

Informatie zoeken per regio
Fl-Iskozja bħalissa hemm żewġ sistemi għad-determinazzjoni ta’ appoġġ: b'mod ġenerali l-Att tal-1991 dwar l-Appoġġ tat-Tfal (Child Support Act 1991) ħa prijorità fuq l-Att tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (l-Iskozja) (Family Law (Scotland) Act 1985) u neħħa l-appoġġ tat-tfal mill-qasam tal-leġiżlazzjoni privata u mill-ġuriżdizzjoni tal-qrati biex għaddieh fl-isfera pubblika.
Madankollu, l-Att dwar l-Appoġġ tat-Tfal ġeneralment japplika biss meta l-persuna li jkollha l-kustodja tat-tfal, il-ġenitur "assenti" (non-resident parent) u t-tfal ikunu abitwalment residenti fir-Renju Unit. Fejn l-Att tal-1991 ma japplikax, tkun applikabbli l-iskema antika li tinsab fl-Att tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (l-Iskozja).
Skont l-Att dwar l-Appoġġ għat-Tfal tal-1991 huwa biss “wild li jikkwalifika” (wieħed li għandu mill-inqas ġenitur wieħed mhux residenti) li huwa eliġibbli biex jibbenefika minn deċiżjoni ta’ manteniment li tkun ingħatat mis-Servizz għall-Manteniment tat-Tfal. Ġenitur (jew persuna kwalifikanti oħra) b’kura ta’ tifel/tifla jista’ jitlob għall-manteniment tal-wild mill-ġenitur mhux residenti.
Skont l-Att tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (l-Iskozja) hemm obbligu ta’ manteniment dovut:
Eks sieħeb reġistrat jista' ukoll ikollu jħallas manteniment lill-eks sieħeb reġistrat l-ieħor.
Skont l-Att tal-1991 dwar l-Appoġġ tat-Tfal, il-minuri jrid ikun:
Skont l-Att tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (l-Iskozja), il-minuri jiġi ddefinit bħala:
Jekk iż-żewġ ġenituri jinsabu fl-Iskozja, jew f'parti oħra fir-Renju Unit, issir talba lis-Servizz għall-Manteniment tat-Tfal. Jekk wieħed mill-ġenituri jirrisjedi barra mill-Iskozja, il-ġenitur l-ieħor jista' jitlob lill-Qorti tax-Sheriff lokali (Sheriff Court) tagħhom għal ordni ta’ manteniment iżda jeħtieġ li jfittex parir legali dwar kif għandu jagħmel dan.
Talba għall-manteniment tat-tfal tista’ ssir f’isem ġenitur jew persuna oħra b’responsabbiltà għall-wild, sakemm ir-rikorrent ikun ingħata l-awtorità biex jagħmel dan jew ikollu prokura. Wild ma jistax japplika għal manteniment għalih innifsu, sakemm ma jkollux aktar minn 12-il sena u jgħix fl-Iskozja.
Il-Qorti tax-Sheriff li fiż-żona tagħha jirrisjedi l-minorenni hija ġeneralment kompetenti. Id-dettalji tal-qrati Skoċċiżi jistgħu jinsabu fuq is-sit tal-web tas-Servizz ta’ Qrati u Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service).
Iva, għandu jintalab parir legali mingħand avukat li jipprattika l-liġi tal-familja.
Il-miżati tal-qrati u l-ispejjeż legali jkollhom jitħallsu, iżda tista' ssir talba għal għajnuna legali lill-Bord Skoċċiż dwar l-Għajnuna Legali.
Il-qrati jistgħu jagħtu ordnijiet għal manteniment tat-tfal u tal-konjuġi. L-ammont tal-ordni jiġi ddeterminat minn għadd ta’ fatturi, b’mod partikolari d-dħul ta’ min iħallas. Huwa possibbli għal kull parti li tikseb modifika ta’ ordni ta’ manteniment permezz ta’ rikors quddiem il-qorti. It-talbiet ta’ manteniment normalment ma jkunux datati retroattivament lil hinn mid-data tar-rikors, għalkemm dan jista’ jsir fid-diskrezzjoni tax-Sheriff.
Għal manteniment tal-minuri, il-ħlas isir ġeneralment lill-ġenitur li miegħu jgħix il-minuri.
Hemm firxa ta’ metodi ta’ eżekuzzjoni disponibbli fl-Iskozja. Dawn jinkludu:
L-azzjoni eżekuttiva hija ġeneralment meħuda minn Uffiċjali tax-Sheriff (Sheriff Officers), li huma uffiċjali indipendenti tal-qorti.
Il-proċeduri ta' eżekuzzjoni fl-Iskozja huma stipulati fil-liġi fl-Att tal-1987 dwar id-Debituri (l-Iskozja) (Debtors (Scotland) Act 1987). L-Att jistipula proċeduri statutorji ta’ eżekuzzjoni u jipprovdi livell ta’ protezzjoni għad-debitur. Pereżempju, l-Att jillimita l-ammont li jista’ jitnaqqas minn min iħaddem minn salarju tad-debitur.
M'hemm l-ebda perjodu ta’ preskrizzjoni għall-irkupru ta’ dejn ta’ manteniment fl-Iskozja. Kull dejn dovut jitħallas lura sakemm id-debitur jinsab fl-Iskozja, jew ikollu l-assi sekwestrabbli tiegħu fl-Iskozja. Madankollu, jekk il-liġi ta’ pajjiż ieħor għandha tiġi applikata minn qorti Skoċċiża b’rabta ma’ obbligu ta’ manteniment, il-qorti tapplika r-regoli rilevanti tal-liġi ta’ dak il-pajjiż.
Is-Servizz għall-Manteniment tat-Tfal (meta ż-żewġ ġenituri jirrisjedu fir-Renju Unit). L-Awtorità Ċentrali Skoċċiża (Scottish Central Authority) (meta ġenitur wieħed huwa barra mill-pajjiż). Id-dettalji dwar l-Awtorità Ċentrali Skoċċiża huma mogħtija hawn taħt.
Le.
Għandek tikkuntattja l-Awtorità Ċentrali Skoċċiża.
Scottish Government Justice Directorate
Central Authority and International Law Team
St Andrew’s House (GW15)
Regent Road
Edinburgh EH1 3DG
Scotland
Tel: 00 44 131 244 3570
00 44 131 244 4829
00 44 131 244 2417
Faks: 00 44 131 244 4848
Għandek tikkuntattja lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat. Kull awtorità tista’ tiġi kkuntattjata direttament.
Ara hawn fuq.
Le.
L-Att tal-1985 dwar il-Liġi tal-Familja (l-Iskozja) japplika għar-Regolament dwar il-Manteniment. Ir-regoli korrispettivi tad-dritt internazzjonali privat huma previsti fir-Regoli tal-1997 dwar il-Kura tat-Tfal u l-Manteniment (Child Care and Maintenance Rules 1997), kif emendati.
It-talbiet minn kredituri skont l-Artikolu 56 tar-Regolament jibbenefikaw mill-għajnuna legali b’mod awtomatiku, sakemm it-talba ma titqiesx bħala manifestament infondata.
Ittieħdet azzjoni addizzjonali biex tiġi żgurata li l-assistenza tkun tista’ tiġi pprovduta f'konformità mal-Artikolu 51. Dan inkluda emendi għal-leġiżlazzjoni, ir-regoli u dispożizzjonijiet ta’ għajnuna legali.
Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.