha biex ħadet il-passi neċessarji fil-kwistjoni. Madankollu, l-ammont tal-ispejjeż li għandu jiġi rimborżat f'kawżi relatati ma' pretensjonijiet mhux ikkontestati u mal-kera ta' postijiet residenzjali, huwa soġġett għal-limitu massimu stabbilit. F'dawn il-każijiet, l-ammont massimu tal-ispejjeż li l-intimat li jkun tilef il-kawża jista' jiġi obbligat iħallas lir-rikorrent ikun skont tabella tat-tariffi.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

In-natura tal-kawża ma tiddeterminax id-dritt għall-appell. Il-proċedura tal-appell hija l-istess għall-kawżi kollha. L-intenzjoni li tiġi appellata d-deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali trid tiġi nnotifikata fiż-żmien stipulat, u l-appell jinstema’ minn Qorti tal-Appell (hovioikeus).

L-aħħar aġġornament: 19/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Talbiet żgħar - Svezja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Iva, hemm proċedura speċifika għat-talbiet żgħar.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-proċedura speċifika għat-talbiet żgħar tiġi segwita mill-qorti ordinarja tal-prim’istanza (il-qorti distrettwali, tingsrätt) meta t-talba tal-attura taqa’ taħt ċertu valur ta’ limitu. Il-livell limitu attwalment (sa mill-2019) huwa ta’ SEK 23,250. Il-valur ta’ limitu ma huwiex ammont stabbilit mil-liġi, iżda huwa marbut ma’ dak magħruf bħala l-ammont tal-prezz bażi, u dan ifisser li l-lvalur ta’ limitu huwa kkalkulat b’riferiment għax-xejriet fil-prezz.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

L-aċċess għal din il-proċedura ma huwiex ristrett għal ċerti tipi ta’ każijiet, bħat-tilwim tal-konsumaturi. Il-kriterji applikabbli huma li l-każ irid ikun kawża ċivili, u li l-valur tat-tilwima jrid ikun taħt il-valur ta’ limitu. Il-proċedura ma tistax tintuża f’kawżi tal-familja.

1.3 Formoli

Il-formola tal-applikazzjoni għall-bidu ta’ Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediża (Dompolsveret).

1.4 Assistenza

L-għajnuna biex tinbeda proċedura hija disponibbli f’qorti distrettwali. L-awtoritajiet tal-Istat għandhom obbligu ta’ servizz ġenerali li huma sanċit fil-liġi. Dan l-obbligu jfisser li l-persuni jistgħu jċemplu lil jew iżuru qorti distrettwali, pereżempju, u jirċievu pariri ġenerali dwar il-proċedura u r-regoli li japplikaw għaliha. L-imħallef presedenti wkoll għandu obbligu biex jiżgura li l-kwistjonijiet kontenzjużi inkwistjoni jiġu ċċarati, u li l-partijiet jispeċifikaw x’qegħdin jippjanaw li jinvokaw fil-kawża, matul il-preparamenti għal kawża u skont in-natura tagħha. Fil-prattika, l-imħallef iwettaq dmirijietu permezz ta’ mistoqsijiet u rimarki addizzjonali.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Ma jeżistux regoli speċjali għal każijiet li jikkonċernaw tilwim li jinvolvi ammonti żgħar. Fi kliem ieħor, jistgħu jiġu ppreżentati kemm provi orali kif ukoll bil-miktub. Id-dikjarazzjonijiet bil-miktub tax-xhieda huma permessi biss f’ċerti sitwazzjonijiet speċjali. Tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar ir-regoli dwar il-ġbir tal-provi f’kawżi ċivili skont il-liġi Żvediża hawnhekk here.

1.6 Proċedura bil-miktub

Qorti tista’ tagħti sentenza purament abbażi ta’ proċedimenti bil-miktub. Din l-opportunità tintuża meta l-proċedimenti orali la huma meħtieġa b’referiment għall-investigazzjoni tal-każ u lanqas ma huma mitluba mill-partijiet.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Ma jeżistux regoli speċjali li jirregolaw il-formulazzjoni ta’ sentenza f’każijiet li jinvolvu ammonti żgħar. Dan li ġej japplika għall-kawżi ċivili kollha, inklużi s-sentenzi f’kawżi li jinvolvu ammonti żgħar. Is-sentenza trid tingħata bil-miktub u għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja f’taqsimiet differenti: l-isem tal-qorti u d-data u l-post tal-għoti tas-sentenza, il-partijiet u r-rappreżentanti jew konsulenti tagħhom, il-parti operattiva tas-sentenza, it-talbiet u s-sottomissjonijiet tal-partijiet rispettivi u ċ-ċirkostanzi li fuqhom huma bbażati, u l-motivazzjoni tas-sentenza, inkluża l-informazzjoni dwar dak li ġie ppruvat fil-kawża.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Ir-regoli speċjali dwar l-ispejjeż huma l-aktar fattur speċjali importanti tal-każijiet li jinvolvu ammonti żgħar. Il-parti rebbieħa tal-kawża għandha biss dritt għal kumpens għal konsulenza legali ta’ siegħa f’okkażjoni waħda quddiem kull qorti, kif ukoll għat-tariffa tar-rikors, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza b’rabta mas-seduta tal-qorti, il-kostijiet tal-provi li nkisbu mix-xhieda u l-kostijiet tat-traduzzjoni tad-dokumenti. Il-kumpens jingħata biss jekk l-ispejjeż intalbu b’mod raġonevoli sabiex il-parti rebbieħa tkun tista’ teżegwixxi d-drittijiet tagħha. Għaldaqstant, ir-remunerazzjoni tar-rappreżentanti ma hijiex ikkumpensata, lil hinn mill-ammont korrispondenti għal siegħa konsulenza legali.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Sentenza mogħtija minn qorti inferjuri tista’ tiġi appellata quddiem qorti superjuri.

Irid jinkiseb permess għal appell sabiex il-qorti tal-appell (hovrätt) tkun tista’ teżamina s-sentenza mill-qorti distrettwali. Il-permess għall-appell jista’ jingħata biss jekk ikun importanti għall-applikazzjoni tal-liġi li l-appell jinstema’ minn qorti ta’ istanza ogħla, jekk ikun hemm raġunijiet biex tiġi emendata l-konklużjoni milħuqa mill-qorti distrettwali jew jekk ikun hemm raġunijiet speċjali oħra għal appell. Parti li tixtieq tappella minn sentenza tal-qorti distrettwali jeħtiġilha tagħmel dan bil-miktub, u l-appell irid jasal quddiem il-qorti distrettwali fi żmien tliet ġimgħat mid-data meta ngħatat is-sentenza.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - L-Ingilterra u Wales

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Hemm limitu monetarju ta’ £10 000 li taħtu hija disponibbli l-proċedura għal talbiet żgħar. Madankollu, is-somma tat-tilwima mhijiex l-uniku fattur li jittieħed inkunsiderazzjoni. Kunsiderazzjonijiet oħra jinkludu t-tip ta’ talba u l-ammont u t-tip ta’ preparazzjoni meħtieġa biex il-kawża tiġi ttrattata b’mod ġust. F’xi ċirkustanzi, kawżi sempliċi b’valur akbar minn £10000 jistgħu jinstemgħu skont il-proċedura għal talbiet żgħar sakemm kemm l-attur kif ukoll il-konvenut jagħtu l-kunsens tagħhom għaliha.

Minbarra li jikkunsidra l-fehmiet tal-attur u tal-konvenut, l-imħallef iqis il-fatturi li ġejjin meta jiddeċiedi jekk jallokax il-każ għall-proċedura għal talbiet żgħar (magħrufa bħala l-“perkors għal talbiet żgħar”) jew jekk għandux jisma’ l-kawża taħt il-proċedura tal-qorti ordinarja minflok:

  • L-ammont tat-tilwima - li normalment jenħtieġ li ma jkunx ta’ aktar minn £10000.
  • It-tip ta’ talba - dawn normalment ikunu talbiet minn konsumaturi (eż. beni mibjugħa, beni difettużi jew xogħol tas-sengħa difettuż), talbiet dwar inċidenti, tilwim dwar is-sjieda tal-beni, u tilwim bejn is-sidien u l-inkwilini dwar tiswijiet, depożiti, arretrati tal-kera, u l-bqija, iżda mhux dwar il-pussess.

Meta jiddeċiedi jekk il-kawża jenħtieġx li tiġi allokata għall-perkors għal talbiet żgħar, l-imħallef jikkunsidra l-ammont u t-tip ta’ tħejjija meħtieġa sabiex il-kawża tkun tista’ tiġi ttrattata kif suppost. L-imħallef iżomm f’moħħu li din il-proċedura hija maħsuba li tkun sempliċi biżżejjed biex in-nies imexxu l-kawżi tagħhom mingħajr l-għajnuna ta’ avukat, jekk ikunu jixtiequ. It-talba għandha teħtieġ biss tħejjija minima għas-seduta finali, pereżempju. Kawżi fil-perkors għal talbiet żgħar normalment ma jinvolvux ħafna xhieda jew punti ta’ dritt diffiċli.

Jekk it-talba tkun għal anqas minn £10000 iżda tinkludi talba għal korriment personali, jew għal ħsarat f’abitazzjonijiet residenzjali u għad-danni li jirriżultaw mill-ħsarat, il-kawża ma tiġix allokata għall-perkors għal talbiet żgħar sakemm l-ammonti mitluba fir-rigward tad-dannu personali, tal-ħsarat u tad-danni ma jkunux aktar minn £1000 kull waħda.

Fejn kawżi għal aktar minn £10000 jinstemgħu fil-perkors għal talbiet żgħar, japplikaw regoli differenti dwar l-ispejjeż. F’kawżi bħal dawn, il-parti rebbieħa tkun tista’ titlob l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-avukat, mingħand il-parti telliefa. Madankollu, dawn l-ispejjeż ma jistgħux ikunu aktar milli kienu jingħataw li kieku l-kawża kienet ittrattata bil-perkors rapidu. Aktar ’il quddiem se tingħata aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż. Aktar tagħrif dwar it-tipi differenti ta’ perkorsi huwa disponibbli fil-paġna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif tipproċedi (How to proceed).

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-kawżi sa £ 10 000 jinstemgħu permezz tal-perkors għal talbiet żgħar, dan mhuwiex awtomatiku. L-imħallef jikkunsidra l-fehmiet tal-partijiet litiganti meta jiddeċiedi dwar il-proċedura li permezz tagħha tinstema’ l-kawża. Anke jekk l-ammont tat-tilwima jkun ta’ anqas minn £10000, l-imħallef jista’ jagħżel li jisma’ l-kawża permezz tal-proċedura tal-qorti ordinarja minflok il-proċedura għal talbiet żgħar.

Meta talba tiġi kkontestata (jew difiża) tintbagħat kopja tar-risposta tal-konvenut lill-attur u jekk dan ikun litigant fiżiku, kopja tal-Formola 180 tal-Kwestjonarju dwar il-Gwida (Directions Questionnaire). L-informazzjoni li l-partijiet jipprovdu fil-kwestjonarji tgħin lill-imħallef jiddeċiedi liema jkun l-aktar perkors xieraq għall-kawża. Jekk l-attur iqis li l-kawża hija waħda li jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala talba żgħira fil-perkors għal talbiet żgħar, huwa għandu jindika dan fil-kwestjonarju. Madankollu, anki jekk l-opinjonijiet tal-attur u tal-konvenut jiġu kkunsidrati, huwa l-imħallef li jiddeċiedi għal liema perkors se tiġi allokata l-kawża.

Kif deskritt aktar ’il fuq, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jisma’ kawża b’valur ta’ anqas minn £10000 skont il-proċedura ordinarja. Din id-deċiżjoni tittieħed fil-bidu tal-kawża.

L-imħallef għandu d-diskrezzjoni li jerġa’ jalloka l-kawża mill-perkors għal talbiet żgħar għall-proċedura ordinarja jekk jaħseb li dan ikun xieraq. Meta talba tiġi allokata għall-perkors ta’ talbiet żgħar u, wara, terġa’ tiġi allokata għal perkors ieħor, ir-regoli relatati mal-ispejjeż fil-perkors għal talbiet żgħar ma jibqgħux japplikaw wara li t-talba terġa’ tiġi allokata. Ir-regoli dwar l-ispejjeż f’perkors rapidu jew f’diversi perkorsi japplikaw mid-data tal-allokazzjoni mill-ġdid.

1.3 Formoli

Hemm formoli speċifiċi li għandhom jintużaw fil-proċedura għal talbiet żgħar u huwa obbligatorju li dawn jintużaw.

Sabiex jippreżenta talba, l-attur għandu jimla Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Formola N1 li hija disponibbli b’noti dwar il-mili. Ladarba l-attur jimla l-formola, jenħtieġ li jagħmel kopja waħda għalih stess, waħda għall-qorti u waħda għal kull konvenut. Il-qorti tibgħat kopja lil kull konvenut. Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-paġna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif tipproċedi ("How to proceed").

Kif imsemmi qabel, jekk it-talba tkun difiża l-qorti tibgħat kopja tar-risposta lill-attur u kopja tal-formola N180 lil-litiganti fiżiċi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://formfinder.hmctsformfinder.justice.gov.uk/n180-eng.pdf lill-attur u lill-konvenut(i).

Jekk l-imħallef jiddeċiedi li jalloka l-każ għall-perkors għal talbiet żgħar, il-qorti tibgħat lill-partijiet il-formola N157 (avviż ta’ allokazzjoni għall-qorti għal talbiet żgħar) li tipprovdi informazzjoni dwar meta ser issir is-seduta u x’passi għandhom jittieħdu bi tħejjija.

Meta s-somma tat-tilwima tkun akbar minn £10 000 iżda ż-żewġ partijiet ikunu qablu li l-kawża tinstema' permezz tal-proċedura għal talbiet żgħar, il-qorti tibgħat il-Formola N160 (avviż ta' allokazzjoni għall-perkors għal talbiet żgħar (bil-kunsens tal-partijiet)). Din tipprovdi wkoll informazzjoni dwar meta ser issir is-seduta u x’passi għandhom jittieħdu bi tħejjija.

Meta mħallef jiddeċiedi li talba tista’ tinstema’ biss permezz ta’ xhieda bil-miktub u mingħajr il-ħtieġa ta’ seduta, il-qorti tibgħat lill-partijiet il-formola N159 (avviż ta’ allokazzjoni għall-perkors għal talbiet żgħar (l-ebda seduta). Din tiddikjara data sa meta l-attur jew il-konvenut irid jgħarraf lill-qorti jekk huwa joġġezzjonax għal deċiżjoni permezz ta’ xhieda bil-miktub biss. Jekk xi waħda mill-partijiet toġġezzjona, it-talba tiġi ttrattata f’seduta. L-imħallef jista’ jittratta nuqqas ta’ risposta bħala kunsens.

Meta parti titlef seduta iżda l-ebda parti ma tkun preżenti jew irrappreżentata f’dik is-seduta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Formola N244 (avviż ta’ rikors) tintuża biex is-sentenza tiġi annullata.

1.4 Assistenza

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija mfassla sabiex tkun sempliċi b’tali mod li l-persuni li jirrappreżentaw lilhom infushom (magħrufa bħala “litigants-in-person”) ikunu jistgħu jifhmu l-proċedimenti faċilment. Fejn ir-rikorrent jew il-konvenut ikun jirrappreżenta lilu nnifsu, l-imħallef jikkunsidra dan il-fatt u jmexxi l-proċedimenti b’mod li jippermetti lill-persuna li tirrappreżenta lilha nnifisha tifhem dak li jkun għaddej u dak li jkun meħtieġ mill-partijiet mill-aspett ta’ proċedura.

Jekk l-attur jew il-konvenut jagħżel li ma jqabbadx avukat, huwa jista' jkun akkumpanjat fis-seduta minn xi ħadd li jista’ jitkellem f’ismu. Din il-persuna tissejjaħ rappreżentant mhux espert (“lay representative”) u tista’ tkun kwalunkwe persuna li jagħżel il-litigant, bħal konjuġi, qarib, ħabib jew ħaddiem li jagħti pariri. Jekk ikun possibbli, ir-rappreżentant mhux espert m’għandux ikun xhud. Ir-rappreżentant mhux espert ma jistax jattendi għas-seduta tal-qorti mingħajr il-persuna li huwa jirrappreżenta, sakemm il-litigant ma jkunx kiseb il-permess tal-qorti sabiex ir-rappreżentant mhux espert ikun jista' jirrappreżenta lil-litigant fl-assenza tiegħu.

L-aġenziji ta’ konsulenza jistgħu jsibu diffikultajiet sabiex jirrilaxxaw persunal bl-għan li jaġixxi bħala rappreżentanti mhux esperti f’seduti u, għalhekk, huwa rakkomandat li parti tikkuntattjahom mill-aktar fis jekk tkun teħtieġ l-assistenza tagħhom. L-aġenziji ta’ konsulenza jinformaw lill-partijiet dwar jekk jistgħux jipprovdu l-assistenza. Xi rappreżentanti mhux esperti jaf ikunu jridu ħlas u l-litigant irid jara li jkun jaf eżattament kemm dan ser jiswa. L-imħallef jista’ jkeċċi lil rappreżentant mhux espert mis-seduta jekk iġib ruħu ħażin.

Il-litigant ikun responsabbli sabiex iħallas it-tariffa tar-rappreżentant mhux espert li jaħtar, anke jekk jirbaħ il-kawża. Għalhekk, jenħtieġ li jikkunsidra jekk l-ammont tat-talba jiġġustifikax din l-ispiża. Barra minn hekk, rappreżentanti mhux esperti li jitolbu ħlas għall-għajnuna jaf ma jkunux parti minn organizzazzjoni professjonali, u jekk il-litigant ma jkunx sodisfatt bl-għajnuna tagħhom, ma jkun hemm l-ebda korp regolatorju jew organizzazzjoni ma’ min jilmenta.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju ta’ Konsulenza għaċ-Ċittadini (Citizens' Advice Bureau) jew ċentri ta’ pariri għall-konsumaturi jistgħu wkoll jipprovdu għajnuna lil-litiganti.

L-Internet jista’ jintuża biex tinħareġ it-talba permezz ta’ .Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMoney Claim Online. Money Claim Online hija appoġġjata minn help desk, jekk tkun meħtieġa assistenza addizzjonali.

Assistenza addizzjonali hija disponibbli għal-litiganti b’diżabilità. Jekk litigant ikollu diżabilità li tagħmilha diffiċli li jmur il-qorti jew jikkomunika, dan għandu jikkuntattja lill-qorti kkonċernata li tista’ tipprovdi assistenza ulterjuri.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-perkors għal talbiet żgħar huwa ħafna aktar informali u ma japplikawx ir-regoli stretti tal-evidenza. Il-perkors għal talbiet żgħar jittratta kawżi aktar sempliċi għal ammonti iżgħar. Għaldaqstant, il-qorti tista’ tadotta kwalunkwe metodu ta’ proċediment f’seduta li hija tqis li jkun ġust. Il-qorti m’għandhiex l-obbligu li tieħu xhieda bil-ġurament u l-imħallef jista’ jagħżel li jillimita l-kontroeżami jekk jidhirlu li dan ikun xieraq. Madankollu, l-imħallef huwa meħtieġ jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu li jillimita l-kontroeżami. L-imħallef jista’ jagħżel li jagħmel mistoqsijiet lil kwalunkwe xhud jew lix-xhieda kollha qabel ma jħalli lil kwalunkwe persuna oħra tagħmel dan.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk l-imħallef iqis li t-talba tista’ tiġi ttrattata mingħajr seduta billi tintuża xhieda bil-miktub biss, il-qorti tinnotifika lil-litiganti permezz tal-formola N159 (ara aktar ’il fuq). In-notifika tiddikjara data sa meta l-attur jew il-konvenut irid jgħarraf lill-qorti jekk huwa joġġezzjonax għal deċiżjoni dwar xhieda bil-miktub biss. Jekk xi waħda mill-partijiet toġġezzjona, it-talba tiġi ttrattata f’seduta. L-imħallef jista’ jittratta nuqqas ta’ risposta bħala kunsens. Jekk l-ebda parti ma toġġezzjona għad-deċiżjoni tal-imħallef li ma ssir l-ebda seduta, il-kawża tista’ tiġi ttrattata bil-miktub biss.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Fl-Ingilterra u Wales is-sentenzi tal-qorti ġeneralment jirreġistraw biss id-deċiżjoni tal-imħallef u kwalunkwe ordni maħruġa għall-partijiet. Madankollu, l-imħallef huwa meħtieġ iniżżel nota tar-raġunijiet ewlenin għas-sentenza tiegħu sakemm din ma tingħatax verbalment u ma tiġix irreġistrata fuq tejp mill-qorti. L-imħallef jista’ jagħti r-raġunijiet tiegħu bl-aktar mod konċiż u sempliċi li tippermetti n-natura tal-kawża. Normalment huwa jagħmel dan verbalment waqt is-seduta iżda jista’ jagħtihom aktar tard bil-miktub jew waqt seduta li tkun stabbilita sabiex jagħmel dan. Meta l-imħallef jiddeċiedi l-kawża mingħajr seduta, huwa jkun meħtieġ iħejji nota dwar ir-raġunijiet tiegħu u l-qorti tibgħat kopja lil kull parti.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Hemm restrizzjonijiet fuq ir-rimborż tal-ispejjeż. Bħalissa l-parti rebbieħa jaf tkun tista’ titlob rimborż għall-ispejjeż li ġejjin:

  • Kwalunkwe tariffa tal-qorti li tkun ħallset;
  • Ammont ta’ mhux aktar minn £260 għal pariri legali jekk it-talba tkun tinkludi rikors għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni (ordni biex persuna titwaqqaf milli tagħmel xi ħaġa), jew ordni għal eżekuzzjoni speċifika (ordni biex xi ħadd ikun imġiegħed jagħmel xi ħaġa, pereżempju, biex sid jagħmel tiswijiet) u, minbarra dawn il-kategoriji, ma tista’ tiġi rkuprata l-ebda spiża legali;
  • Ammont ta’ mhux aktar minn £95 għal kull jum għall-parti rebbieħa, u għal kull xhud li jista’ jkollu għal telf ta’ qligħ minħabba l-attendenza għas-seduta tal-qorti;
  • Spejjeż raġonevoli sabiex ikunu koperti vjaġġi addizzjonali u soġġorni mal-lejl għall-parti jew għax-xhieda;
  • Jekk l-imħallef ikun ta permess għall-użu ta’ xhud espert u din il-parti sussegwentement tirbaħ il-kawża tagħha, l-imħallef jista’ jgħid lill-parti telliefa tħallas xi ħaġa mill-ispiża. Madankollu, l-imħallef ma jistax jippermetti aktar minn £750 għal kull xhud espert. Dan ma jistax ikopri l-ammont sħiħ tat-tariffi tal-espert, speċjalment jekk l-espert jikteb perizja u jattendi s-seduta tal-qorti;
  • L-imħallef jista’ jordna l-ħlas ta’ spejjeż oħrajn minn parti li tkun ġabet ruħha b’mod mhux raġonevoli;
  • Meta l-valur finanzjarju tat-talba jaqbeż il-limitu għall-perkors għal talbiet żgħar, iżda t-talba tkun ġiet allokata għall-perkors għal talbiet żgħar mill-imħallef, l-ispejjeż jiġu vvalutati skont dan il-perkors, sakemm il-partijiet ma jaqblux li jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż tal-perkors rapidu.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice).

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jekk il-parti telliefa tkun tixtieq tappella kontra d-deċiżjoni tal-imħallef, din ikollha bżonn permess biex tagħmel dan. Jekk dik il-parti/litigant jattendu għas-seduta li fiha tittieħed id-deċiżjoni, fl-aħħar tas-seduta jistgħu jitolbu permess lill-imħallef.

Litigant li jixtieq jappella jrid ikollu motivi (jew raġunijiet) xierqa biex jappella. Ma jistax sempliċiment joġġezzjona għad-deċiżjoni ta’ mħallef għax jaħseb li tkun ittieħdet deċiżjoni żbaljata.

Jekk il-litigant ikun irid jappella, irid jaġixxi malajr. Iż-żmien li fih il-litigant li jappella irid jippreżenta l-appell tiegħu huwa limitat.

Jekk il-parti telliefa la kienet preżenti u lanqas irrappreżentata fis-seduta, din tista’ tippreżenta rikors sabiex is-sentenza mogħtija f’dik is-seduta tiġi annullata u t-talba terġa’ tinstema’ mill-ġdid.

Din il-parti trid tressaq rikors sa mhux aktar tard minn 14-il jum wara li tirċievi s-sentenza. Hija għandha titlob lill-qorti għal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola N244 (avviż ta’ rikors) sabiex tippreżenta r-rikors.

Il-qorti tgħarraf lill-partijiet meta jridu jiġu l-qorti għas-seduta tar-rikors quddiem imħallef.

L-imħallef jagħti l-annullament ta' sentenza biss jekk:

Il-litigant/parti kellhom raġuni tajba li għaliha

  • ma attendewx jew ma kinux irrappreżentati fis-seduta; jew
  • ma tawx avviż bil-miktub lill-qorti;

u l-parti għandha prospett raġonevoli li tirbaħ il-kawża f’seduta ġdida.

Jekk ir-rikors tal-parti jkollu suċċess u s-sentenza tiġi annullata, il-qorti tistabbilixxi seduta ġdida għat-talba. F’każ ta’ talba sempliċi, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jittratta l-kawża minnufih wara s-smigħ tar-rikors.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministry of Justice)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIndirizzi tal-Qrati (Court addresses)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni f’tilwim dwar talbiet żgħar

L-aħħar aġġornament: 07/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - L-Irlanda ta’ fuq

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fl-Irlanda ta’ Fuq hemm Proċedura għal Talbiet Żgħar. Il-qrati għal talbiet żgħar (small claims courts) huma mfassla sabiex jippermettu li ċerti tipi ta’ talbiet żgħar jiġu deċiżi b’mod informali fil-qorti tal-kontea (county court), normalment mingħajr il-ħtieġa ta’ rappreżentanza legali.

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

B’mod ġenerali, il-proċedura għal talbiet żgħar tista’ tintuża meta l-ammont ta’ flus jew il-valur tal-beni involuti ma jkunx ta’ aktar minn £3000. Madankollu, xi tipi ta’ talbiet huma esklużi, pereżempju, talbiet li jinvolvu korrimenti personali, libell jew inġurja, legat jew annwalità, sjieda ta’ art, proprjetà ta’ żwieġ u inċidenti tat-traffiku.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Il-proċedura hija fakultattiva u, f’ċerti ċirkustanzi, l-imħallef għandu s-setgħa li jittrasferixxi rikors lill-qorti tal-kontea (county court).

1.3 Formoli

Ir-Regoli tal-1981 dwar il-Qorti tal-Kontea tal-Irlanda ta’ Fuq [County Court Rules (Northern Ireland) 1981] [S.R.1981 Nru 225] fihom formoli li jenħtieġ li jintużaw matul il-proċedura għal talbiet żgħar. Il-formoli huma stabbiliti għall-bidu tal-proċedimenti, għall-kontestazzjoni tat-talba u għall-aċċettazzjoni tar-responsabbiltà. Hemm ukoll formola sabiex isir rikors għal sentenza fil-kontumaċja kif ukoll formola sabiex is-sentenza tiġi annullata.

1.4 Assistenza

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija mfassla sabiex tkun informali. Il-persunal tal-Qorti jkun jista’ jgħin fil-mili tal-formoli meħtieġa u fl-ispjegazzjoni tal-proċess. Madankollu, ma jistax joffri pariri legali.

L-Uffiċċju ta’ Pariri għaċ-Ċittadini (Citizens’ Advice Bureau) jew ċentri ta’ pariri għall-konsumaturi jistgħu wkoll ikunu ta’ għajnuna għal-litiganti.

Jekk litigant ikollu diżabilità li tagħmilha diffiċli li jitla’ l-qorti jew li jikkomunika, jenħtieġ li jikkuntattja lill-Uffiċjal tas-Servizz tal-Klijenti (Customer Service Officer) tal-qorti kkonċernata li jaf ikun jista’ jipprovdi assistenza ulterjuri.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-qorti għal talbiet żgħar (small claims court) hija informali u ma japplikawx regoli stretti tal-provi. Għaldaqstant, il-qorti tista’ tadotta kwalunkwe metodu ta’ proċediment f’seduta li hija tqis li jkun ġust. Il-partijiet kollha, soġġetti għal kull oġġezzjoni legali, iridu jaqblu li jiġu eżaminati mill-imħallef b’ġurament.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk il-kawża ma tkunx ikkontestata u tkun għal ammont stabbilit, it-talba tista’ tiġi ttrattata mingħajr seduta ta’ smigħ billi tintuża biss ix-xhieda bil-miktub. Din hija magħrufa bħala sentenza fil-kontumaċja.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Normalment l-imħallef jagħti deċiżjoni verbali filwaqt li jispjega r-raġunijiet tiegħu. Madankollu, huwa jista’ jagħżel li jagħti sentenza bil-miktub.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Hemm restrizzjonijiet fuq ir-rimborż tal-ispejjeż. Bħalissa, l-imħallef jista’ jordna li jitħallsu l-ispejjeż li ġejjin:

  • It-tariffi tal-qorti; u
  • Spejjeż ta’ xhieda esperti.

Jekk ikun hemm imġiba mhux raġonevoli minn xi waħda mill-partijiet, l-imħallef jista’ jordna l-ħlas tal-ispejjeż kontra dik il-parti. Jekk il-proċedimenti jinfetħu kif suppost fil-qorti tal-kontea (county court), l-imħallef jista’ jordna l-ħlas tal-ispejjeż xierqa.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Meta l-parti li titlef kienet preżenti jew rappreżentata fis-seduta, jista’ jiġi ppreżentat appell biss billi l-imħallef jintalab jiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u b’rikors quddiem il-Qorti Għolja (High Court) għal determinazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-imħallef kinitx korretta fil-liġi.

Meta l-parti li titlef la kienet preżenti u lanqas rappreżentata fis-seduta u l-parti li titlef tikkuntattja lill-uffiċċju għal talbiet żgħar, wara li jkunu ħarġu kwalunkwe digriet jew sentenza, filwaqt li tiddikjara li ma rċivitx ir-rikors jew ma rċivitux minn qabel biżżejjed sabiex tkun tista’ twieġeb, jew għal kwalunkwe raġuni oħra hija ma tkunx wieġbet fil-ħin, tingħata l-parir li tippreżenta rikors fejn titlob l-annullament tad-digriet. Il-parti li tirbaħ tintbagħtilha kopja tar-rikors u tiġi mistiedna tippreżenta risposta bil-miktub fi żmien 14-il jum. L-Imħallef, wara li jkun ikkunsidra t-talba u kull risposta, jista’ jew:

  • jiddeċiedi li hemm raġuni valida għan-nuqqas ta’ risposta u jista’ jannulla s-sentenza mingħajr seduta tal-qorti u jista’ jagħti ordni dwar kif għandha tipproċedi l-kawża. Il-partijiet jiġu nnotifikati mill-uffiċċju għal talbiet żgħar dwar kull ordni magħmula mill-Imħallef jew
  • jistabbilixxi data għas-smigħ tar-rikors sabiex jiġi annullat id-digriet. Il-partijiet jiġu nnotifikati b’din id-data u jiġu mistiedna jattendu. L-uffiċċju għal talbiet żgħar jibgħat ukoll lill-partijiet kopja ta’ kull ordni li jagħmel l-Imħallef wara li jkun ittratta rikors ta’ dan it-tip.

Bl-istess mod, jekk id-dokumentazzjoni tal-parti li titlef tiġi rritornata lill-uffiċċju għal talbiet żgħar mill-uffiċċju tal-posta u jkun ċar li ma kinitx taf li saret it-talba, l-uffiċċju tal-qorti jitlob lill-Imħallef jirrevoka kwalunkwe digriet li jkun sar u jikkuntattja lill-parti li tirbaħ sabiex tipprovdi informazzjoni addizzjonali, eż. indirizz ġdid għall-intimat.

Ħoloq relatati

Aktar informazzjoni dwar il-proċeduri tista’ tinkiseb mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (Northern Ireland Courts and Tribunals Service).

Assistenza għal-Litiganti b’Diżabilità

Xi uffiċċji tal-qorti ħatru Uffiċjali tas-Servizz għall-Klijenti li jaf ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna. Jekk ma jkunux jistgħu jgħinu, il-litigant b’diżabilità jista’ jikkuntattja liċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar is-Servizz tal-Qorti (Court Service Information Centre) fuq +44 300 200 7812.

L-aħħar aġġornament: 23/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Skozja

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

Fl-Iskozja, qabel it-28 ta’ Novembru 2016, il-Qrati tax-Xeriff (Sheriff Courts) kellhom proċedura għal talbiet żgħar li kienet proċedura ssimplifikata li tittratta talbiet monetarji sa limitu ta’ £3,000.

Mit-28 ta’ Novembru 2016, ġiet introdotta forma ġdida ta’ talba magħrufa bħala Proċedura Sempliċi (Simple Procedure).

Il-proċedura li jmiss ta’ fuqha tissejjaħ Kawża Sommarja (Summary Cause), li tittratta kawżi sa £5,000 u hija ftit aktar ikkumplikata mill-Proċedura Sempliċi.

Proċedura Sempliċi

Mit-28 ta’ Novembru 2016, kull min jagħmel talba li jkollha valur monetarju ta’ £5,000 jew anqas li tfittex ħlas, teħid, irkupru ta’ pussess ta’ proprjetà mobbli, jew ordni sabiex xi ħadd jagħmel xi ħaġa speċifika, jenħtieġ li juża l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProċedura Sempliċi.

Il-Proċedura Sempliċi hija proċess tal-qorti mfassla sabiex tipprovdi mod rapidu, mhux għali u informali għas-soluzzjoni ta’ tilwim meta l-valur monetarju ma jkunx jaqbeż il-£5,000.

Rikorrent jagħmel talba lil-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court). Il-parti li t-talba ssir kontriha tissejjaħ l-intimat. Id-deċiżjoni finali f’talba ssir minn xeriff (sheriff) jew minn xeriff sommarju (summary sheriff). M’għandekx bżonn tuża avukat sabiex tuża l-Proċedura Sempliċi iżda tista’ tagħmel dan jekk tixtieq.

Aktar informazzjoni dwar il-Proċedura Sempliċi tista’ tinkiseb mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

Il-Proċedura Sempliċi tieħu post il-proċedura preċedenti għal talbiet żgħar. Tieħu wkoll post il-proċedura ta’ Kawża Sommarja (Summary Cause), iżda biss meta jkollha x’taqsam ma’ azzjonijiet għall-ħlas, għat-teħid jew għall-irkupru tal-pussess ta’ proprjetà mobbli, jew ma’ azzjonijiet li jordnaw lil xi ħadd sabiex jagħmel xi ħaġa.

Azzjonijiet għal Kawżi Sommarji jistgħu jiġu ppreżentati bħala azzjonijiet ta’ sekwestru (actions of furthcoming) (tip ta’ azzjoni ppreżentata għall-irkupru ta’ flus jew ta’ proprjetà), azzjonijiet ta’ rendikont u ħlas (count reckoning and payment), irkupru tal-pussess ta’ proprjetà li tintiret, konsenja, u manteniment temporanju. Jekk ikun hemm talba alternattiva għall-ħlas, din trid tkun għal anqas minn £5,000.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Azzjoni ppreżentata jew bħala Proċedura Sempliċi jew bħala Kawża Sommarja (Summary Cause) trid issegwi r-regoli tal-qorti, li huma obbligatorji. Dawn jistgħu jinkisbu mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

1.3 Formoli

Hemm formoli speċifiċi għall-istadji kollha tal-Proċedura Sempliċi u tal-Kawża Sommarja (Summary Cause) eż. formola tat-talbiet/ċitazzjoni għall-preżentazzjoni tal-azzjoni, forma ta’ deċiżjoni/kopja tad-digriet. Huwa obbligatorju li jintużaw il-formoli, li huma stabbiliti fir-Regoli tal-2016 dwar Proċedura Sempliċi (Simple Procedure Rules 2016) u fir-Regoli tal-2002 dwar Kawża Sommarja (Summary Cause Rules 2002). Dawn il-formoli jinsabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

1.4 Assistenza

L-Uffiċċju tal-Iskrivan tax-Xeriff (Sheriff Clerk's Office) jista’ jgħin fil-mili tal-formola tat-talba (Formola 3A) u aġenziji ta’ konsulenza bħall-Uffiċċju ta’ Pariri għaċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureau) joffru l-għajnuna wkoll. Jekk tkun meħtieġa aktar informazzjoni dwar il-Proċedura Sempliċi, jenħtieġ li jsir kuntatt mal-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) lokali tar-rikorrent.

Informazzjoni dwar il-Qrati tax-Xeriff (Sheriff Courts) fl-Iskozja tista’ tinkiseb mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaScottish Courts and Tribunals Service.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Is-seduti tal-Proċedura Sempliċi jsiru b’mod informali kemm jippermettu ċ-ċirkustanzi tat-talba. Ix-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) jispjega kwalunkwe terminu jew espressjoni legali li jintużaw. Dokumenti u evidenza oħra jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti u r-regoli sempliċi jistabbilixxu l-proċeduri għal dan l-għan inkluż x’għandu jintbagħat lir-rikorrent jew inkella lill-intimat u kwalunkwe terminu applikabbli għall-preżentata ta’ dokumenti jew provi oħra.

1.6 Proċedura bil-miktub

Il-proċedura tkun bil-miktub biss jekk l-azzjoni ma jkollhiex difiża. Madankollu, jekk ikun hemm difiża, il-kawża tista’ tkun teħtieġ li wieħed jitla’ l-qorti għal seduta jew, inkella, ix-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) jista’ jieħu deċiżjoni mingħajr seduta.

Ix-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) jista’ jiddeċiedi wkoll li ssir diskussjoni dwar il-ġestjoni tal-kawża. Diskussjoni dwar il-ġestjoni tal-kawża ssir fl-awla tal-qorti jew fi kwalunkwe post ieħor deċiż mix-Xeriff (Sheriff) jew mix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff). Ix-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) jiddeċiedi wkoll kif se ssir id-diskussjoni, pereżempju, permezz ta’ vidjokonferenza, awdjokonferenza jew kwalunkwe format ieħor li jagħżel.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

Fi tmiem is-seduta, ix-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) jista’ jew jieħu deċiżjoni minnufih, jew jista’ jieħu ż-żmien għall-kunsiderazzjoni qabel ma jieħu deċiżjoni. Meta x-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) jieħu ż-żmien sabiex jikkunsidra deċiżjoni, id-deċiżjoni trid tittieħed fi żmien 4 ġimgħat mid-data tas-seduta.

Meta tittieħed deċiżjoni bil-partijiet preżenti, ix-Xeriff (Sheriff) jew ix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff) għandu jispjega r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Jekk jittieħed iż-żmien sabiex tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni, trid titħejja nota li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Normalment ma jkun hemm l-ebda għoti tal-ispejjeż imġarrba f’Talba skont il-Proċedura Sempliċi li fiha l-valur tat-talba jkun ta’ £300 jew anqas.

Jekk il-valur ikun akbar minn £300 iżda mhux aktar minn £1500, l-ammont massimu tal-ispejjeż li normalment jista’ jingħata mill-qorti lill-parti li tirbaħ ma jistax jaqbeż il-£150.

Jekk il-valur ikun akbar minn £1,500 iżda mhux aktar minn £3,000, l-ammont massimu tal-ispejjeż li normalment jista’ jingħata mill-qorti lill-parti li tirbaħ ma jistax jaqbeż l-10% tal-valur tat-talba.

Għal talbiet li l-valur tagħhom ikun bejn £3,001 u £5,000, tapplika b’mod simili r-regola ġenerali li min jitlef iħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ. Jekk parti jkollha avukat, dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu ogħla. Aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż tista’ tinkiseb mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

Azzjonijiet tal-Kawża Sommarja (Summary Cause) ma għandhomx l-istess restrizzjonijiet u rendikont tal-ispejjeż normalment jiġi vvalutat mill-Iskrivan tax-Xeriff (Sheriff Clerk), u mbagħad jiġi approvat mix-Xeriff (Sheriff) jew mix-Xeriff Sommarju (summary Sheriff).

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Deċiżjoni tal-Proċedura Sempliċi tista’ tiġi appellata. Appell quddiem il-Qorti ta’ Appell tax-Xeriff (Sheriff Appeal Court) irid isir permezz ta’ nota ta’ appell fil-Formola 16A u jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tkun ittrattat it-talba tal-Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) fi żmien 4 ġimgħat minn meta l-Iskrivan tax-Xeriff (Sheriff Clerk) jibgħat il-Formola tad-Deċiżjoni lill-parti li tirbaħ. Hemm dispożizzjonijiet separati dwar l-appell għall-Kawża Sommarja (Summary Cause) u aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

Madankollu, f’każ ta’ Proċedura Sempliċi (Simple Procedure) mingħajr difiża, jista’ jiġi ppreżentat rikors quddiem il-qorti għall-annullament ta’ deċiżjoni tax-Xeriff (Sheriff) jew tax-Xeriff Sommarju (summary Sheriff). Dan jista’ jsir f’ċerti ċirkustanzi u r-rikors irid isir permezz tal-Formola 13B. Aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ annullament ta’ deċiżjoni tista’ tinkiseb mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

Ħoloq relatati

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi fih ir-Regoli dwar il-Proċedura Ordinarja (Ordinary Procedure), tal-Kawża Sommarja (Summary Cause) u tal-Proċedura Sempliċi (Simple Procedure).

Xeriff Sommarju (Summary Sheriff)

Il-kariga ta’ xeriff sommarju (summary sheriff) ġiet stabbilita mill-Att tal-2014 dwar ir-Riforma tal-Qrati tal-Iskozja [Courts Reform (Scotland) Act 2014].  Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠudikatura tal-Iskozja (Judiciary of Scotland) .

L-aħħar aġġornament: 24/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Talbiet żgħar - Ġibiltà

1 L-eżistenza ta’ proċedura speċifika għat-talbiet iż-żgħar

1.1 L-ambitu tal-proċedura, il-limitu

F’Ġibiltà, il-Qorti Suprema (Supreme Court) għandha ġuriżdizzjoni għal talbiet żgħar, magħrufa wkoll bħala l-perkors għat-talbiet żgħar.  Hemm limitu monetarju ta’ £10000 li f’ammonti anqas minnu tkun disponibbli l-proċedura għal talbiet żgħar. Madankollu, is-somma inkwistjoni mhijiex l-uniku fattur meqjus. Kunsiderazzjonijiet oħra jinkludu t-tip ta’ talba u l-ammont u t-tip ta’ preparazzjoni meħtieġa sabiex il-kawża tiġi ttrattata kif xieraq. F’xi ċirkustanzi, kawżi sempliċi b’valur akbar minn £10000 jistgħu jinstemgħu skont il-proċedura għal talbiet żgħar sakemm kemm ir-rikorrent kif ukoll l-intimat jagħtu l-kunsens tagħhom għaliha.

Minbarra li jqis il-fehmiet tar-rikorrent u tal-intimat, l-imħallef iqis il-fatturi li ġejjin meta jiddeċiedi jallokax il-kawża għall-proċedura għal talbiet żgħar jew jekk, minflok, għandux jisma’ l-kawża skont il-proċedura tal-qorti ordinarja:

  • L-ammont tat-tilwima - li normalment jenħtieġ li ma jkunx ta’ aktar minn £10000.
  • It-tip ta’ talba - dawn normalment ikunu talbiet minn konsumaturi (eż. beni mibjugħa, beni difettużi jew xogħol tas-sengħa difettuż), talbiet dwar inċidenti, tilwim dwar is-sjieda tal-beni, u tilwim bejn is-sidien u l-inkwilini dwar tiswijiet, depożiti, arretrati tal-kera, u l-bqija, iżda mhux dwar il-pussess.

Meta jiddeċiedi jekk il-kawża jenħtieġx li tiġi allokata għall-perkors għal talbiet żgħar, l-imħallef jikkunsidra l-ammont u t-tip ta’ tħejjija meħtieġa sabiex il-kawża tkun tista’ tiġi ttrattata kif suppost. L-imħallef iżomm f’moħħu li din il-proċedura hija maħsuba sabiex tkun sempliċi biżżejjed sabiex in-nies imexxu l-kawżi tagħhom stess mingħajr l-għajnuna ta’ avukat, jekk jixtiequ hekk. Jenħtieġ li t-talba tkun teħtieġ biss tħejjija minima għas-seduta finali, pereżempju. Kawżi fil-perkors għal talbiet żgħar normalment ma jinvolvux ħafna xhieda jew punti ta’ dritt diffiċli.

Jekk it-talba tkun għal anqas minn £10000 iżda tinkludi talba għal korriment personali, jew għal ħsarat f’abitazzjonijiet residenzjali u għad-danni li jirriżultaw mill-ħsarat, il-kawża ma tiġix allokata għall-perkors għal talbiet żgħar sakemm l-ammonti mitluba fir-rigward tad-dannu personali, tal-ħsarat u tad-danni ma jkunux aktar minn £1000 kull waħda.

Meta kawżi għal aktar minn £10000 jinstemgħu fil-perkors għal talbiet żgħar, japplikaw regoli differenti dwar l-ispejjeż. F’kawżi bħal dawn, il-parti rebbieħa tkun tista’ titlob l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-avukat, mingħand il-parti telliefa. Madankollu, dawn l-ispejjeż ma jistgħux ikunu aktar milli kienu jingħataw li kieku l-kawża kienet ittrattata bil-perkors rapidu. Aktar ’il quddiem se tingħata aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż.

1.2 Kif tiġi applikata l-proċedura

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-kawżi sa £10000 jinstemgħu permezz tal-perkors għal talbiet żgħar, dan mhuwiex awtomatiku. L-imħallef jikkunsidra l-fehmiet tal-partijiet litiganti meta jiddeċiedi dwar il-proċedura li l-kawża tinstema’ permezz tagħha. Anke jekk l-ammont tat-tilwima jkun ta’ anqas minn £10000, l-imħallef jista’ jagħżel li jisma’ l-kawża permezz tal-proċedura tal-qorti ordinarja minflok il-proċedura għal talbiet żgħar.

Meta talba tiġi kkontestata (jew difiża), ir-rikorrent tintbagħatlu kopja tad-difiża tal-intimat. Il-partijiet għandhom jippreżentaw ukoll Kwestjonarju dwar l-Allokazzjoni (“Allocation Questionnaire”). L-informazzjoni li l-partijiet jipprovdu fil-kwestjonarju tgħin lill-imħallef jiddeċiedi liema jkun l-aktar perkors xieraq għall-kawża. Jekk il-partijiet iqisu li l-kawża tkun waħda li jenħtieġ li tiġi ttrattata bħala talba żgħira fil-perkors għal talbiet żgħar, jenħtieġ li jindikaw hekk fil-kwestjonarju. Madankollu, għad li l-opinjonijiet tar-rikorrent u tal-intimat jiġu kkunsidrati, huwa l-imħallef li jiddeċiedi għal liema perkors se tiġi allokata l-kawża.

Kif deskritt aktar ’il fuq, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jisma’ kawża b’valur ta’ anqas minn £10000 skont il-proċedura ordinarja. Din id-deċiżjoni tittieħed fil-bidu tal-kawża.

L-imħallef għandu d-diskrezzjoni li jerġa’ jalloka l-kawża mill-perkors għal talbiet żgħar għall-proċedura ordinarja jekk jaħseb li dan ikun xieraq. Meta talba tiġi allokata għall-perkors ta’ talbiet żgħar u, wara, terġa’ tiġi allokata għal perkors ieħor, ir-regoli relatati mal-ispejjeż fil-perkors għal talbiet żgħar ma jibqgħux japplikaw wara li t-talba terġa’ tiġi allokata. Ir-regoli dwar l-ispejjeż f’perkors rapidu jew f’diversi perkorsi japplikaw mid-data tal-allokazzjoni mill-ġdid.

1.3 Formoli

Hemm formoli speċifiċi li għandhom jintużaw fil-proċedura għal talbiet żgħar u huwa obbligatorju li dawn jintużaw.

Sabiex jippreżenta talba, ir-rikorrent irid jimla l-Formola N1 li hija disponibbli b’noti dwar il-mili kemm għar-rikorrent kif ukoll għall-intimat. Ladarba r-rikorrent jimla l-formola, jenħtieġ li jagħmel kopja waħda għalih stess, waħda għall-qorti u waħda għal kull intimat. Il-qorti tibgħat kopja lil kull intimat. Aktar informazzjoni hija disponibbli fil-paġna dwar Kif Tiftaħ Kawża l-Qorti (“Bringing a Case to Court”).

Kif intqal aktar ’il fuq, jekk it-talba tiġi difiża, il-qorti tibgħat kopja tad-difiża lir-rikorrent u l-kwestjonarji dwar l-allokazzjoni liż-żewġ partijiet.

Jekk l-imħallef jiddeċiedi li jalloka l-każ għall-perkors għal talbiet żgħar, il-qorti tibgħat lill-partijiet il-formola N157 (avviż ta’ allokazzjoni għall-qorti għal talbiet żgħar) li tipprovdi informazzjoni dwar meta tkun ser issir is-seduta u x’passi għandhom jittieħdu bi tħejjija.

Meta s-somma tat-tilwima tkun akbar minn £10000 iżda ż-żewġ partijiet ikunu qablu li l-kawża tinstema’ permezz tal-proċedura għal talbiet żgħar, il-qorti tibgħat il-formola N160 (l-avviż ta’ allokazzjoni għall-perkors għal talbiet żgħar (bil-kunsens tal-partijiet)). Din tipprovdi wkoll informazzjoni dwar meta tkun ser issir is-seduta u x’passi għandhom jittieħdu bi tħejjija.

Meta mħallef jiddeċiedi li talba tista’ tinstema’ biss permezz ta’ xhieda bil-miktub u mingħajr il-ħtieġa ta’ seduta, il-qorti tibgħat lill-partijiet il-formola N159 (avviż ta’ allokazzjoni għall-perkors għal talbiet żgħar (l-ebda seduta). Din tiddikjara data sa meta r-rikorrent jew l-intimat għandu jgħarraf lill-qorti jekk joġġezzjonax għal deċiżjoni permezz ta’ xhieda bil-miktub biss. Jekk xi waħda mill-partijiet toġġezzjona, it-talba tiġi ttrattata f’seduta. L-imħallef jista’ jittratta nuqqas ta’ risposta bħala kunsens.

Meta parti titlef seduta iżda l-ebda parti ma tkun preżenti jew irrappreżentata f’dik is-seduta, tintuża l-formola N244 (notifika ta’ applikazzjoni) sabiex tiġi annullata s-sentenza.

1.4 Assistenza

Il-proċedura għal talbiet żgħar hija mfassla sabiex tkun sempliċi b’tali mod li l-persuni li jirrappreżentaw lilhom infushom (magħrufa bħala “litigants-in-person”) ikunu jistgħu jifhmu l-proċedimenti faċilment. Meta r-rikorrent jew l-intimat ikun jirrappreżenta lilu nnifsu, l-imħallef jikkunsidra dan il-fatt u jmexxi l-proċedimenti b’mod li jippermetti lill-persuna li tirrappreżenta lilha nnifisha tifhem dak li jkun għaddej u dak li jkun meħtieġ mill-partijiet mill-aspett ta’ proċedura.

Jekk ir-rikorrent jew l-intimat jagħżel li ma jqabbadx avukat, dan jista’ jkun akkumpanjat fis-seduta minn xi ħadd li jista’ jitkellem f’ismu. Din il-persuna tissejjaħ “rappreżentant mhux espert” (lay representative) u tista’ tkun kwalunkwe persuna li jagħżel il-litigant, bħal konjuġi, qarib, ħabib jew ħaddiem li jagħti l-pariri. Jekk ikun possibbli, jenħtieġ li r-rappreżentant mhux espert ma jkunx xhud. Ir-rappreżentant mhux espert ma jistax jattendi għas-seduti tal-qorti mingħajr il-persuna li huwa jirrappreżenta, sakemm il-litigant ma jkunx kiseb il-permess tal-qorti sabiex ir-rappreżentant mhux espert ikun jista’ jirrappreżenta lil-litigant fl-assenza tiegħu.

L-aġenziji ta’ konsulenza jistgħu jsibu diffikultajiet sabiex jirrilaxxaw persunal bl-għan li jaġixxi bħala rappreżentant mhux espert f’seduti u, għalhekk, huwa rakkomandat li parti tikkuntattjahom mill-aktar fis jekk tkun teħtieġ l-assistenza tagħhom. L-aġenziji ta’ konsulenza jinformaw lill-partijiet dwar jekk jistgħux jipprovdu l-assistenza. Xi rappreżentanti mhux esperti jaf ikunu jridu ħlas u l-litigant irid jara li jkun jaf eżattament kemm se jkollu jħallas. L-imħallef jista’ jkeċċi lil rappreżentant mhux espert mis-seduta jekk iġib ruħu ħażin.

Il-litigant ikun responsabbli sabiex iħallas it-tariffa tar-rappreżentant mhux espert li jaħtar, anke jekk jirbaħ il-kawża. Għalhekk, jenħtieġ li jikkunsidra jekk l-ammont tat-talba jiġġustifikax din l-ispiża. Barra minn hekk, rappreżentanti mhux esperti li jitolbu ħlas għall-għajnuna jaf ma jkunux parti minn organizzazzjoni professjonali, u jekk il-litigant ma jkunx sodisfatt bl-għajnuna tagħhom, ma jkun hemm l-ebda korp regolatorju jew organizzazzjoni ma’ min jilmenta.

Assistenza addizzjonali hija disponibbli għal-litiganti b’diżabilità. Jekk litigant ikollu diżabilità li tagħmilha diffiċli li jitla’ l-qorti jew li jikkomunika, jenħtieġ li jikkuntattja lill-qorti kkonċernata li jaf tkun tista’ tipprovdi assistenza ulterjuri.

1.5 Regoli dwar is-smigħ tal-provi

Il-perkors għal talbiet żgħar huwa ħafna aktar informali u ma japplikawx regoli stretti tal-evidenza. Il-perkors għal talbiet żgħar jittratta kawżi aktar sempliċi għal ammonti iżgħar. Għaldaqstant, il-qorti tista’ tadotta kwalunkwe metodu ta’ proċediment f’seduta li tqis li jkun ġust. Il-qorti ma għandhiex l-obbligu li tieħu xhieda bil-ġurament u l-imħallef jista’ jagħżel li jillimita l-kontroeżami jekk jidhirlu li dan ikun xieraq. Madankollu, l-imħallef meħtieġ jagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu li jillimita l-kontroeżami. L-imħallef jista’ jagħżel li jagħmel mistoqsijiet lil kwalunkwe xhud jew lix-xhieda kollha qabel ma jħalli lil kwalunkwe persuna oħra tagħmel hekk hi.

1.6 Proċedura bil-miktub

Jekk l-imħallef iqis li t-talba tista’ tiġi ttrattata mingħajr seduta billi tintuża xhieda bil-miktub biss, il-qorti tinnotifika lil-litiganti permezz tal-formola N159 (ara aktar ’il fuq). In-notifika tiddikjara data sa meta r-rikorrent jew l-intimat irid jgħarraf lill-qorti jekk joġġezzjonax għal deċiżjoni dwar xhieda bil-miktub biss. Jekk xi waħda mill-partijiet toġġezzjona, it-talba tiġi ttrattata f’seduta. L-imħallef jista’ jittratta nuqqas ta’ risposta bħala kunsens. Jekk l-ebda parti ma toġġezzjona għad-deċiżjoni tal-imħallef li ma ssir l-ebda seduta, il-kawża tkun tista’ tiġi ttrattata bil-miktub biss.

1.7 Il-kontenut tas-sentenza

F’Ġibiltà, is-sentenzi tal-qorti ġeneralment jirreġistraw biss id-deċiżjoni tal-imħallef u kwalunkwe ordni maħruġa għall-partijiet. Madankollu, l-imħallef meħtieġ iniżżel nota tar-raġunijiet ewlenin għas-sentenza tiegħu sakemm din ma tingħatax oralment u ma tiġix irreġistrata fuq tejp mill-qorti. L-imħallef jista’ jagħti r-raġunijiet tiegħu bl-aktar mod konċiż u sempliċi li tippermetti n-natura tal-kawża. Normalment dan jagħmlu verbalment waqt is-seduta iżda jista’ jagħtihom aktar tard bil-miktub jew waqt seduta li tkun stabbilita sabiex jagħmel dan. Meta l-imħallef jiddeċiedi l-kawża mingħajr seduta, l-imħallef ikun meħtieġ iħejji nota dwar ir-raġunijiet tiegħu u l-qorti tibgħat kopja lil kull parti.

1.8 Rimbors tal-ispejjeż

Hemm restrizzjonijiet fuq ir-rimborż tal-ispejjeż. Bħalissa l-parti rebbieħa jaf tkun tista’ titlob rimborż għall-ispejjeż li ġejjin:

  • Kwalunkwe tariffa tal-qorti li tkun ħallset;
  • Ammont ta’ mhux aktar minn £260 għal pariri legali jekk it-talba tkun tinkludi rikors għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni (ordni sabiex persuna titwaqqaf milli tagħmel xi ħaġa), jew ordni għal eżekuzzjoni speċifika (ordni sabiex xi ħadd ikun imġiegħel jagħmel xi ħaġa, pereżempju, sid sabiex jagħmel it-tiswijiet) u, minbarra dawn il-kategoriji, ma tista’ tiġi rkuprata l-ebda spiża legali;
  • Ammont ta’ mhux aktar minn £90 għal kull jum għall-parti rebbieħa, u kull xhud li jista’ jkollu għal telf ta’ qligħ minħabba l-attendenza għas-seduta tal-qorti;
  • Spejjeż raġonevoli sabiex ikunu koperti vjaġġi addizzjonali u soġġorni mal-lejl għall-parti jew għax-xhieda;
  • Jekk l-imħallef ikun ta permess għall-użu ta’ xhud espert u dik il-parti sussegwentement tirbaħ il-kawża tagħha, l-imħallef jista’ jgħid lill-parti telliefa tħallas xi ħaġa mill-ispiża. Madankollu, l-imħallef ma jistax jippermetti aktar minn £200 għal kull xhud espert. Dan ma jistax ikopri l-ammont sħiħ tat-tariffi tal-espert, speċjalment jekk l-espert jikteb perizja u jattendi s-seduta tal-qorti;
  • L-imħallef jista’ jordna l-ħlas ta’ spejjeż oħrajn minn parti li tkun ġabet ruħha b’mod mhux raġonevoli;
  • Meta l-valur finanzjarju tat-talba jaqbeż il-limitu għall-perkors għal talbiet żgħar, iżda t-talba tkun ġiet allokata għall-perkors għal talbiet żgħar mill-imħallef, l-ispejjeż jiġu vvalutati skont dan il-perkors, sakemm il-partijiet ma jaqblux li jenħtieġ li jkunu japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-ispejjeż tal-perkors rapidu.

1.9 Il-possibilità ta’ appell

Jekk il-parti li titlef tkun tixtieq tappella kontra d-deċiżjoni tal-imħallef, din ikollha bżonn permess biex tagħmel hekk. Jekk dik il-parti/litigant jattendi għas-seduta li fiha tittieħed id-deċiżjoni, fl-aħħar tas-seduta jistgħu jitolbu permess lill-imħallef.

Litigant li jixtieq jappella jrid jkollu motivazzjonijiet (jew raġunijiet) xierqa sabiex jappella. Ma jistax sempliċiment joġġezzjona għad-deċiżjoni ta’ mħallef għaliex huwa jaħseb li tkun ittieħdet deċiżjoni żbaljata.

Jekk litigant ikun irid jappella, irid jaġixxi malajr. Iż-żmien li fih il-litigant li jappella jrid jippreżenta l-appell tiegħu huwa limitat.

Jekk il-parti li titlef la kienet preżenti u lanqas rappreżentata fis-seduta, din tista’ tapplika sabiex tiġi annullata s-sentenza maqtugħa f’dik is-seduta u sabiex terġa’ tinstema’ t-talba.

Din il-parti trid tippreżenta rikors sa mhux aktar tard minn 14-il jum wara li tirċievi s-sentenza. Jenħtieġ li titlob mingħand il-qorti l-Formola N244 (notifika ta’ rikors) sabiex tippreżenta r-rikors.

Il-qorti tgħarraf lill-partijiet dwar meta jridu jitilgħu l-qorti għas-smigħ tar-rikors quddiem imħallef.

L-imħallef jilqa’ talba sabiex is-sentenza tiġi annullata biss jekk:

Il-litigant/il-parti jkollhom raġuni tajba għaliex

  • ma attendewx jew ma kinux rappreżentati fis-seduta; jew
  • ma avżawx bil-miktub lill-qorti;

u l-parti jkollha prospett raġonevoli li tirbaħ il-kawża f’seduta ġdida.

Jekk ir-rikors tal-parti jintlaqa’ u s-sentenza tiġi annullata, il-qorti tistabbilixxi seduta ġdida għat-talba. F’każ ta’ talba sempliċi, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li jittratta l-kawża minnufih wara li jisma’ r-rikors.

L-aħħar aġġornament: 01/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.