Obbligi ta' manteniment

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 4/2009

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Kunsill 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar l-obbligi ta' manteniment għandu l-għan li jiżgura li jkun hemm l-irkupru effettiv u bla dewmien tal-manteniment.

Huwa jistabbixxi disa' formoli standard li għandhom iħaffu l-komunikazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali u jagħmluha possibbli li jiġu sottomessi applikazzjonijiet b'mod elettroniku.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea.

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament sa dak il-punt li huwa jemenda r-Regolament (KE) Nru 44/2001, permezz ta' dikjarazzjoni (ĠU L 149, 12.06.2009, p. 80) bbażata fuq ftehim parallel konkluż mal-Komunità Ewropea.

Id-Danimarka kkonfermat l-intenzjoni tagħha li timplimenta l-kontenut  tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-10 ta’ Novembru 2011 li jistabbilixxi l-Annessi X u XI ta’ mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment. (Notifika DK. ĠU L195, 18. 7. 2013, p.1)

Id-Danimarka mhix marbuta bil-Protokoll tal-Aja tal-2007.

Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont id-dritt tal-UE. Sa tmiem l-2024, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel f’formoli online (dinamiċi) għall-finijiet ta’ dawn il-proċedimenti u l-proċeduri.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja elettronika jipprovdilek informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u għodda faċli għall-utent biex timla l-formoli. In-Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali żviluppa Gwida dwar l-użu tal-Annessi skont ir-Regolament dwar il-Manteniment li hija disponibbli fi 23 lingwa.

Formola standard mhux obbligatorja dwar id-dikjarazzjoni ta' arretrati fil-manteniment

Sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni prattika tar-Regolament dwar il-Manteniment, u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet taċ-ċittadini madwar l-UE, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali żviluppa formola standard mhux obbligatorja dwar id-dikjarazzjoni tal-arretrati fil-manteniment.

Din il-formola mhux obbligatorja għandha l-għan li tiffaċilita l-irkupru tal-arretrati tal-manteniment u hija disponibbli fi 23 lingwa. Mal-formola hemm mehmuża gwida prattika dwar kif timlieha. Il-formola tinsab fil-formati li ġejjin: PDF PDF (1044 Kb) mt u XLS Excel (390 Kb) mt.

Formola standard mhux obbligatorja dwar is-soluzzjonijiet bonarji

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Manteniment, u l-irkupru transfruntier effettiv tal-manteniment, in-NĠE-ċivili żviluppa formola standard (mhux obbligatorja) dwar soluzzjonijiet bonarji.

Is-soluzzjoni bonarja tat-tilwima tevita l-intervent ta’ qorti u/jew proċedura ta’ eżekuzzjoni. Dan jista’ jgħin biex jiġu evitati proċedimenti twal u kumplessi. Din il-formola se tgħin lill-Awtoritajiet Ċentrali jiffaċilitaw ftehimiet bonarji bejn il-partijiet, u jegħlbu l-ostakli lingwistiċi, bil-ħsieb li jinkiseb ħlas volontarju tal-manteniment. Il-formola hi disponibbli fi 23 lingwa. Il-formola tinsab fil-formati li ġejjin: PDF PDF (160 Kb) mt

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Links relatati

Protokoll tal-Aja tat-23 ta' Novembru 2007

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


FIND KOMPETENTE DOMSTOLE/MYNDIGHEDER

Søgeværktøjet nedenfor vil hjælpe dig med at finde den eller de domstole/myndigheder, der er kompetente for et specifikt europæiske retligt instrument. Vi har gjort alt for at sikre, at resultaterne er så nøjagtige som muligt, men der kan være exceptionelle sager om fastlæggelse af kompetence, som ikke nødvendigvis er dækket.

Familieret - underholdspligt


*skal udfyldes
L-aħħar aġġornament: 31/01/2025

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.