Trolley
Prezz totali
Agħmel iċ-check out
Mhu meħtieġ ebda ħlas
Sirna nafu li hemm ittra qarrieqa minn speditur li qed jagħmilha tal-Kummissjoni Ewropea u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, u jitlob ħlas biex jiġu kkonfermati d-dettalji tal-kumpanija fis-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS). Din l-ittra hija qerq: tibgħatx flus fil-kont bankarju muri. L-informazzjoni dwar il-kumpanija pprovduta fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika permezz tal-BRIS tinġabar f’ħin reali mir-reġistri kummerċjali tal-Istati Membri, mingħajr ebda ħlas mingħand il-kumpaniji. Jekk tirċievi ittra suspettuża li tkun ġejja mingħand il-BRIS, mingħand il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jew mingħand il-Kummissjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih fl-indirizz just-bris-helpdesk@ec.europa.eu. Lill-ispeditur la tħallsu qatt. |