Attivitajiet kummerċjali li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv id-drittijiet tal-bniedem globalment, u r-rispons tal-UE.
L-attivitajiet kummerċjali huma l-mutur tal-ekonomija billi jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u tal-provvista ta’ prodotti u servizzi. Dawn jistgħu fl-istess ħin, ikollhom impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem, inklużi aspetti ambjentali, tax-xogħol u tas-soċjetà.
B’mod partikolari, in-negozji (permezz tal-attivitajiet jew l-ommissjonijiet tagħhom, u dawk tal-katini tal-provvista tagħhom) jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-ispettru sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment, bħal pereżempju:
Sabiex jiġi żgurat il-kontribut pożittiv tan-negozji u jiġi evitat l-impatt negattiv tagħhom, in-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) iddefinixxew approċċ tal-aspettattivi globali għal negozju responsabbli.
B'mod partikolari:
Il-Prinċipji Gwida tan-NU tal-2011 dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGP) huma l-ewwel standards maqbula globalment għall-prevenzjoni u l-indirizzar tar-riskji għad-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-attività kummerċjali.
Il-Linji Gwida tal-OECD, adottati fl-1976 u aġġornati fl-2011, jinkludu kapitolu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li huwa allinjat mal-UNGP.
Id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji, li tikkonċerna l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali (Dikjarazzjoni tal-ILO dwar l-Intrapriżi Multinazzjonali), ġiet aġġornata fl-2017 biex tinkludi standards ġodda tax-xogħol, kif ukoll referenzi għall-UNGP u għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
Barra minn hekk, fl-2016 il-Kunsill tal-Ewropa adotta Rakkomandazzjoni dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem li tiffoka fuq li tagħti aċċess għal rimedju legali, b’enfasi speċjali fuq il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni addizzjonali tal-ħaddiema, it-tfal, in-nies indiġeni u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.
Fid-dawl tal-aċċess għal rimedju, l-UNGP jipprovdi li l-pajjiżi mistennija jieħdu l-passi xierqa biex jiżguraw aċċess għal rimedju effettiv għall-persuni milquta minn abbużi relatati man-negozju. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ mezzi ġudizzjarji, amministrattivi, leġiżlattivi u mezzi xierqa oħra. L-UNGP jipprovdu wkoll li l-kumpaniji, li kkawżaw jew ikkontribwixxew għal impatti negattivi permezz tal-attivitajiet tagħhom, huma mistennija jindirizzawhom permezz ta’ rimedju.
Rispons tal-UE
Il-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tinkludi diversi regoli rilevanti, bħal dawk dwar:
L-UE irreaġixxiet għall-impatt negattiv tal-attivitajiet kummerċjali fuq id-drittijiet tal-bniedem billi għamlet dan li ġej:
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju jingħataw protezzjoni fil-livell tal-qrati ordinarji.
Il-persuni li jkunu nkisru d-drittijiet tagħhom jistgħu jfittxu l-protezzjoni jew fi proċeduri ċivili jew fi proċeduri kriminali quddiem il-qrati ordinarji; jekk rilevanti, sussegwentement quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.
F’każ ta’ vjolazzjoni ta’ natura ċivili, normalment tkun tista’ tiddefendi ruħek billi tieħu azzjoni legali għall-prestazzjoni, li permezz tagħha r-rikorrent ikun jista’ jitlob il-prestazzjoni ta’ kwalunkwe obbligu legali. Tipikament, ir-rikorrent jista’ jitlob li l-intimat jagħti xi ħaġa lir-rikorrent, li l-intimat jagħmel xi ħaġa, li l-intimat iwaqqaf u ma jkomplix imġiba illegali, jew li l-intimat jittollera ċerta mġiba. Ir-rikorrent jista’ jfittex ukoll il-prestazzjoni tal-obbligu li jiġi pprovdut kumpens għal dannu finanzjarji jew mhux finanzjarju kkawżat mill-imġiba kolpevoli tal-intimat.
Meta d-drittijiet ikunu nkisru minn att li jkollu l-karatteristiċi ta’ reat, bħala mezz ta’ difiża tista’ tiġi ppreżentata denunzja kriminali ma’ kwalunkwe awtorità tal-pulizija, ma’ uffiċċju tal-prosekutur jew, bil-fomm, quddiem qorti. Wara d-denunzja kriminali, il-prosekutur jiftaħ kawża quddiem qorti, li mbagħad tiddeċiedi dwar il-ħtija u l-piena. Fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha l-qorti hija indipendenti u marbuta biss bil-liġi.
Meta l-vittma tkun ġarrbet dannu għas-saħħa jew dannu finanzjarju jew mhux finanzjarju minħabba r-reat, jew it-trażgressur li wettaq ir-reat ikun iggwadanja permezz tar-reat a skapitu tal-vittma, il-vittma tista’ titlob lill-qorti sabiex timponi fuq l-akkużat, fis-sentenza ta’ kundanna tagħha, l-obbligu li jikkumpensa finanzjarjament id-dannu finanzjarju jew mhux finanzjarju mġarrab mill-vittma minħabba r-reat (din hija magħrufa bħala l-proċedura ta’ adeżjoni). [1] Il-vittma jeħtiġilha tagħmel dan sa mhux aktar tard minn qabel il-kumpilazzjoni matul il-proċess jew, l-aktar tard, matul l-ewwel seduta dwar il-ftehim fuq il-ħtija u l-piena jekk ikun intlaħaq ftehim bħal dan.
Il-vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem (imsejħa l-parti li ġarrbet dannu) m’għandha l-ebda dritt li tappella kontra s-sentenza tal-qorti fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni li l-parti operattiva (jiġifieri d-deċiżjoni nnifisha) fis-sentenza mhijiex eżatta. Madankollu, il-vittma tista’ tappella kontra d-deċiżjoni tas-sentenza dwar il-kumpens finanzjarju għal dannu finanzjarju jew mhux finanzjarju jew dik dwar iċ-ċediment tal-arrikkiment indebitu minħabba li tali deċiżjoni ma tkunx preċiża, jekk il-vittma tkun qajmet talba bħal din.
Il-każijiet ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem huma ttrattati bħala reati skont il-Kodiċi Kriminali. Meta l-qorti tiddetermina s-sentenza, hija tqis ukoll in-natura u l-gravità tar-reati minbarra s-sitwazzjoni tad-delinkwent u l-interessi tal-vittma protetti bil-liġi. B’mod ġenerali, il-Kodiċi Kriminali jistabbilixxi pieni u sentenzi aktar ħorox għal ċerti reati, ikklassifikati fih, li għandhom livell ogħla ta’ gravità għas-soċjetà. Tali gravità tista’ tikkonsisti f’periklu pjuttost serju għall-vittma tar-reat jew fi ħsara lilha, fil-mod kif jitwettaq ir-reat, jew f’motiv partikolari. Dan ta’ hawn fuq jista’ jinkludi t-twettiq intenzjonat ta’ reat jew ta’ reat imwettaq b’negliġenza gravi, b’reati ripetittivi, b’kisba ta’ benefiċċju konsiderevoli jew ta’ benefiċċju fuq skala kbira billi jitwettaq ir-reat, jew billi jiġu kkawżati offiża gravi fuq il-persuna jew mewt.
Il-Kodiċi Kriminali fih Titolu separat dwar ir-reati ambjentali. Minbarra l-fatti fundamentali li jikkostitwixxu dawn ir-reati, il-Kodiċi Kriminali jistabbilixxi wkoll ċerti fatti kwalifikati, li jirriflettu gravità akbar tar-reati għas-soċjetà, u jistabbilixxi pieni aktar severi għalihom. Il-pieni jistgħu jinkludu wkoll priġunerija fil-każ ta’ persuni fiżiċi u x-xoljiment tal-entità fil-każ ta’ persuni ġuridiċi.
Dan ta’ hawn fuq japplika mutatis mutandis għall-isfruttament tal-ħaddiema. Il-Kodiċi Kriminali ma fihx it-terminu “sfruttament tal-ħaddiema” iżda skjavitù u servitù [2], xogħol furzat u forom oħra ta’ sfruttament [3], li huma ttrattati bħala r-reat ta’ traffikar tal-bnedmin, jistgħu jiġu assorbiti taħt dan it-terminu. Dan jista’ jfisser ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi [4], li huma waħda mill-karatteristiċi fundamentali tal-fatti li jikkostitwixxu r-reat tal-impjieg illegali ta’ ċittadini barranin. Ċerti fatti kwalifikati, li l-eżistenza tagħhom f’każ tattira pieni aktar severi, huma stabbiliti wkoll għal dawn ir-reati.
B’mod ġenerali, tapplika t-tweġiba għall-Mistoqsija 1 aktar ’il fuq. L-awtoritajiet Ċeki primarjament għandhom il-kompetenza li jittrattaw każijiet li seħħew fir-Repubblika Ċeka, sakemm id-dritt tal-UE jew it-trattati internazzjonali ma jistipulawx mod ieħor.
Permezz ta’ wħud mill-kompetenzi tiegħu, l-Ombudsman jista’ jipprovdi appoġġ u protezzjoni lill-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju. Dan jinkludi, b’mod partikolari, l-għoti ta’ assistenza liċ-ċittadini tal-UE, l-investigazzjoni ta’ lmenti dwar korpi amministrattivi tal-istat, u l-għoti ta’ kooperazzjoni u ta’ gwida lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni. Fir-rigward tal-għoti ta’ assistenza liċ-ċittadini tal-UE, iċ-ċittadini kollha tal-UE jistgħu jirrikorru għand l-Ombudsman b’talbiet għal assistenza fi kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom bħala impjegati u ċittadini tal-UE. Bħala parti minn din l-attività, l-Ombudsman jipprovdi liċ-ċittadini tal-UE b’informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom, dwar l-awtoritajiet li jenħtieġ li jikkuntattjaw, u dwar il-passi li jistgħu jieħdu. L-Ombudsman jipprovdi wkoll gwida f’każijiet ta’ suspett ta’ diskriminazzjoni fuq bażi taċ-ċittadinanza u f’każijiet ta’ preżentazzjoni ta’ mozzjonijiet għall-bidu ta’ proċeduri għal raġunijiet ta’ diskriminazzjoni. L-Ombudsman jista’ jikkomunika mal-awtoritajiet li għandhom rwol simili fi stati membri oħrajn tal-UE. Minbarra l-Ombudsman, il-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju jistgħu jidħlu f’kuntatt maċ-ċentru SOLVIT Ċek. Iċ-ċentru SOLVIT jinvestiga lmenti f’każijiet li fihom awtorità pubblika ta’ stat membru tal-UE tonqos milli tipproċedi skont id-dritt Ewropew u tagħmel ħsara lid-drittijiet tal-persuni [kemm taċ-ċittadini kif ukoll tan-negozji].
L-Ombudsman jinvestiga wkoll ilmenti kontra l-korpi tal-amministrazzjoni tal-istat li huma kompetenti sabiex jissorveljaw l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-entitajiet bi sjieda privata (tipikament awtoritajiet ta’ spezzjoni u superviżorji). Madankollu, l-Ombudsman ma jistax jeżamina l-attivitajiet ta’ dawn l-entitajiet bi sjieda privata bħala tali. Daqstant importanti wkoll, l-Ombudsman huwa awtorizzat bħala l-korp nazzjonali għat-trattament ugwali u għall-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Ombudsman jipprovdi kooperazzjoni u gwida lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni.
Ir-Repubblika Ċeka għandha wkoll istituzzjonijiet superviżorji nazzjonali f’kull settur tal-amministrazzjoni tal-istat. Bħala regola, dawn l-istituzzjonijiet jaċċettaw suġġerimenti u lmenti mill-pubbliku. Jekk iwettqu verifika u jsibu ksur tal-leġiżlazzjoni, dawn jistgħu jimponu, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ rimedju tas-sitwazzjoni, u jistgħu jimponu multi f’każ ta’ ksur aktar serju. Dawn l-istituzzjonijiet jinkludu, mingħajr limitazzjoni, korpi tal-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni tal-Kummerċ (Česká obchodní inspekce) li jkopru l-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi, l-Awtorità Ċeka għall-Ispezzjoni tal-Agrikoltura u tal-Ikel (Státní zemědělská a potravinářská inspekce) u l-Amministrazzjoni Veterinarja tal-Istat (Státní veterinární správa) għall-oġġetti tal-ikel, u ċ-ċentri reġjonali tas-saħħa pubblika għall-prodotti kożmetiċi u għall-oġġetti maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt mal-ikel. Barra minn hekk, fir-rigward tar-relazzjonijiet industrijali, huma l-Uffiċċju għall-Ispezzjoni tax-Xogħol tal-Istat (Státní úřad inspekce práce) u l-uffiċċji reġjonali għall-ispezzjoni tax-xogħol; fir-rigward tal-ambjent, jista’ jiġi kkuntattjat l-Uffiċċju Ċek għall-Ispezzjoni Ambjentali (Česká inspekce životního prostředí). Il-kompetenza territorjali ta’ dawn l-istituzzjonijiet normalment tkun limitata għar-Repubblika Ċeka.
Il-liġi Ċeka ma timponix obbligi fuq korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej biex jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti jew servizzi ta’ medjazzjoni għal vjolazzjonijiet li jirriżultaw mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom, jew l-obbligu li jissorveljaw dawn l-attivitajiet. Għalhekk, il-gvern Ċek tal-anqas irrakkomanda lin-negozji sabiex jikkunsidraw li jimplimentaw il-mekkaniżmi interni tagħhom ta’ diliġenza dovuta għall-identifikazzjoni u għall-eliminazzjoni tar-riskji tad-drittijiet tal-bniedem. [5] L-involviment tal-gruppi tal-partijiet ikkonċernati – l-impjegati u l-pubbliku direttament ikkonċernat – jenħtieġ li jkun parti meħtieġa minn dawn. Madankollu, din ir-rakkomandazzjoni tal-gvern mhijiex legalment vinkolanti.
Meta persuna tfittex il-protezzjoni tad-drittijiet tagħha bħala parti għall-proċeduri ċivili, hija tista’ tapplika mal-qorti għall-ħatra ta’ rappreżentant legali. Il-qorti taħtar rappreżentant legali dment li l-parti tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-eżenzjoni mit-tariffi tal-qorti meta l-ħatra ta’ rappreżentant tkun meħtieġa għall-protezzjoni tal-interessi tal-parti. Fl-istess ħin, il-qorti taħtar avukat biss jekk il-protezzjoni tal-interessi tal-parti tkun teħtieġ dan (b’mod partikolari fi proċeduri aktar ikkumplikati), jew fil-każ tal-ħatra ta’ rappreżentant għall-proċeduri li fihom ir-rappreżentanza minn avukat (nutar) tkun obbligatorja.
Fi proċeduri kriminali, il-vittmi ta’ reat jingħataw assistenza mingħand speċjalisti, li tinkludi konsulenza psikoloġika, pariri soċjali, għajnuna legali, provvista ta’ informazzjoni legali, u programmi restorattivi. Il-vittma għandha wkoll id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar il-każ li tkun saret il-vittma ta’ reat fih. Fir-rigward tal-għajnuna legali, din tinkludi, mingħajr limitazzjoni, rappreżentanza ġudizzjarja quddiem qrati u awtoritajiet oħra, l-għoti ta’ pariri legali, l-abbozzar ta’ dokumenti, u t-tħejjija ta’ analiżijiet legali.
Il-vittma li tkun ġarrbet offiża gravi fuq il-persuna kkawżata minn reat intenzjonat u s-superstiti ta’ vittma li l-mewt tagħha tkun ikkawżata mir-reat jistgħu jitolbu assistenza legali pprovduta mingħajr ħlas jew b’tariffa mraħħsa. Il-qorti tagħti assistenza legali pprovduta mingħajr ħlas jew b’tariffa mraħħsa jekk il-vittma/is-superstiti jirriżultaw li ma jkollhomx biżżejjed fondi biex iħallsu l-ispejjeż imġarrbin għall-ħatra ta’ avukat. Il-qorti tieħu wkoll l-istess deċiżjoni meta l-vittma/superstiti jitolbu kumpens għad-danni u jkun evidenti li r-rappreżentanza minn avukat ma tkunx superfluwa. Minbarra l-każijiet imsemmija hawn fuq, tingħata għajnuna legali mingħajr ħlas, fuq il-bażi ta’ talba, lil vittmi partikolarment vulnerabbli, li jinkludu dawn li ġejjin: tfal, individwi xjuħ ħafna u individwi b’diżabilità, u vittmi ta’ reati speċifikati fil-liġi, inklużi vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin. L-individwi msemmija hawn fuq għandhom id-dritt għal assistenza mingħajr ħlas mingħand speċjalisti u jgawdu wkoll drittijiet speċjali addizzjonali bħad-dritt għall-prevenzjoni tal-kuntatt tagħhom mad-delinkwent u d-dritt għall-protezzjoni meta jiġu eżaminati jew meta jagħmlu preżentazzjoni.
Persuni li jkunu f’tilwima ma’ persuna li tgħix jew li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha barra mir-Repubblika Ċeka, u li ma jkollhomx biżżejjed fondi sabiex iħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri tal-qorti, jistgħu japplikaw għal għajnuna legali f’tilwimiet transfruntiera skont id-Direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwimiet transfruntiera. Din l-għajnuna legali tkopri pariri ta’ qabel il-litigazzjoni bl-għan li tinstab soluzzjoni qabel ma jinbdew il-proċeduri legali, l-assistenza legali sabiex tinfetaħ kawża quddiem qorti u r-rappreżentanza fil-qorti u l-assistenza fl-ispejjeż tal-proċeduri jew l-eżenzjoni minnhom.
Individwi li mhumiex ċittadini tal-UE u li ma jgħixux fl-UE iżda li sfaw vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju tagħhom fir-Repubblika Ċeka għandhom aċċess għal għajnuna legali bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tar-Repubblika Ċeka.
[1] L-Artikolu 43(3) tal-Att Nru 141/1961 dwar il-proċeduri kriminali (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali)
[2] L-Artikolu 168(1) u (2)(d) tal-Kodiċi Kriminali (traffikar tal-bnedmin)
[3] L-Artikolu 168(1) u (2)(e) tal-Kodiċi Kriminali (traffikar tal-bnedmin)
[4] L-Artikolu 342(1) tal-Kodiċi Kriminali (impjieg illegali ta’ ċittadini barranin)
[5] Pjan ta’ azzjoni nazzjonali għan-negozju u għad-drittijiet tal-bniedem għall-perjodu 2017–2022 [Národní akční plán pro byznys a lidská práva na období 2017–2022], paġna 30
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-protezzjoni ġudizzjarja kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem hija mnaqqxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fl-Att Kostituzzjonali tar-Renju tad-Danimarka (Danmarks Riges Grundlov). Ma ssir l-ebda distinzjoni bejn ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju u dak mhux relatat man-negozju.
Il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ġiet trasposta fil-liġi Daniża bl-Att Nru 285 tad-29 ta’ April 1992. Skont il-ġurisprudenza Daniża, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jkunu responsabbli li jħallsu kumpens għal kwalunkwe ksur tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-rigward ta’ danni finanzjarji jew mhux finanzjarji. Din ir-responsabbiltà hija oġġettiva skont il-ġurisprudenza Daniża, u l-prinċipji ġenerali tal-liġi Daniża dwar il-kumpens japplikaw ukoll.
L-awtoritajiet Daniżi kollha jridu jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta jimplimentaw id-dritt tal-UE. Il-qrati Daniżi jridu jipprovdu wkoll l-aċċess meħtieġ għall-ġustizzja sabiex jissalvagwardjaw il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet f’oqsma soġġetti għad-dritt tal-UE. Dan jinkludi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
Il-Kapitoli VII u VIII tal-Kostituzzjoni Daniża fihom għadd ta’ libertajiet u ta’ drittijiet tal-bniedem. Il-libertajiet personali jinvolvu l-protezzjoni tal-libertà personali (l-Artikolu 71), tad-dar u l-privatezza (l-Artikolu 72), tad-dritt tal-proprjetà (l-Artikolu 73), tal-libertà tar-reliġjon, u tad-dritt li ma ssirx diskriminazzjoni kontra individwu (l-Artikolu 67, l-Artikolu 68 u l-Artikolu 70). Il-libertajiet politiċi jirrigwardaw il-libertà tal-kelma (l-Artikolu 77), il-libertà ta’ assoċjazzjoni (l-Artikolu 78), u l-libertà tal-għaqda (l-Artikolu 79). Il-Kostituzzjoni tinkludi wkoll dritt għal aċċess liberu u ugwali għall-kummerċ (l-Artikolu 74), id-dritt għal għajnuna pubblika (l-Artikolu 75), u d-dritt għal edukazzjoni elementari mingħajr ħlas u għal-libertà tal-għażla tal-iskola (l-Artikolu 76).
Fl-Artikolu 73 tal-Kostituzzjoni hija stabbilita bażi ġuridika għad-dritt għal kumpens sħiħ għall-esproprjazzjoni, li jitħallas fir-rigward tat-telf finanzjarju mġarrab b’riżultat ta’ esproprjazzjoni.
M’hemm l-ebda regola speċifika għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, la fuq livell nazzjonali u lanqas fuq livell internazzjonali. Madankollu, il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu rwol fil-valutazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-gravità ta’ ksur. Il-protezzjoni ġudizzjarja kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem hija mnaqqxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fl-Att Kostituzzjonali tar-Renju tad-Danimarka.
Essenzjalment, l-individwi privati kollha fid-Danimarka jistgħu jiftħu kawża quddiem il-qrati nazzjonali. Dan japplika kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għaċ-ċittadini mhux tal-UE. Aktar informazzjoni ta’ gwida dwar kif tinfetaħ kawża quddiem il-qrati hija disponibbli fuq http://www.domstol.dk/.
L-istitut nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fid-Danimarka, l-Istitut Daniż għad-Drittijiet tal-Bniedem (Institut for Menneskerettigheder), għandu l-għan li jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, inkluż fost affarijiet oħra billi jagħti pariri lill-Parlament Daniż (Folketinget), lill-Gvern Daniż, lil awtoritajiet pubbliċi oħra u lil partijiet ikkonċernati privati dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ġestjoni tal-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem. L-Istitut Daniż għad-Drittijiet tal-Bniedem jista’ jgħin ukoll lill-vittmi ta’ diskriminazzjoni sabiex l-appelli ta’ diskriminazzjoni tagħhom jiġu pproċessati, filwaqt li tingħata l-kunsiderazzjoni xierqa lid-drittijiet tal-vittmi, tal-assoċjazzjonijiet, tal-organizzazzjonijiet u ta’ persuni ġuridiċi oħra.
L-Ombudsman Parlamentari Daniż essenzjalment jittratta biss ilmenti dwar l-amministrazzjoni pubblika.
Hemm mekkaniżmi separati fid-Danimarka għall-ipproċessar ta’ każijiet relatati ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju, inklużi l-qrati Daniżi, t-Tribunal Industrijali (arbejdsretten), il-Bord Nazzjonali tal-Korrimenti Industrijali (Arbejdsskadestyrelsen), il-Bord għat-Trattament Ugwali (Ligebehandlingsnævnet), l-Istituzzjoni ta’ Medjazzjoni u ta’ Trattament tal-Ilmenti għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju (Mæglings- og klageinstitutionen for ansvarlig virksomhedsadfærd) (MKI), u oħrajn. Fis-suq tax-xogħol, kultant issir konċiljazzjoni kunfidenzjali bejn il-partijiet fil-każijiet li jistgħu jkunu rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem.
Skont il-liġi Daniża, il-korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej mhumiex obbligati jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti jew servizzi ta’ medjazzjoni għal ksur li jirriżulta mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom.
Id-Danimarka stabbiliet bil-liġi l-Istituzzjoni ta’ Medjazzjoni u ta’ Trattament tal-Ilmenti għal Imġiba Responsabbli fin-Negozji (MKI), li taħdem sabiex toħloq qafas għall-medjazzjoni, għad-djalogu, u għar-riżoluzzjoni tal-konflitti.
L-MKI hija l-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-OECD għad-Danimarka, u għandha l-kompitu li tittratta lmenti dwar imġiba irresponsabbli potenzjali, fost affarijiet oħra, minn kumpaniji Daniżi fid-Danimarka u barra mill-pajjiż, pereżempju permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali ta’ kumpanija, u li toffri medjazzjoni bejn il-parti li tkun ġarrbet dannu u l-parti li tkun is-suġġett tal-ilment. L-MKI tittratta l-ilmenti u tista’ toffri medjazzjoni f’każijiet li jikkonċernaw ksur tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, inklużi każijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema, l-istandards ambjentali internazzjonali, u l-korruzzjoni.
L-MKI tippubblika rapporti annwali dwar il-ħidma tagħha, inklużi l-ilmenti li hija tkun ipproċessat u kwalunkwe proċess ta’ medjazzjoni. Meta tittratta lment, l-MKI tista’ wkoll toħroġ dikjarazzjonijiet pubbliċi li jistgħu, pereżempju, jinkludu kritika tal-imġiba ta’ kumpanija.
L-MKI hija istituzzjoni indipendenti li għandha l-mandat li teżamina l-każijiet fuq inizjattiva tagħha stess, iżda ma tissorveljax l-attivitajiet tal-kumpaniji Daniżi.
Persuni li huma vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju ma għandhom l-ebda dritt speċifiku (jekk jogħġbok ara l-mistoqsija 1). Hemm żewġ tipi ta’ għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat fid-Danimarka: proċeduri mingħajr ħlas [fri proces] u għajnuna legali pubblika [offentlig retshjælp]. M’hemm l-ebda rekwiżit li wieħed ikun ċittadin Daniż jew ċittadin tal-UE sabiex jikseb għajnuna legali.
Jekk tintlaqa’ t-talba għal proċedura mingħajr ħlas tar-rikorrent, l-ispejjeż kollha tar-rikorrent jiġu koperti mill-Istat. Minn dan jirriżulta li, fost affarijiet oħra, waħda mill-kundizzjonijiet għall-proċeduri mingħajr ħlas hija li l-introjtu tar-rikorrent ma jaqbiżx il-limitu fuq l-introjtu stabbilit fl-Artikolu 325(3)-(5) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (retsplejeloven), u li r-rikorrent ma jkollux polza tal-assigurazzjoni għall-għajnuna legali jew polza tal-assigurazzjoni oħra li tkopri l-ispejjeż tal-każ. Il-limiti tad-dħul jiżdiedu kull sena; jekk jogħġbok ara l-Artikolu 328(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Għalhekk, fl-2019, l-introjtu ta’ rikorrent waħdu ma jistax jaqbeż it-DKK 329 000; għal rikorrenti li huma parti minn koppja, l-introjtu totali tal-koppja ma jistax jaqbeż l-DKK 418 000.
Minbarra dan, kundizzjoni oħra hija essenzjalment li jeħtieġ li r-rikorrent jitqies li jkollu bażijiet raġonevoli sabiex jiftaħ il-każ; jekk jogħġbok ara l-Artikolu 328(2) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.
Madankollu, l-Artikolu 327 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja telenka numru ta’ tipi speċjali ta’ każijiet li fihom ma jkun hemm l-ebda kundizzjoni sabiex ir-rikorrent ikollu bażijiet raġonevoli sabiex jiftaħ il-każ. F’dawn il-każijiet, it-talbiet għal proċeduri mingħajr ħlas iridu jiġu aċċettati kull meta r-rikorrent jissodisfa l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 325. Madankollu, dan mhux bilfors ifisser li l-kawża tar-rikorrent se tintlaqa’; jekk jogħġbok ara l-Artikolu 327(4).
Hemm tliet passi għall-għajnuna legali; jekk jogħġbok ara l-Artikolu 323 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja u l-Ordni Eżekuttiva (bekendtgørelse) Nru 1503 tat-18 ta’ Diċembru 2019 dwar l-Għajnuna Legali Pubblika b’Avukat. Kulħadd għandu dritt għal pariri verbali bażiċi ħafna (u mingħajr ħlas) dwar kwistjonijiet legali li jkunu importanti għal tilwima, u dwar l-għażliet prattiċi u finanzjarji sabiex wieħed jiftaħ każ (l-ewwel pass).
Il-persuni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet finanzjarji għall-proċeduri mingħajr ħlas huma intitolati wkoll għal xi għajnuna legali mingħajr ħlas fil-forma ta’ pariri u ta’ tħejjija ta’ mistoqsijiet individwali bil-miktub, inklużi l-applikazzjonijiet għal proċeduri mingħajr ħlas, eċċ. (it-tieni pass). Fil-każ ta’ tilwima fejn jitqies li jkun hemm prospett li l-kawża tingħalaq permezz ta’ konċiljazzjoni bl-assistenza addizzjonali ta’ avukat, il-persuna inkwistjoni tkun intitolata wkoll għal xi għajnuna legali mingħajr ħlas minn avukat (it-tielet pass).
Fl-2019, it-tariffa għall-għajnuna legali minn avukat fit-tieni pass kienet ta’ DKK 1 040 (inkluża l-VAT). L-Istat iħallas 75 % ta’ dan l-ammont, iżda l-applikant għall-għajnuna legali jħallas il-bqija. It-tariffa għall-għajnuna legali minn avukat fit-tielet pass hija ta’ DKK 2 390 (inkluża l-VAT). L-Istat u l-applikant għall-għajnuna legali jħallsu nofs kull wieħed. Madankollu, l-Istat iħallas it-tariffa sħiħa għall-għajnuna legali marbuta ma’ talba għal proċeduri mingħajr ħlas.
Madankollu, essenzjalment, ma jista’ jintalab l-ebda sussidju mill-Istat għall-għajnuna legali fit-tieni u fit-tielet passi jekk ikun ċar sa mill-bidu nett li l-każ ma jistax jiġi ttrattat fil-limiti tal-ammont ta’ DKK 1 040 jew ta’ DKK 2 390 rispettivament. Barra minn hekk, sussidju mill-fondi tal-Istat għall-għajnuna legali fit-tieni u fit-tielet passi jinkludi biss tariffi li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni għall-għajnuna legali jew minn tip ieħor ta’ polza tal-assigurazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Kull min jikkunsidra li d-drittijiet tiegħu nkisru minħabba l-azzjonijiet ta’ impriża Ġermaniża jista’ jieħu azzjoni legali kontra dik l-impriża quddiem il-qrati ċivili Ġermaniżi. Il-qorti kompetenti hija fil-prinċipju l-qorti li fid-distrett ġudizzjarju tagħha l-impriża konvenuta jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. L-uffiċċju reġistrat ta’ impriża huwa s-sede ddeterminata mill-istatuti tagħha, il-post fejn għandha l-kwartieri ġenerali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha. Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi hija dderivata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformolazzjoni tar-Regolament Brussell I). Aktar informazzjoni dwar dan ir-Regolament tinsab hawnhekk.
Jekk l-uffiċċju reġistrat tal-impriża konvenuta ma jkunx jinsab fl-Unjoni Ewropea jew fi Stat kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar il-ġuriżdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali tat-30 ta’ Ottubru 2007, il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi tista’ tiġi dderivata mir-regoli tal-proċedura ċivili tal-Ġermanja, b’mod partikolari mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO). Pereżempju, skont l-Artikolu 32 ZPO, kawża tista’ tiġi ppreżentata quddiem qorti Ġermaniża jekk tal-anqas parti mid-delitt tkun twettqet fil-Ġermanja. Azzjoni titqies li twettqet kemm fil-post fejn tkun aġixxiet il-persuna li tikkawża d-dannu (Handlungsort) kif ukoll fil-post fejn ikun inkiser id-dritt protett legalment tal-persuna li ġġarrab id-dannu (Erfolgsort).
Dawn il-ġuriżdizzjonijiet japplikaw ukoll meta jittieħdu azzjonijiet legali minn ċittadini mhux tal-UE li mhumiex residenti fl-Unjoni Ewropea.
L-ordinament ġuridiku nazzjonali b’ġuriżdizzjoni għal talbiet li jirriżultaw minn delitt huwa ddeterminat mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (ir-Regolament Ruma II). Dan jistipula li, normalment, id-dritt applikabbli huwa d-dritt tal-pajjiż li fih iseħħ id-dannu, irrispettivament mill-pajjiż li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew mill-pajjiżi fejn iseħħu l-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment (l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Ruma II). Aktar informazzjoni dwar id-dritt applikabbli tinsab hawnhekk.
Ir-regoli Ġermaniżi tal-proċedura ċivili fihom strumenti li jippermettu li azzjonijiet legali meħuda minn rikorrenti differenti jiġu ttrattati kollettivament, eż. is-sejħa ta’ terzi (Streitgenossenschaft) (ara l-Artikolu 59 et seq. ZPO). Skont l-Artikolu 59 ZPO, għadd ta’ persuni jistgħu jieħdu passi jew jittieħdu passi kontrihom b’mod konġunt jekk jifformaw entità ġuridika waħda fir-rigward tas-suġġett tat-tilwima jew jekk ikollhom dritt jew obbligu bbażat fuq l-istess bażi fattwali jew ġuridika.
Fl-2018, il-Ġermanja introduċiet ir-rikors għal sentenza dikjaratorja li tistabbilixxi preċedent (Musterfeststellungsklage) għal każijiet li fihom id-drittijiet ta’ numru kbir ta’ konsumaturi jkunu nkisru minħabba azzjoni ta’ impriża. Assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur ikkwalifikati b’mod speċjali jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jippreżentaw rikors għal sentenza dikjaratorja li tistabbilixxi preċedent li titlob deċiżjoni tal-qorti dwar kwistjonijiet importanti tal-fatt u tad-dritt li fuqhom ikunu bbażati t-talbiet tal-konsumaturi kollha. Rikors għal sentenza dikjaratorja li tistabbilixxi preċedent timblokka l-preskrizzjoni tat-talbiet individwali tal-konsumaturi mdaħħla fir-reġistru tar-rikorsi (għalhekk, il-konsumaturi jistgħu jistennew l-eżitu tar-rikors għal sentenza dikjaratorja li tistabbilixxi preċedent mingħajr ma jirriskjaw li jitilfu d-drittijiet). Il-konsumaturi jistgħu jippreżentaw it-talbiet tagħhom fir-reġistru tar-rikorsi mingħajr ħlas. Is-sentenza dikjaratorja (dwar il-kwistjonijiet ewlenin tal-fatt u tad-dritt) tkun vinkolanti kemm fuq l-impriża kif ukoll fuq il-konsumaturi mdaħħla fir-reġistru. Wara sentenza dikjaratorja favur il-konsumaturi, probabbilment impriża tkun lesta li tħallas kumpens b’mod volontarju. Jekk l-impriża ma tħallasx b’mod volontarju, il-konsumaturi mdaħħla fir-reġistru tar-rikorsi jistgħu jinfurzaw it-talbiet tagħhom fil-qorti jew barra l-qorti abbażi tas-sentenza dikjaratorja li tistabbilixxi preċedent.
Skont l-Att dwar ir-Reati Amministrattivi (Gesetz über Ordnungswidrigkeiten), jistgħu jiġu imposti multi sa EUR 10 miljun fuq impriżi jekk, pereżempju, membru tal-maniġment ta’ impriża jwettaq reat. Dan japplika wkoll għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju. Tista’ tiġi imposta multa ogħla jekk din isservi wkoll biex tpatti għall-vantaġġ ekonomiku li l-impriża tkun kisbet mir-reat.
Il-ftehim ta’ koalizzjoni tal-Gvern Ġermaniż għad-19-il perjodu leġiżlattiv jipprevedi riforma tal-liġi li tirregola l-pieni għall-impriżi. L-implimentazzjoni tinsab fl-istadju preparatorju.
Il-liġi Ġermaniża dwar ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali ma fiha l-ebda regola speċifika dwar il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, jekk ksur gravu tad-drittijiet tal-bniedem jikkawża ksur ta’ dritt individwali protett legalment, tista’ tidħol fis-seħħ ir-responsabbiltà ġenerali mhux kuntrattwali. Pereżempju, skont l-Artikolu 823(1) tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch), persuna li, intenzjonalment jew b’negliġenza, toħloq dannu għall-ħajja jew għall-persuna, għas-saħħa, għal-libertà, għall-proprjetà jew għal kwalunkwe dritt ieħor ta’ persuna oħra b’mod illegali, tkun responsabbli li tħallas id-danni. Meta d-dannu jkun ikkawżat għall-ħajja jew għall-persuna, għas-saħħa, għal-libertà, għall-proprjetà jew għal xi dritt ieħor, mhux il-persuna li kkawżat direttament id-dannu biss tkun responsabbli, iżda anki kull min ma jkunx ħa l-passi meħtieġa u raġonevoli sabiex jipprevjeni d-dannu lil partijiet terzi, jekk dik il-persuna tkun ħolqot sors ta’ riskju (Verkehrssicherungspflicht).
Barra minn hekk, fil-qasam tal-liġi dwar ir-responsabbiltà ambjentali privata, hemm reati ta’ responsabbiltà stretta speċjali għal meta jinkisru d-drittijiet legalment protetti tal-individwi, bħall-Artikolu 1 et seq. tal-Att dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (Umwelthaftungsgesetz), it-Taqsima 25 et seq. tal-Att dwar l-Enerġija Atomika (Atomgesetz), l-Artikolu 32 et seq. tal-Att dwar l-Inġinerija Ġenetika (Gentechnikgesetz) u l-Artikolu 89 tal-Att dwar il-Ġestjoni tal-Ilma (Wasserhaushaltsgesetz).
Mil-lat tal-liġi kriminali, il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem huwa kopert ukoll minn reati kriminali ġenerali. Forom serji ta’ sfruttament ta’ ħaddiema jsiru reati punibbli, pereżempju, permezz tal-Artikolu 233 tal-Kodiċi Kriminali (Strafgesetzbuch – StGB) (traffikar ta’ bnedmin għall-isfruttament ta’ ħaddiema).
Sabiex jinżammu kundizzjonijiet tal-għajxien deċenti, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet futuri, anki l-ambjent huwa protett mil-liġi kriminali. F’dan ir-rigward, id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali (l-Artikolu 324 et seq. StGB) jinkludu, bħala liġi kriminali primarja (Kernstrafrecht) fil-Ġermanja, il-protezzjoni komprensiva tal-ilma, tal-arja u tal-ħamrija bħala elementi essenzjali tal-ambjent. Din il-protezzjoni fundamentali hija ssupplimentata minn diversi dispożizzjonijiet tal-liġi kriminali sekondarja (Nebenstrafrecht) u tipprovdi wkoll protezzjoni għall-flora u għall-fawna. Fl-istess ħin, ir-rekwiżiti estensivi tad-dritt tal-UE jitqiesu sabiex ikunu konformi mal-ħarsien ambjentali bħala kompitu transfruntiera.
Kull min jikkunsidra li d-drittijiet tiegħu nkisru minħabba l-azzjonijiet ta’ impriża Ġermaniża jista’ jieħu azzjoni legali kontra dik l-impriża quddiem il-qrati ċivili Ġermaniżi. Il-qorti kompetenti hija fil-prinċipju l-qorti li fid-distrett ġudizzjarju tagħha l-impriża konvenuta jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha. L-uffiċċju reġistrat ta’ impriża huwa s-sede ddeterminata mill-istatuti tagħha, il-post fejn għandha l-kwartieri ġenerali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha. Il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi hija dderivata mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformolazzjoni tar-Regolament Brussell I). Aktar informazzjoni dwar dan ir-Regolament tinsab hawnhekk.
Jekk l-uffiċċju reġistrat tal-impriża konvenuta ma jkunx jinsab fl-Unjoni Ewropea jew fi Stat kontraenti tal-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar il-ġuriżdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali tat-30 ta’ Ottubru 2007, il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi tista’ tiġi dderivata mir-regoli tal-proċedura ċivili tal-Ġermanja, b’mod partikolari mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO). Pereżempju, skont l-Artikolu 32 ZPO, kawża tista’ tiġi ppreżentata quddiem qorti Ġermaniża jekk tal-anqas parti mid-delitt tkun twettqet fil-Ġermanja. Azzjoni titqies li twettqet kemm fil-post fejn tkun aġixxiet il-persuna li tikkawża d-dannu (Handlungsort) kif ukoll fil-post fejn ikun inkiser id-dritt protett legalment tal-persuna li ġġarrab id-dannu (Erfolgsort).
Dawn il-ġuriżdizzjonijiet japplikaw ukoll għal azzjonijiet legali meħuda minn ċittadini mhux tal-UE li mhumiex residenti fl-Unjoni Ewropea.
L-ordinament ġuridiku nazzjonali b’ġuriżdizzjoni għal talbiet li jirriżultaw minn delitt huwa ddeterminat mir-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (ir-Regolament Ruma II). Dan jistipula li, normalment, id-dritt applikabbli huwa d-dritt tal-pajjiż li fih iseħħ id-dannu, irrispettivament mill-pajjiż li fih seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew mill-pajjiżi fejn iseħħu l-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment (l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Ruma II). Aktar informazzjoni dwar id-dritt applikabbli tinsab hawnhekk.
Aktar informazzjoni tinsab hawnhekk.
Il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali tal-Ġermanja għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali (NCP) jaġixxi bħala korp ta’ lmenti ekstraġudizzjarju. Huwa bbażat fil-Ministeru Federali tal-Ekonomija u tal-Enerġija u għandu l-kompitu li jippromwovi l-għarfien u l-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida tal-OECD. Kull min jista’ juri b’mod plawżibbli interess leġittimu jista’ jippreżenta lment quddiem l-NCP dwar ksur possibbli tal-Linji Gwida tal-OECD minn intrapriża multinazzjonali. L-NCP jeżamina l-ilmenti li jaslu u, jekk jiġu aċċettati, joffri l-appoġġ tiegħu lill-partijiet involuti fil-kwistjoni fil-forma ta’ proċedura ta’ konċiljazzjoni jew ta’ medjazzjoni sabiex jgħinhom jilħqu ftehim dwar kwistjonijiet kontenzjużi. L-NCP huwa responsabbli, fost affarijiet oħra, għal ilmenti dwar nuqqas ta’ rispett tad-drittijiet tal-bniedem u kunsiderazzjoni insuffiċjenti tad-drittijiet tal-bniedem fl-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta tal-kumpaniji, kif iddefinit fil-Linji Gwida tal-OECD. Il-verżjoni riveduta tal-2011 tal-Linji Gwida tal-OECD, li tinkludi rakkomandazzjonijiet speċifiċi fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem mill-impriżi, hija bbażata b’mod espliċitu fuq il-Prinċipji ta’ Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
L-NCP jikkoordina l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet tiegħu b’konsultazzjoni mal-Kumitat Interministerjali (IMC) għal-Linji Gwida tal-OECD. F’dan l-IMC huma rrappreżentati Seba’ Ministeri Federali oħra. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Linji Gwida tal-OECD jipprovdi forum ieħor għall-iskambju. Il-membri tal-Grupp ta’ Ħidma jinkludu, minbarra r-rappreżentanti tal-Ministeri Federali kollha miġbura flimkien fl-IMC għal-Linji Gwida tal-OECD, ir-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju, tat-trade unions u tal-organizzazzjonijiet nongovernattivi.
Aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ lmenti quddiem l-NCP (inkluża informazzjoni dwar l-ilmenti li jaslu u l-azzjoni meħuda fuqhom) tinstab mis-sit web tal-NCP Ġermaniż, li jinsab hawnhekk.
Fil-“Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali 2016-2020 għan-Negozju u għad-Drittijiet tal-Bniedem” (NAP), il-Gvern Federali stipula l-aspettattiva li l-impriżi kollha jridu jintegraw b’mod xieraq il-proċessi tad-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem fl-attivitajiet kummerċjali tagħhom fil-Ġermanja u madwar id-dinja, jiġifieri barra mill-UE wkoll. Din l-aspettattiva mhijiex dispożizzjoni legali. L-NAP jiddefinixxi d-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-bażi ta’ ħames elementi ewlenin, li wieħed minnhom huwa t-twaqqif ta’ mekkaniżmu tal-ilmenti mill-impriżi.
F’dak il-kuntest, l-NAP jenfasizza r-rwol importanti li l-mekkaniżmi nongovernattivi tal-ilmenti jista’ jkollhom u jħeġġeġ lill-intrapriżi jipparteċipaw fit-tali mekkaniżmi jew jistabbiluhom. L-NAP jimponi numru ta’ rekwiżiti fuq it-twaqqif u l-funzjonament ta’ mekkaniżmi nongovernattivi tal-ilmenti. Pereżempju, jenħtieġ li l-mekkaniżmu tal-ilmenti jkun strutturat b’mod differenti skont il-grupp fil-mira. Fit-twaqqif ta’ mekkaniżmi ġodda u fl-użu ta’ dawk eżistenti, jenħtieġ li tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li dawn jiggarantixxu proċedura ġusta, bbilanċjata u prevedibbli li tkun aċċessibbli għal kull min jista’ jiġi affettwat. Jenħtieġ li l-proċedura tippermetti trasparenza kemm jista’ jkun vis-à-vis il-partijiet involuti u jenħtieġ li tkun konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. Għadd ta’ impriżi Ġermaniżi diġà stabbilew mekkaniżmi interni jew settorjali tal-ilmenti sabiex l-impjegati tagħhom u n-nies barra mill-impriża jkunu jistgħu jasserixxu li seħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Gvern Federali qed jiskrutinizza l-istatus tal-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem mill-impriżi permezz ta’ stħarriġ li jsir kull sena mill-2018 sal-2020 f’konformità mal-istandards xjentifiċi. Dan l-istħarriġ se jipprovdi sejbiet empiriċi dwar jekk l-intrapriżi b’aktar minn 500 impjegat ikunux stabbilew mekkaniżmi tal-ilmenti u jekk dawk il-mekkaniżmi jkunux qed jaqdu l-funzjoni tagħhom. Ir-riżultati tal-monitoraġġ tal-NAP huma importanti wkoll għad-diskussjoni tal-Gvern Federali dwar il-miżuri ta’ segwitu għall-NAP kurrenti. Jekk il-monitoraġġ tal-NAP juri li anqas minn 50% mill-impriżi kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-NAP fir-rigward tad-diliġenza dovuta tal-kumpaniji, il-Gvern Federali, skont l-NAP, jikkunsidra li jieħu aktar passi, inklużi miżuri leġiżlattivi. Il-ftehim ta’ koalizzjoni tal-Gvern Federali kurrenti jistipula wkoll li, skont l-eżitu ta’ rieżami komprensiv u effettiv tal-NAP, il-Gvern Federali jista’ jieħu azzjoni leġiżlattiva u jagħti l-appoġġ tiegħu għal regolamentazzjoni madwar l-UE kollha.
Il-membri tas-Sħubija tal-partijiet ikkonċernati differenti għat-Tessuti Sostenibbli jagħtu importanza kbira lill-iżgurar ta’ mekkaniżmi effettivi tal-ilmenti tul il-ktajjen globali tal-valur u tal-provvista. Għal din ir-raġuni, l-informazzjoni u l-eżempji tal-aħjar prattika minn diversi membri jiġu skambjati fi ħdan il-qafas tal-grupp ta’ esperti dwar il-mekkaniżmi tal-ilmenti. Barra minn hekk, is-Sħubija għat-tessuti daħlet f’kooperazzjoni mal-Fair Wear Foundation, li hija attiva fil-qasam tal-mekkaniżmi tal-ilmenti f’seba’ pajjiżi li jipproduċu t-tessuti.
Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp Ġermaniża bħalissa qed tappoġġa proġetti sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tat-tessuti fil-Bangladexx, fil-Myanmar u fil-Pakistan. L-attivitajiet taħt il-proġetti jinkludu wkoll l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji għal mekkaniżmi effettivi tal-ilmenti.
Bħala parti mill-approċċ għad-drittijiet tal-bniedem tal-Ministeru Federali tal-Kooperazzjoni u tal-Iżvilupp Ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet governattivi li jimplimentaw l-inizjattivi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Ġermanja introduċew mekkaniżmi tal-ilmenti: Deutsche Gesellschaft für Internationale Zusammenarbeit GmbH (GIZ), bħala impriża tal-istat, u KfW Entwicklungsbank bħala istituzzjoni tal-banek promozzjonali u tad-dritt pubbliku, ilhom jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti dwar id-drittijiet tal-bniedem mill-2013. Dawn ġew segwiti fl-2017 minn żewġ awtoritajiet federali superjuri: l-Istitut Federali għall-Ġeoxjenzi u għar-Riżorsi Naturali (Bundesanstalt für Geowissenschaften und Rohstoffe – BGR) u l-Istitut Nazzjonali tal-Metroloġija (Physikalisch-Technische Bundesanstalt – PTB).
Il-mekkaniżmi tal-ilmenti huma aċċessibbli għall-pubbliku u jittrattaw ukoll ilmenti relatati ma’ attivitajiet barra mill-Unjoni Ewropea. Fuq talba, GIZ, KfW, BGF u PTB jipprovdu lill-Ministeru b’informazzjoni dwar l-ilmenti rċevuti.
Deutsche Investitions- und Entwicklungsgesellschaft mbH (DEG), sussidjarja ta’ KfW, stabbiliet ukoll il-mekkaniżmu tal-ilmenti tagħha stess fl-2014.
Il-mekkaniżmi ekstraġudizzjarji għas-soluzzjoni tat-tilwim li ġejjin huma disponibbli fil-Ġermanja (għall-proċeduri quddiem il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għal-Linji Gwida tal-OECD għall-intrapriżi Multinazzjonali, ara l-Mistoqsija 4):
Aktar informazzjoni dwar il-possibbiltajiet għall-medjazzjoni tinsab hawnhekk.
Il-liġi Ġermaniża dwar il-proċedura ċivili fiha diversi mekkaniżmi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-qrati ċivili Ġermaniżi. Pereżempju, ir-rikorrenti jistgħu japplikaw għall-għajnuna legali jekk ma jaffordjawx li jħallsu l-ispejjeż tal-proċeduri (l-Artikolu 114 et seq. ZPO). Wara li jkunu ġew eżaminati ċ-ċirkostanzi personali u finanzjarji tar-rikorrent u l-prospetti ta’ suċċess tal-każ, l-ispejjeż tal-qorti u l-onorarji tal-avukati jkunu parzjalment jew kompletament skont il-ħtieġa tar-rikorrent, dment li l-azzjoni ma tkunx tidher vessatorja. Persuni fiżiċi barranin jistgħu jitolbu wkoll l-għajnuna legali għat-tressiq ta’ kawżi quddiem il-qrati fil-Ġermanja. Il-persuni ġuridiċi li għandhom uffiċċju reġistrat fl-UE – pereżempju l-assoċjazzjonijiet tal-vittmi – jistgħu jirċievu l-għajnuna legali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Ġermanja.
Id-Direttiva 2002/8/KE għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-ġustizzja f’tilwim transfruntiera billi tistabbilixxi regoli komuni minimi relatati mal-għajnuna legali għal tilwim bħal dan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
F’konformità mal-artikolu 8 tal-Liġi 4443/2016, «1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali fil-kuntest ta’ azzjoni amministrattiva, minbarra l-protezzjoni ġudizzjarja, il-partijiet li jkunu ġarrbu dannu jingħataw ukoll protezzjoni skont l-Artikoli 24 sa 27 tal-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva (il-
Liġi 2690/1999, Serje I, Nru 45). 2. It-terminazzjoni tar-relazzjoni li fil-kuntest tagħha twettaq il-ksur ma teskludix il-protezzjoni mill-ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali. 3. Entitajiet ġuridiċi, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet, inklużi sħab soċjali u trade unions, li għandhom l-għan – inter alia – li jiżguraw konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali irrispettivament mir-razza, mill-kulur, mill-oriġini nazzjonali jew etnika, mid-dixxendenza, mir-reliġjon jew minn twemmin ieħor, minn diżabilità jew mard kroniku, mill-età, mill-istatus tal-familja jew soċjali, mill-orjentazzjoni sesswali, mill-identità tal-ġeneru jew mill-karatteristiċi tal-ġeneru, jistgħu jirrappreżentaw lill-partijiet li jkunu ġarrbu dannu quddiem il-qrati u quddiem kwalunkwe awtorità jew korp amministrattivi, dment li l-parti kkonċernata tkun tat il-kunsens minn qabel permezz ta’ dokument notarili, fejn meħtieġ, jew permezz ta’ dokument privat, bl-awtentikazzjoni tal-firma mehmuża miegħu”.
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 11 intitolat “Pieni” tal-istess liġi, «1. Kull persuna li, meta tbigħ oġġetti jew tipprovdi servizzi, tikser il-projbizzjoni taħt din il-liġi ta’ diskriminazzjoni fuq il-bażi tar-razza, tal-kulur, tal-oriġini nazzjonali jew etnika, tad-dixxendenza, tar-reliġjon jew ta’ twemmin ieħor, ta’ diżabilità jew mard kroniku, tal-età, tal-istatus familjari jew soċjali, tal-orjentazzjoni sesswali, tal-identità tal-ġeneru jew ta’ karatteristiċi tal-ġeneru, teħel terminu ta’ priġunerija ta’ bejn sitt (6) xhur u tliet (3) snin u multa ta’ bejn elf (1 000) u ħamest elef (5 000) euro. Tixlija dwar l-atti msemmija f’dan il-paragrafu ssir ex officio. 2. Kwalunkwe diskriminazzjoni – bi ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Parti – ibbażata fuq ir-razza, il-kulur, l-oriġini nazzjonali jew etnika, id-dixxendenza, ir-reliġjon jew twemmin ieħor, id-diżabilità jew mard kroniku, l-età, l-istatus tal-familja jew soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew karatteristiċi tal-ġeneru, minn persuna li taġixxi bħala impjegatur fi kwalunkwe stadju tal-aċċess għax-xogħol u għall-impjieg, mad-dħul jew maċ-ċaħda tad-dħul f’relazzjoni ta’ impjieg, jew matul it-terminu, il-validità, il-progress jew it-terminazzjoni ta’ dan, tikkostitwixxi ksur tal-liġi industrijali, u f’dak il-każ l-Ispettorat tax-Xogħol tal-Greċja (SEPE) jimponi pieni amministrattivi skont l-Artikolu 24 tal-Liġi 3996/2011 (Serje I, Nru 170)”.
Fl-aħħar nett, fil-każ ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bbażat fuq ir-razza, il-kulur, l-oriġini nazzjonali jew etnika, id-dixxendenza, ir-reliġjon jew twemmin ieħor, id-diżabilità jew mard kroniku, l-età, l-istatus familjari jew soċjali, l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew karatteristiċi tal-ġeneru, il-parti opposta jew l-awtorità amministrattiva jkollha l-oneru tal-provi li turi lill-qorti li ma kien hemm l-ebda ċirkustanza li tikkostitwixxi ksur ta’ dan il-prinċipju. Il-parti li ġġarrab id-dannu hija protetta wkoll kontra t-tkeċċija jew it-trattament ħażin b’mod ġenerali b’reazzjoni għal ilment jew għal talba għal protezzjoni legali.
Fuq il-bażi tal-Artikolu 78(i) tal-Liġi 4052/2012 “kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi huma kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi dawk li jirriżultaw minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru jew diskriminazzjoni oħra, meta jkun hemm sproporzjon ċar meta mqabbel mat-termini tal-impjieg ta’ ħaddiema impjegati legalment, u li, pereżempju, jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, u li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem.” F’konformità mal-Artikolu 89(3), “fil-każ ta’ impjieg illegali ta’ minorenni mhux akkumpanjat li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika kompetenti jieħu l-passi meħtieġa kollha sabiex jiddetermina l-identità u n-nazzjonalità tal-minorenni, u sabiex jistabbilixxi jekk dan huwiex akkumpanjat. Dan jagħmel kull sforz possibbli sabiex isib fil-pront il-familja tiegħu u jieħu minnufih il-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura r-rappreżentazzjoni legali tiegħu u, jekk meħtieġ, ir-rappreżentazzjoni tiegħu fi proċeduri kriminali. Il-prosekutur pubbliku kompetenti għall-minorenni jew, meta dan ma jkunx jeżisti, il-prosekutur pubbliku kompetenti fil-Qorti tal-Prim’Istanza jista’ – jekk il-familja tal-minorenni ma tinstabx jew jekk il-prosekutur pubbliku jsib li fiċ-ċirkustanzi kurrenti r-ripatrijazzjoni ma tkunx fl-interessi tal-minorenni – jordna li tittieħed kull miżura xierqa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-minorenni sakemm tittieħed deċiżjoni mill-qorti, li l-prosekutur pubbliku jeħtieġlu jippreżenta talba għaliha fi żmien tletin jum, dwar il-ħatra ta’ tutur, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1532, 1534 u 1592 tal-Kodiċi Ċivili. 4. Dawn il-persuni jingħataw kundizzjonijiet tal-għajxien xierqa jekk ma jkollhomx riżorsi adegwati u jekk dan jitqies neċessarju mill-prosekutur pubbliku kompetenti fil-Qorti tal-Prim’Istanza. 5. Is-servizzi kompetenti tal-prosekuzzjoni pubblika, l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-pulizija għandhom ir-responsabbiltà, bħala kwistjoni ta’ prijorità, li jipproteġu u jissalvagwardjaw lill-vittmi msemmija hawn fuq, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti, li jipprovdu servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni lil dawn il-persuni jekk ma jitkellmux bil-Grieg, sabiex jinformawhom dwar id-drittijiet legali tagħhom u dwar is-servizzi disponibbli għalihom, u dwar kwalunkwe għajnuna legali meħtieġa disponibbli għalihom”.
Din il-possibbiltà mhijiex disponibbli.
Din il-possibbiltà mhijiex disponibbli.
Il-Greċja ma timponix obbligi fuq korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej sabiex jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti jew servizzi ta’ medjazzjoni għal ksur li jirriżulta mill-attivitajiet kummerċjali tagħhom.
Fuq il-bażi tal-Artikolu 78(i) tal-Liġi 4052/2012 “kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi huma kundizzjonijiet tax-xogħol, inklużi dawk li jirriżultaw minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru jew diskriminazzjoni oħra, meta jkun hemm sproporzjon ċar meta mqabbel mat-termini tal-impjieg ta’ ħaddiema impjegati legalment, u li, pereżempju, jaffettwaw is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, u li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem.” F’konformità mal-Artikolu 89(3), “fil-każ ta’ impjieg illegali ta’ minorenni mhux akkumpanjat li jkun ċittadin ta’ pajjiż terz, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika kompetenti jieħu l-passi meħtieġa kollha sabiex jiddetermina l-identità u n-nazzjonalità tal-minorenni, u sabiex jistabbilixxi jekk dan huwiex akkumpanjat. Dan jagħmel kull sforz possibbli sabiex isib fil-pront il-familja tiegħu u jieħu minnufih il-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura r-rappreżentazzjoni legali tiegħu u, jekk meħtieġ, ir-rappreżentazzjoni tiegħu fi proċeduri kriminali. Il-prosekutur pubbliku kompetenti għall-minorenni jew, meta dan ma jkunx jeżisti, il-prosekutur pubbliku kompetenti fil-Qorti tal-Prim’Istanza jista’ – jekk il-familja tal-minorenni ma tinstabx jew jekk il-prosekutur pubbliku jsib li fiċ-ċirkustanzi kurrenti r-ripatrijazzjoni ma tkunx fl-interessi tal-minorenni – jordna li tittieħed kull miżura xierqa sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-minorenni sakemm tittieħed deċiżjoni mill-qorti, li l-prosekutur pubbliku jeħtieġlu jippreżenta talba għaliha fi żmien tletin jum, dwar il-ħatra ta’ tutur, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1532, 1534 u 1592 tal-Kodiċi Ċivili. 4. Dawn il-persuni jingħataw kundizzjonijiet tal-għajxien xierqa jekk ma jkollhomx riżorsi adegwati u jekk dan jitqies neċessarju mill-prosekutur pubbliku kompetenti tal-Prim’Istanza. 5. Is-servizzi kompetenti tal-prosekuzzjoni pubblika, l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-pulizija għandhom ir-responsabbiltà, bħala kwistjoni ta’ prijorità, li jipproteġu u jissalvagwardjaw lill-vittmi msemmija hawn fuq, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti, li jipprovdu servizzi ta’ traduzzjoni u ta’ interpretazzjoni lil dawn il-persuni jekk ma jitkellmux bil-Grieg, sabiex jinformawhom dwar id-drittijiet legali tagħhom u dwar is-servizzi disponibbli għalihom, u dwar kwalunkwe għajnuna legali meħtieġa disponibbli għalihom”.
Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 3226/2004 jippermettu li titqiegħed għad-dispożizzjoni għajnuna legali għal ċittadini b’introjtu baxx tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat b’introjtu baxx jekk ikunu legalment domiċiljati jew abitwalment residenti fl-UE. L-għajnuna legali ma tistax tiġi pprovduta lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat jekk ma jkunux legalment domiċiljati jew abitwalment residenti fl-UE.
L-għoti tal-għajnuna legali jfisser eżenzjoni mill-obbligu li jitħallsu parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha għall-proċeduri u, jekk tintalab speċifikament, mill-ħatra ta’ avukat, ta’ nutar u ta’ marixxall, permezz ta’ ordnijiet sabiex jiddefendu lill-benefiċjarju, jirrappreżentawh fil-qorti u jipprovdulu l-assistenza meħtieġa sabiex jitwettqu l-azzjonijiet meħtieġa.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fi Spanja, l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem huwa disponibbli quddiem qrati ċivili, kriminali, amministrattivi u industrijali.
Il-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil) tistabbilixxi l-obbligu li jiġu pprovduti ċerti intitolamenti; drittijiet u ċirkustanzi legali; miżuri kawtelatorji, u kull tip ieħor ta’ protezzjoni espressament previst mil-liġi li jista’ jaffettwa dan it-tip ta’ abbuż.
Il-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali (Ley de Enjuiciamiento Criminal) tistabbilixxi l-mekkaniżmi u r-rimedji ġudizzjarji li jistgħu jintużaw matul il-proċeduri kriminali. Il-Kodiċi Kriminali (Código Penal) jipprevedi speċifikament ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi (l-Artikolu 31 bis et seq.) u jistabbilixxi diversi reati li jistgħu jinvolvu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju, bħal reati kontra d-drittijiet tal-ħaddiema jew kontra s-saħħa pubblika, reati ambjentali, il-finanzjament tat-terroriżmu, u l-bqija.
Fir-rigward tal-miżuri amministrattivi, il-Liġi 39/2015 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar il-proċedura amministrattiva komuni applikabbli għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-Liġi 40/2015 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar l-ordinament ġuridiku applikabbli għas-settur pubbliku tistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-proċeduri dixxiplinari u r-responsabbiltà Statali tal-korpi tal-gvern. Dawn ir-regoli huma implimentati b’liġijiet speċifiċi dwar abbużi relatati man-negozju (pereżempju, il-Liġi 26/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-responsabbiltà ambjentali). Ir-rimedji stabbiliti fil-Liġi 29/1998 tat-13 ta’ Lulju 1998 dwar l-istħarriġ ġudizzjarju amministrattiv japplikaw fil-proċeduri ġudizzjarji.
Fil-qasam industrijali, il-Liġi 36/2011 tal-10 ta’ Ottubru 2011 li tirregola l-qrati industrijali tistabbilixxi l-proċedura ġudizzjarja applikabbli għall-każijiet meta ħaddiem jew trade union jallegaw ksur tad-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt tal-istrajkjar jew drittijiet fundamentali u libertajiet pubbliċi oħrajn, inkluża l-projbizzjoni ta’ trattament diskriminatorju u ta’ fastidju.
Il-liġi proċedurali Spanjola tistabbilixxi l-mezzi ta’ rimedju disponibbli sabiex jinkiseb kumpens f’każijiet li fihom l-azzjonijiet ta’ korporazzjoni jkunu wasslu għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem. L-Artikolu 116 tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali u l-Artikolu 116 tal-Kodiċi Kriminali jistipulaw li persuna kriminalment responsabbli għal reat tkun responsabbli wkoll ċivilment għar-reat jekk dan tal-aħħar jirriżulta f’dannu jew f’korriment. Fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, ir-responsabbiltà kriminali tagħhom tinvolvi r-responsabbiltà ċivili skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti, in solidum mal-persuni fiżiċi kkundannati għall-istess reati.
Iva, il-Kodiċi Kriminali Spanjol jistabbilixxi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jikkostitwixxi reati kriminali.
Fil-qasam tal-ambjent, il-Kodiċi Kriminali għandu taqsima dwar “reati relatati mal-użu tal-art u l-ippjanar urban, il-protezzjoni tal-wirt storiku u l-ambjent”. It-taqsima tikkriminalizza diversi tipi ta’ kondotta: il-kostruzzjoni f’żoni ħodor jew f’żoni ta’ interess ekoloġiku (l-Artikolu 319), l-emissjoni u t-trasport ta’ skart, ir-rimi, l-istorbju, l-estrazzjoni jew it-tqattigħ fil-barrieri u l-bqija li jistgħu jikkawżaw ħsara sostanzjali fil-kwalità tal-arja, tal-ħamrija jew tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti (l-Artikoli 325 et seq.). Dawn l-atti huma punibbli b’sentenzi ta’ priġunerija, b’multi jew b’esklużjoni minn ċerti professjonijiet jew karigi pubbliċi. Il-Kodiċi Kriminali jagħti wkoll lill-imħallfin u lill-qrati s-setgħa li jordnaw l-adozzjoni, a spejjeż tal-awtur, tal-miżuri meħtieġa għar-restawr tal-bilanċ ekoloġiku ddisturbat mill-att, flimkien ma’ kwalunkwe miżura kawtelatorja oħra meħtieġa għall-protezzjoni tal-assi ssalvagwardjati mit-taqsima msemmija hawn fuq (l-Artikolu 339).
Ir-reati kontra l-ħaddiema huma rregolati bit-Titolu XV tal-Ktieb II tal-Kodiċi Kriminali (l-Artikoli 311 sa 318 tal-Kodiċi Kriminali). Dawn li ġejjin huma punibbli b’multi jew b’sentenzi ta’ priġunerija: l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol jew ta’ forom ta’ affiljazzjoni tas-Sigurtà Soċjali li jagħmlu l-ħsara, jirtiraw jew jillimitaw id-drittijiet tal-ħaddiema kif rikonoxxuti f’dispożizzjonijiet legali, fi ftehimiet kollettivi jew f’kuntratti individwali (l-Artikolu 311); l-impjieg simultanju ta’ diversi ħaddiema mingħajr ir-reġistrazzjoni tagħhom fl-iskema tas-Sigurtà Soċjali xierqa, jew mingħajr il-kisba tal-permess tax-xogħol rilevanti (l-Artikolu 311), jew l-impjieg ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ tfal mingħajr permess tax-xogħol (l-Artikolu 311 bis); it-traffikar illegali ta’ ħaddiema, jew ir-reklutaġġ permezz ta’ qerq jew b’intenzjonijiet ta’ ingann (l-Artikolu 312); qerq, is-simulazzjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg sabiex persuna titħeġġeġ temigra (l-Artikolu 313); diskriminazzjoni serja f’impjieg pubbliku jew privat kontra kwalunkwe persuna bbażata fuq l-ideoloġija, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-etniċità, ir-razza jew in-nazzjon ta’ oriġini, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali, iċ-ċirkustanzi tal-familja, il-mard jew id-diżabbiltà tagħha, l-istatus tagħha bħala rappreżentant legali jew uffiċjal ta’ trade union, ir-relazzjonijiet tagħha ma’ ħaddiema oħra fil-kumpanija, jew l-użu minnha ta’ kwalunkwe lingwa uffiċjali fl-istat Spanjol (l-Artikolu 314); restrizzjoni tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u tad-dritt tal-istrajkjar (l-Artikolu 315); ksur tal-istandards ta’ prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol, b’mod li jipperikola l-ħajja, is-saħħa jew l-integrità fiżika tal-ħaddiema (l-Artikolu 316).
Jekk ir-reat jitwettaq minn persuna ġuridika, il-piena tapplika għad-diretturi jew għall-persuni responsabbli mis-servizz kif ukoll għal dawk il-persuni li kellhom għarfien dwar ir-reat u setgħu ħadu azzjoni ta’ rimedju iżda naqsu milli jagħmlu dan.
Il-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-ġudikatura fiha regoli li jiddeterminaw ir-rabta meħtieġa bejn att partikolari u Spanja sabiex jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni tal-qrati Spanjoli.
F’materji ċivili u kummerċjali, din il-liġi tistipula li l-qrati Spanjoli huma kompetenti sabiex jisimgħu t-talbiet kollha magħmula fit-territorju Spanjol f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-trattati u tal-konvenzjonijiet internazzjonali li Spanja hija parti fihom, mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea u mal-liġi Spanjola (l-Artikolu 21). Meta l-attur ma jkunx jgħix Spanja, il-qrati Spanjoli għandhom ġuriżdizzjoni fil-każijiet li ġejjin (l-Artikolu 22 quinquies):
Fil-liġi kriminali, il-qrati jistgħu jisimgħu każijiet dwar reati u delitti mwettqa fit-territorju Spanjol jew abbord bastimenti jew inġenji tal-ajru Spanjoli, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-trattati internazzjonali li Spanja hija parti fihom. Il-qrati Spanjoli għandhom ukoll ġuriżdizzjoni fuq reati mwettqa barra mit-territorju nazzjonali meta dawk miżmuma kriminalment responsabbli jkunu ċittadini Spanjoli jew ta’ pajjiżi terzi li kisbu n-nazzjonalità Spanjola wara li wettqu r-reat, soġġetti għal ċerti rekwiżiti (l-Artikolu 23).
Fi kwistjonijiet relatati max-xogħol, il-qrati Spanjoli għandhom ġuriżdizzjoni fil-każijiet li ġejjin (l-Artikolu 25):
1.º Fl-isfera tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratti ta’ impjieg, meta s-servizzi jkunu ġew ipprovduti fi Spanja jew il-kuntratt ikun ġie ffirmat fit-territorju Spanjol; meta r-rikorrent ikun domiċiljat fi Spanja jew ikollu aġenzija, fergħa, delegazzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta’ rappreżentanza fi Spanja; meta l-ħaddiem u l-impjegatur ikunu ċittadini Spanjoli, irrispettivament minn fejn ikunu ġew ipprovduti s-servizzi jew ġie ffirmat il-kuntratt; fil-każ ta’ kuntratti għall-impjieg abbord bastimenti meta l-kuntratt ikun idderivat minn offerta rċevuta fi Spanja minn ħaddiem Spanjol.
2.º Fl-isfera tar-rieżami tal-konformità mal-liġi tal-ftehimiet kollettivi ta’ xogħol iffirmati fi Spanja u tat-talbiet li jirriżultaw minn tilwimiet dwar ftehimiet kollettivi ta’ xogħol li jseħħu fit-territorju Spanjol.
3.º F’talbiet dwar is-sigurtà soċjali magħmula kontra entitajiet Spanjoli jew entitajiet li għandhom l-indirizz reġistrat, l-aġenzija, id-delegazzjoni jew kwalunkwe rappreżentazzjoni oħra tagħhom fi Spanja.
Fi Spanja, l-Ombudsman (Defensor del Pueblo) huwa l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tal-Parlament Spanjol (Alto Comisionado de las Cortes Generales), responsabbli għad-difiża tad-drittijiet fundamentali u tal-libertajiet pubbliċi taċ-ċittadini billi jissorvelja l-attività tal-korpi governattivi Spanjoli.
Kull ċittadin jista’ jitlob lill-Ombudsman jieħu azzjoni (mingħajr ħlas) sabiex jinvestiga kwalunkwe att irregolari allegat minn korpi governattivi Spanjoli jew minn aġenti tagħhom. L-Ombudsman jista’ jintervjeni wkoll fuq inizjattiva tiegħu stess f’każijiet li jsir jaf bihom anke jekk ma jkunx sar ilment. Madankollu, is-setgħat tiegħu ma jestendux għall-attività ta’ korporazzjonijiet multinazzjonali barra l-Unjoni Ewropea.
L-Ombudsman jirrapporta lill-Parlament Spanjol permezz ta’ rapport annwali, u jista’ jippubblika wkoll rapporti ddedikati dwar kwistjonijiet li huwa jikkunsidra bħala serji, urġenti, jew li jistħoqqilhom attenzjoni speċjali.
Aktar informazzjoni dwar dan tinstab hawnhekk.
L-ispezzjoni tax-xogħol fi Spanja hija r-responsabbiltà tal-Ispettorat tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali (Inspección de Trabajo y Seguridad Social), li jaqa’ taħt il-Ministeru tax-Xogħol, tal-Migrazzjoni u tas-Sigurtà Soċjali (Ministerio de Trabajo, Migraciones y Seguridad Social). Is-setgħat amministrattivi vestiti lill-Ispettorat tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali jippermettulu jimmonitorja l-konformità mar-regolamenti tax-xogħol u jimponi r-responsabbiltajiet rilevanti, jipprovdi pariri, u jinvolvi ruħu f’konċiljazzjoni, f’medjazzjoni u f’arbitraġġ fi kwistjonijiet tax-xogħol meta jkun xieraq.
Kull min isir jaf b’atti li jistgħu jikkostitwixxu ksur fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-ispettorat tax-xogħol (kwistjonijiet relatati max-xogħol, mas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, mas-sigurtà soċjali, mal-impjiegi, u l-bqija) jista’ jitlob is-servizzi tiegħu. L-ilmenti jistgħu jsiru personalment (fl-ispettorati provinċjali tax-Xogħol u tas-Sigurtà Soċjali); elettronikament, permezz tas-sit web tal-Ministeru tax-Xogħol, tal-Migrazzjoni u tas-Sigurtà Soċjali; jew bil-posta.
Aktar informazzjoni hawnhekk.
L-ispezzjonijiet ambjentali huma r-responsabbiltà tal-gvernijiet reġjonali ta’ Spanja, li jieħdu azzjoni meta meħtieġa biex jippenalizzaw imġiba li tikkostitwixxi ksur f’din l-isfera. Il-Liġi 26/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar ir-responsabbiltà ambjentali tistabbilixxi obbligu min-naħa tal-operaturi involuti f’attivitajiet ekonomiċi biex jirrimedjaw kwalunkwe ħsara kkawżata lill-ambjent. F’każijiet meta tali attività tikkostitwixxi reat, tapplika l-liġi kriminali msemmija fit-Tweġiba 2. F’każijiet bħal dawn, japplikaw ukoll ir-regoli stabbiliti hawn fuq dwar il-kumpens u t-talbiet għal responsabbiltà ċivili.
Dan it-tip ta’ tilwim ma jistax jiġi solvut mis-sistema Spanjola ta’ medjazzjoni ċivili u kummerċjali deskritta fil-Liġi 5/2012 tas-6 ta’ Lulju 2012 dwar il-medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, peress li dak ir-regolament jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu t-tilwimiet li jinvolvu drittijiet mingħajr possibbiltà ta’ disponiment (l-Artikolu 2).
Id-Deċiżjoni tal-1 ta’ Settembru 2017 tas-Segretarjat tal-Istat għall-Affarijiet Barranin dwar il-pubblikazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (ippubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat fl-14 ta’ Settembru 2017) hija rilevanti f’dan ir-rigward. Il-Pjan jiddiskuti l-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri effettivi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja tan-negozju u li jiġu rregolati mekkaniżmi ġudizzjarji, ekstraġudizzjarji u amministrattivi sabiex jiġi pprovdut rimedju meta jinkisru dawn id-drittijiet.
L-Artikolu 119 tal-Kostituzzjoni Spanjola jirrikonoxxi d-dritt għal għajnuna legali meta jkun previst mil-liġi u fil-każijiet kollha li fihom pretendent jista’ juri bil-provi li ma jkollux biżżejjed riżorsi sabiex jieħu azzjoni legali. Dan id-dritt kostituzzjonali huwa implimentat fil-Liġi 1/1996 tal-10 ta’ Jannar 1996 dwar l-għajnuna legali mingħajr ħlas. Il-vittmi ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-kumpaniji jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna legali dment li r-riżorsi finanzjarji tagħhom ma jaqbżux il-limitu stabbilit fil-Liġi 1/1996. Dan il-limitu żdied wara l-emenda tal-Liġi 1/1996 fl-2015. Dan iqis ukoll ċerti ċirkustanzi personali tal-applikant, bħar-responsabbiltajiet tal-familja, bl-għan li jiżdied in-numru potenzjali ta’ benefiċjarji tal-għajnuna legali. L-għajnuna pprovduta tinkludi d-difiża legali minn rappreżentanti legali professjonali, l-assistenza legali, u informazzjoni minn kwalunkwe riżorsa ekstraġudizzjarja disponibbli.
Il-Liġi 1/1996 tirregola wkoll l-għoti ta’ għajnuna legali mingħajr ħlas fi proċeduri legali transfruntiera. Persuni fiżiċi li huma ċittadini tal-Unjoni Ewropea jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru tal-UE jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna.
Din tingħata biss f’tilwimiet ċivili jew kummerċjali, u fi proċedimenti ekstraġudizzjarji f’tilwimiet ċivili jew kummerċjali fejn il-liġi tobbliga lill-partijiet sabiex jagħtu bidu għall-proċeduri jew lill-qorti inkwistjoni sabiex tagħżel li tibda dawk il-proċeduri.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jfittxu protezzjoni ġudizzjarja:
L-Artikolu 1 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 96/08, 84/08, 123/08, 57/11, 25/13, 89/14, u 70/19) jipprovdi għal dak l-Att biex jirregola r-regoli proċedurali li taħthom il-qrati jisimgħu u jiddeliberaw fi proċedimenti li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi fundamentali tal-bniedem u taċ-ċittadini, ir-relazzjonijiet personali u familjari taċ-ċittadini, kif ukoll proċeduri tax-xogħol, kummerċjali, tal-proprjetà u oħrajn tad-dritt ċivili, sakemm ma jiddeliberax dwar xi wħud minn dawn skont ir-regoli ta’ xi proċedura oħra ma tkunx stabbilita bil-liġi. Barra minn hekk, l-Artikolu 185 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili jipprovdi għal proċedimenti ċivili li għandhom jinbdew billi tiġi ppreżentata azzjoni.
Fil-proċeduri relatati mal-impjieg, partikolarment meta jiġu ffissati l-limiti ta’ żmien u jiġu ppjanati s-seduti, il-qorti dejjem tagħti attenzjoni speċjali lill-ħtieġa li tilwimiet dwar l-impjiegi jiġu solvuti b’mod urġenti.
L-Artikolu 43 tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali (Zakon o kaznenom postupku, NN Nri 152/08, 76/09, 80/11, 121/11, 91/12, 143/12, 56/13, 145/13, 152/14, 70/17, u 126/19) jipprovdi katalgu ġenerali tad-drittijiet tal-vittmi kollha tal-kriminalità (id-dritt għal servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi tal-kriminalità, id-dritt għal assistenza psikoloġika effettiva u assistenza oħra esperta u appoġġ tal-awtoritajiet, organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet li jipprovdu għajnuna lill-vittmi tal-kriminalità skont il-liġi, id-dritt għall-protezzjoni mill-intimidazzjoni u r-ritaljazzjoni, id-dritt għall-protezzjoni tad-dinjità tal-vittma waqt li tkun intervistata bħala xhud, id-dritt li tinstema’ mingħajr dewmien żejjed wara li tressaq ilment kriminali, u d-dritt għal kwalunkwe smigħ ieħor biss sal-punt meħtieġ għal proċeduri kriminali, id-dritt li tkun akkumpanjat minn persuna ta’ fiduċja waqt azzjonijiet li fihom il-vittma hija parteċipant, id-dritt li l-proċeduri mediċi jinżammu minimi u li jitwettqu biss fejn ikun strettament meħtieġ għall-proċeduri kriminali, id-dritt li persuna tippreżenta mozzjoni għall-prosekuzzjoni u azzjoni privata skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali (Kazneni zakon), id-dritt li tipparteċipa fi proċedimenti kriminali bħala parti leża, id-dritt li tkun infurmat biċ-ċaħda tal-ilment kriminali u tal-fatt li l-prosekutur pubbliku (državni odvjetnik) ma kompliex il-prosekuzzjoni kriminali, u d-dritt li persuna tieħu f’idejha l-prosekuzzjoni kriminali mill-prosekutur pubbliku, id-dritt li tkun notifikat mill-prosekutur pubbliku dwar kwalunkwe azzjoni meħuda minħabba l-ilment kriminali tal-vittma u li tippreżenta kwerela lil prosekutur pubbliku ogħla, id-dritt li tkun notifikat, fuq talba u mingħajr dewmien żejjed, dwar is-sospensjoni tal-kustodja jew detenzjoni ta’ qabel il-proċess u dwar il-ħarba tal-imputat, u tal-ħelsien tal-ħati milli jiskonta sentenza ta’ ħabs, kif ukoll dwar kwalunkwe miżura meħuda biex tipproteġi lill-vittma, id-dritt li tkun infurmat, fuq talba, dwar kwalunkwe deċiżjoni finali li ttemm il-proċeduri kriminali u drittijiet oħra stabbiliti mil-liġi).
L-Artikolu 44 tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali jistabbilixxi drittijiet speċjali tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin (li jistgħu jitwettqu bl-iskop li jisfruttaw ix-xogħol ta’ xi ħadd permezz ta’ xogħol imġiegħel jew servitù) li, flimkien mad-drittijiet previsti fl-Artikolu 43 tal-Att , huma intitolati wkoll għal konsultazzjoni bla ħlas qabel ma jiġu intervistati u għal rappreżentant bla ħlas għas-spejjeż tal-istat; li jiġu interrogati fl-uffiċċju tal-pulizija jew tal-prosekutur pubbliku (državno odvjetništvo) minn persuna tal-istess sess, u, jekk possibbli, minn dik l-istess persuna jekk l-intervista tkun ripetuta; li ma jirrispondux mistoqsijiet li mhumiex relatati mar-reat u li jikkonċernaw il-ħajja privata tal-vittma; li jitolbu li jkunu intervistati b'mezzi awdjoviżivi; għall-protezzjoni tad-data personali; u li jitolbu l-esklużjoni tal-pubbliku mill-proċeduri.
L-Artikolu 43a [tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali] u r-Regoli dwar il-metodi ta’ valutazzjoni individwali tal-vittma (Pravilnik o načinu provedbe pojedinačne procjene žrtve, NN Nru 106/17, minn hawn 'il quddiem: ir-Regoli) jistabbilixxu l-proċedura ta' valutazzjoni individwali tal-vittma biex jiddeterminaw il-ħtieġa ta’ miżuri protettivi speċjali fir-rigward tal-vittma ta' reat, u jekk jinstab li hemm ħtieġa bħal din, biex jiddeterminaw liema miżuri protettivi speċjali (inklużi miżuri protettivi proċedurali, bħal metodi ta’ interrogazzjoni speċjali, l-użu ta' teknoloġiji ta’ komunikazzjoni li jevitaw il-kuntatt viżwali mal-awtur tar-reat, l-esklużjoni tal-pubbliku mill-proċeduri, l-interrogazzjoni minn persuna tal-istess sess u, jekk possibbli, minn dik l-istess persuna jekk l-intervista tkun ripetuta, l-akkumpanjament minn persuna fdata, protezzjoni tad-data personali) għandhom jiġu applikati, biex jiffaċilitaw konsultazzjoni bla ħlas bi spejjeż tal-istat, u miżuri oħra previsti taħt il-liġi). Il-fatt li reati serji jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, inter alia, it-traffikar tal-bnedmin u l-kriminalità organizzata, huwa kkunsidrat, u għalhekk jinkludu reati ambjentali jekk dawn jitwettqu bħala parti minn assoċjazzjoni kriminali.
Il-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi fir-Repubblika tal-Kroazja hija ggarantita mil-leġiżlazzjoni dwar il-ġustizzja kriminali, kif ukoll mill-Kostituzzjoni Kroata (Ustav Republike Hrvatske), u l-osservanza tagħhom hija ggarantita mill-qrati nazzjonali. Ladarba r-rimedji legali kollha disponibbli fil-livell nazzjonali jkunu ġew eżawriti, il-vittmi jistgħu jibdew proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu bħala l-aħħar għażla jekk jemmnu li wieħed mid-drittijiet fundamentali tagħhom iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ġie miksur fil-livell nazzjonali.
Skont l-Artikolu 27 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili, il-qrati Kroati għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu f'tilwim b'dimensjonijiet internazzjonali meta ġurisdizzjoni bħal din tkun stabbilita espliċitament mil-liġi jew minn trattat internazzjonali.
Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, l-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (Zakon o međunarodnom privatnom pravu, NN Nru 101/17) jipprovdi espressament għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (minn hawn 'il quddiem: ir-Regolament Brussell I) fl-ambitu tiegħu u jestendi l-applikazzjoni tiegħu għal sitwazzjonijiet li jikkonċernaw pajjiżi terzi.
Skont ir-regola bażika dwar il-ġurisdizzjoni tar-Regolament Brussell I inkluża fl-Artikolu 4, persuni domiċiljati fi Stat Membru, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, għandhom jiġu mfittxija fil-qrati tad-domiċilju tagħhom. L-Artikolu 63 jipprovdi li d-domiċilju ta’ persuni ġuridiċi huwa s-sede statutorja tagħhom, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju.
Sitwazzjonijiet li fihom konvenut jista’ jiġi mfittex fi Stat Membru għajr dak li fih ikun domiċiljat huma stabbiliti fl-Artikoli 7-9 (ġurisdizzjoni speċjali). Għalhekk, il-ġurisdizzjoni f'relazzjonijiet mhux kuntrattwali hija rregolata mill-Artikolu 7(2), li jiddetermina li persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mfittxija fi Stat Membru ieħor fi kwistjonijiet relatati ma' delitt jew kważi delitt, fil-qrati tal-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ avveniment dannuż.
Barra minn hekk, l-Artikolu 58 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat jipprovdi għall-ġurisdizzjoni meħtieġa kif ġej: Jekk l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dak l-Att jew liġijiet Kroati oħra jew trattati internazzjonali fis-seħħ fil-Kroazja ma tagħtix ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ konvenut domiċiljat fi Stat Membru mhux tal-UE, u jekk il-proċedimenti ma jkunux jistgħu jew ma jistgħux raġonevolment ikunu mistennija li jitmexxew barra mill-pajjiż, il-qrati Kroati għandhom ġurisdizzjoni meta l-mertu tal-proċedimenti jkollu konnessjoni suffiċjenti mal-Kroazja b'hekk li jkun xieraq li l-proċeduri jitmexxew fil-Kroazja.
Taħt l-Att dwar l-Ombudsman (Zakon o pučkom pravobranitelju), l-ombudsman Kroat huwa responsabbli biex jikkunsidra biss l-ilmenti dwar vjolazzjonijiet eżistenti ta’ liġijiet u irregolaritajiet fil-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali, unitajiet ta’ awtogovernanza lokali u reġjonali u persuni ġuridiċi b’awtorità pubblika, li konsegwentement ifisser li investigazzjoni ta’ lmenti relatati ma' ksur ta’ liġijiet fis-settur privat mhix permessa. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 20, kull min jemmen li d-drittijiet u l-libertajiet kostituzzjonali jew legali tagħhom huma mhedda jew miksura bħala riżultat ta’ kondotta illegali jew irregolari minn dawn l-awtoritajiet jista’ jressaq azzjoni quddiem qorti kompetenti. Konsegwentement, persuna li tixtieq tippreżenta lment lill-Uffiċċju ta' l-Ombudsman (Ured pučkog pravobranitelja) m'għandhiex għalfejn tkun ċittadin tal-UE, iżda prekundizzjoni biex l-Ombudsman jindirizza l-ilment hija li waħda (jew aktar) mill-awtoritajiet wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, billi l-Uffiċċju tal-Ombudsman fil-Kroazja ħafna drabi jirċievi lmenti relatati mas-settur privat, l-esperjenzi u l-ilmenti taċ-ċittadini jintużaw kemm f'rapporti annwali kif ukoll permezz ta’ parteċipazzjoni fi proċedimenti legali biex jippromwovu miżuri speċifiċi, li mingħajrhom ma jkunx possibbli li jinkiseb livell ogħla ta’ infurzar tal-liġi u protezzjoni taċ-ċittadin.
Min-naħa l-oħra, l-Att Kontra d-Diskriminazzjoni (Zakon o suzbijanju diskriminacije) huwa applikabbli għall-imġiba tal-awtoritajiet nazzjonali kollha, tal-unitajiet awtogovernattivi lokali u reġjonali, ta’ persuni ġuridiċi b'awtorità pubblika, u għall-imġiba tal-persuni ġuridiċi u fiżiċi kollha, speċjalment fl-oqsma tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għal impjieg indipendenti u attivitajiet dipendenti, inklużi l-kriterji tal-għażla, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-reklutaġġ u l-promozzjoni; aċċess għat-tipi kollha ta’ gwida vokazzjonali, taħriġ professjonali, u taħriġ mill-ġdid; edukazzjoni, xjenza u sport; is-sigurtà soċjali, inklużi l-benesseri soċjali; pensjoni u assigurazzjoni tas-saħħa; ġudikatura u amministrazzjoni, informazzjoni pubblika u l-midja; aċċess għal u provvista ta’ oġġetti u servizzi; sħubija u attivitajiet fi trejdjunjins, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, partiti politiċi jew kwalunkwe tip ieħor ta’ organizzazzjoni, u parteċipazzjoni fil-ħolqien kulturali u artistiku.
Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Ombudsman, bħala l-awtorità ċentrali kontra d-diskriminazzjoni, jirċievi rapporti mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha u jeżamina rapporti individwali, u għalhekk jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet, proposti u twissijiet legalment mhux vinkolanti biex jindirizza d-diskriminazzjoni u jipproteġi d-drittijiet tal-persuna diskriminata. Jista’ wkoll jieħu sehem fi proċedimenti ġudizzjarji bħala intervenjent min-naħa tal-persuna li qed tilmenta minn diskriminazzjoni, jew jista' jressaq azzjoni legali konġunta għall-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni jekk jipprova l-probabbiltà li l-imġiba tal-konvenut kisret id-dritt għal trattament ugwali ta' numru kbir ta’ persuni minħabba l-konnessjoni tagħhom mad-drittijiet u l-valuri rikonoxxuti mill-Att (ir-razza jew l-etniċità, il-kulur tal-ġilda, is-sess, il-lingwa, ir-reliġjon, it-twemmin politiku jew ieħor, l-isfond nazzjonali jew soċjali, il-proprjetà, is-sħubija fi trejdjunjin, l-edukazzjoni, l-istatus soċjali, l-istat ta’ żwieġ jew tal-familja, l-età, il-kundizzjoni tas-saħħa, id-diżabilità, il-wirt ġenetiku, l-identità jew l-espressjoni tal-ġeneru, jew l-orjentazzjoni sesswali). Barra minn hekk, il-persuna awtorizzata biex tippreżenta ilment ta’ diskriminazzjoni quddiem l-Ombudsman m'għandhiex għalfejn tkun ċittadin tal-UE.
L-Att il-ġdid dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi (Zakon o zaštiti prijavitelja nepravilnosti), fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 2019, jipprovdi li l-informaturi li jkunu qegħdin ifittxu protezzjoni tad-drittijiet tagħhom għandhom jikkuntattjaw lill-Ombudsman jekk informatur juri l-probabbiltà li huwa safa jew jista’ jisfa vittma ta’ avvenimenti dannużi talli rrapporta irregolaritajiet. Skont dak l-Att, persuna li tixtieq tressaq ilment m'għandhiex għalfejn tkun ċittadin tal-UE, u l-Ombudsman jista’ jieħu azzjoni biex jipproteġi lill-informatur li ġej mis-settur pubbliku jew privat (Nota: l-Att jiddefinixxi l-”informatur” bħala persuna li hija konxja ta’ u rrappurtat irregolaritajiet relatati mat-twettiq tax-xogħol għal impjegatur, pereżempju ksur ta' liġijiet, regolamenti, regoli, kodiċi tal-etika jew kondotta, jew atti interni ta' kumpaniji.) Għandu jiġi enfasizzat li t-twettiq tax-xogħol, minbarra l-impjieg, jinkludi wkoll xogħol volontarju, xogħol ibbażat fuq kuntratti ta’ servizz temporanji, impjiegi ta' studenti, eċċ. Barra minn hekk, informatur jista’ jkun persuna li pparteċipat fi proċeduri ta' reklutaġġ bħala kandidat.
Barra minn hekk, bħala parti mill-imġiba responsabbli tan-negozju - jiġifieri, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment id-drittijiet tax-xogħol, u l-protezzjoni ambjentali, ir-Repubblika tal-Kroazja, bħala pajjiż aderenti għall-Kumitat ta’ Investiment tal-OECD, bħala korp ta’ ħidma ta’ sorveljanza imparzjali, hija meħtieġa timplimenta l-linji gwida li ġejjin: tipprovdi informazzjoni dwar imġiba kummerċjali responsabbli fuq is-sit web; tipproċessa mistoqsijiet; twettaq medjazzjoni fir-riżoluzzjoni ta’ problemi li jirriżultaw minn imġiba kummerċjali irresponsabbli possibbli u tikkomunika mal-partijiet interessati biex tiġi evitata litigazzjoni.
Barra minn hekk, il-Kroazja stabbiliet Spettorat tal-Istat (Državni inspektorat), li jinkludi diviżjonijiet u servizzi kompetenti (bħad-Diviżjoni tas-Superviżjoni tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u d-Diviżjoni tas-Superviżjoni tal-Impjiegi).
Aktar informazzjoni dwar l-ambitu tax-xogħol u l-kompetenzi tal-Ispettorat tal-Istat jew is-setturi/diviżjonijiet imsemmija hawn fuq tinstab fil-links li ġejjin:
Il-Kroazja ma timponi l-ebda skema ta’ medjazzjoni obbligatorja li tindirizza każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju. Għal tilwim tal-konsumaturi bejn il-konsumaturi u n-negozjanti, il-medjazzjoni hija rregolata mill-Att dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim tal-Konsumatur (Zakon o alternativnom rješavanju potrošačkih sporova, NN Nru 121/16 u 32/19) li jittrasponi d-direttivi u r-regolamenti tal-UE dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim tal-konsumaturi. Għal kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tilwim ieħor relatat mad-drittijiet, tista' tiġi proposta medjazzjoni quddiem wieħed miċ-ċentri ta’ medjazzjoni fil-Kroazja, fejn tilwima tista' tiġi solvuta abbażi tal-interessi tal-partijiet.
Jekk jogħġbok ikkonsulta s-sottopaġni rilevanti biex issib aktar informazzjoni dwar:
Skont l-Att dwar il-Ħarsien tal-Konsumatur (Zakon o zaštiti potrošača), in-negozjant huwa meħtieġ li jipprovdi lill-konsumatur bl-opportunità li jissottometti ilment bil-miktub bil-posta, bil-faks jew bl-email.
Skont l-Att dwar l-Ispettorat tal-Istat (Zakon o državnom inspektoratu), il-petizzjonijiet li jinkludu d-dettalji tal-persuna li tirrapporta (isem, kunjom u indirizz tad-dar) u li jindikaw kondotta li tmur kontra r-regolamenti jistgħu jintużaw bħala bażi għall-ispezzjoni.
Għall-impjegati ta’ kumpaniji multinazzjonali, l-Att dwar ix-Xogħol (Zakon o radu) jeħtieġ li min iħaddem mill-inqas għoxrin impjegat għandu jaħtar persuna li, flimkien mal-impjegatur, hija inkarigata li tirċievi u ssolvi lmenti relatati mal-protezzjoni tad-dinjità tal-ħaddiema.
Dawn l-attivitajiet huma mmonitorjati mill-Ispettorat tal-Istat.
Vittma li tfittex rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju għandha l-istess drittijiet bħal vittmi oħra fi proċedimenti kriminali. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-Portal Ewropew tal-e-Ġustizzja biex issib aktar informazzjoni:
Taħt l-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas (Zakon o besplatnoj pravnoj pomoći), id-dritt għall-għajnuna legali mingħajr ħlas jingħata lil:
Il-benefiċjarji tal-għajnuna legali mingħajr ħlas jistgħu jeżerċitaw id-dritt għall-għajnuna legali primarja u/jew sekondarja taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi.
L-għajnuna legali primarja tkopri informazzjoni legali ġenerali, pariri legali, preżentazzjonijiet lil korpi pubbliċi, lill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u lil organizzazzjonijiet internazzjonali f’konformità ma’ trattati internazzjonali u regoli ta’ proċedura interni, rappreżentazzjoni fi proċedimenti quddiem korpi pubbliċi, u assistenza legali f’soluzzjonijiet alternattivi għat-tilwim. Din hija pprovduta minn korpi amministrattivi fil-kontej u fil-Belt ta’ Zagreb (Grad Zagreb) minn assoċjazzjonijiet awtorizzati u kliniċi legali, u tista' tiġi pprovduta għal kwalunkwe kwistjoni legali. Il-proċedura għall-eżerċizzju tal-għajnuna legali primarja tinbeda billi tikkuntattja direttament lil fornitur primarju tal-għajnuna legali, li jiddetermina fid-diskrezzjoni tiegħu jekk ir-rekwiżiti għall-għajnuna legali primarja ġewx sodisfatti.
L-għajnuna legali sekondarja tkopri pariri legali, sottomissjonijiet fil-proċeduri għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema quddiem min iħaddem, sottomissjonijiet u rappreżentanza f’litigazzjoni, u assistenza legali fis-soluzzjoni bonarja tat-tilwim. L-għajnuna legali sekondarja hija pprovduta minn avukati. L-għajnuna legali sekondarja tkopri wkoll eżenzjoni mill-ħlas ta’ spejjeż ta’ litigazzjoni u miżati tal-qorti.
Biex l-għajnuna legali sekondarja tingħata fil-forma ta’ sottomissjonijiet u rappreżentanza f’litigazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas ta’ miżati tal-qorti, iċ-ċirkostanzi finanzjarji tal-applikant għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti mill-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas, jiġifieri li d-dħul totali fix-xahar tal-applikanti u tal-membri tal-unità domestika tagħhom ma jaqbżux l-ammont bażi tat-taxxa għal kull membru (HRK 3,326.00) u li l-valur totali tal-assi li għandhom l-applikanti u l-membri tal-unità domestika tagħhom ma jaqbiżx is-60 ammont ta’ bażi tat-taxxa (HRK 199,560.00).
Minbarra l-konformità mar-rekwiżiti finanzjarji, jeħtieġ li l-applikazzjoni għall-għajnuna legali sekondarja ssir b'waħda mit-tipi ta’ proċeduri li ġejjin relatati ma':
Il-proċedura għall-għoti tal-għajnuna legali sekondarja tinbeda billi tapplika lill-korp amministrattiv kompetenti tal-kontea jew tal-Belt ta' Zagreb. L-applikazzjoni hija sottomessa f’forma standard, inkluż il-kunsens tal-applikanti u l-membri tal-unità domestika tagħhom għall-aċċess tad-data kollha dwar id-dħul u l-assi totali tagħhom u l-konferma tal-applikant li l-informazzjoni pprovduta hija preċiża u kompluta.
Fil-proċedura għall-għoti tal-għajnuna legali sekondarja lil applikant li jissodisfa r-rekwiżiti legali biex jeżerċita d-dritt għal għajnuna legali sekondarja, l-awtorità kompetenti toħroġ deċiżjoni li tagħti l-għajnuna legali sekondarja, u tindika t-tip u l-ambitu tal-għajnuna legali mogħtija. L-għoti tal-għajnuna legali sekondarja tirreferi għal sigurtà sħiħa jew parzjali għall-ħlas tal-ispejjeż tal-għajnuna legali sekondarja, skont l-ammont tad-dħul totali ta' kull xahar tal-applikanti u tal-membri tal-unità domestika tagħhom. Id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna legali sekondarja tispeċifika wkoll l-avukat li se jipprovdi l-għajnuna legali sekondarja.
Jekk l-applikant ma jissodisfax ir-rekwiżiti għall-għoti tad-dritt għall-għajnuna legali sekondarja, tinħareġ deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni tista’ tkun soġġetta għal appell mill-applikant quddiem il-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa). Proċeduri amministrattivi jistgħu jinbdew kontra d-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja li tiċħad l-appell.
Jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna legali mingħajr ħlas huwa l-parti telliefa, jiġifieri, ma jirnexxix fil-proċedimenti li għalihom ingħatat l-għajnuna legali sekondarja, mhuwiex meħtieġ iħallas lura l-ispejjeż tal-għajnuna legali. Madankollu, l-għotja ma tfissirx li l-benefiċjarju tal-għajnuna legali sekondarja li huwa l-parti telliefa se jkun eżentat mill-ħlas tal-ispejjeż tal-litigazzjoni mġarrba mill-parti opposta, li jiġu deċiżi mill-qorti skont ir-regoli li jirregolaw il-proċeduri ġudizzjarji.
Tista’ tingħata wkoll għajnuna legali mingħajr ħlas f'tilwim transkonfinali. L-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas jiddefinixxi tilwim transfruntier bħala dawk li fihom rikorrent għall-għajnuna legali huwa domiċiljat jew residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, għajr l-Istat Membru tal-qorti, jew dak li fih id-deċiżjoni ġudizzjarja għandha tiġi eżegwita.
L-għajnuna legali f’tilwim transfruntier tingħata fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, proċeduri ta’ medjazzjoni, soluzzjonijiet barra mill-qorti, l-infurzar ta’ strumenti pubbliċi u pariri legali f’dawn il-proċeduri. Id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna legali f’tilwim transfruntier ma japplikawx fi proċeduri dwar tassazzjoni, dwana u proċeduri amministrattivi oħra.
Rikorrenti għall-għajnuna legali f’tilwim transfruntier jingħataw għajnuna legali jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas. Bħala eċċezzjoni, l-għajnuna legali tista’ tingħata lir-rikorrenti li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti għall-għoti tal-għajnuna legali stipulati fl-Att dwar l-Għajnuna Legali Mingħajr Ħlas jekk juru li mhumiex kapaċi jħallsu l-ispiża tal-proċeduri minħabba spejjeż tal-għoli tal-ħajja mhux proporzjonati fl-Istat Membru tad-domiċilju jew tar-residenza abitwali u l-għoli tal-ħajja fil-Kroazja.
Fil-Kroazja, ir-rikorrenti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih huma domiċiljati jew residenti abitwalment (awtorità trażmittenti) għandhom jissottomettu r-rikors għall-għajnuna legali lill-Ministeru tal-Ġustizzja (awtorità riċeventi). Il-formoli u d-dokumenti mehmuża għandhom jitwasslu bil-Kroat. Inkella, ir-rikors jiġi miċħud.
Jekk tilwima li fiha r-rikorrent jitlob l-għajnuna legali mhijiex tilwima transfruntiera jew jekk ir-rikorrent mhux intitolat għall-għajnuna legali f’tilwim transfruntier, il-Ministeru tal-Ġustizzja joħroġ deċiżjoni li tiċħad ir-rikors. Mhumiex permessi appelli kontra deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, għalkemm jistgħu jinbdew proċedimenti amministrattivi.
Tista’ tingħata għajnuna legali b'xejn lil persuni li mhumiex residenti fl-Unjoni Ewropea, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' ftehim internazzjonali bilaterali u multilaterali li jorbtu lill-Kroazja.
Għal informazzjoni dwar l-għajnuna legali fil-Kroazja jekk jogħġbok irreferi għas-sit web:
[1] Drittijiet tal-personalità: id-dritt għall-ħajja, is-saħħa fiżika u mentali, ir-reputazzjoni, l-unur, id-dinjità, l-isem, il-privatezza tal-ħajja personali u tal-familja, il-libertà, eċċ.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi 174/1989 dwar ir-Responsabbiltà tal-Impjegatur (Assigurazzjoni Obbligatorja), kif emendata, l-impjegati li jisfaw vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju huma intitolati għal kumpens fil-każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol (mewt jew korriment) ikkawżat mill-impjieg tagħhom u matulu, jew fil-każ ta’ marda okkupazzjonali kkawżata minn xogħolhom. Dik il-Liġi tirrikjedi li l-impjegaturi kollha jieħdu polza tal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà għal inċident fuq il-post tax-xogħol jew mard okkupazzjonali li jsofri minnu kwalunkwe impjegat. Dan ir-rekwiżit ikopri wkoll l-impjiegi ta’ residenti permanenti f’Ċipru, li huma impjegati barra mill-pajjiż u li jsofru inċident jew marda okkupazzjonali. Il-Liġi tispeċifika l-ammont minimu ta’ kopertura għal kull inċident jew marda okkupazzjonali għal kull impjegat (mija u sittin elf euro, EUR 160 000.00), kif ukoll għal kull każ jew serje ta’ każijiet li jirriżultaw mill-istess avveniment operattiv ( EUR 3 415 000.00), inklużi l-ispejjeż u l-imgħax.
Sabiex jiġi żgurat il-ħlas tal-kumpens lill-impjegat, li jaqbeż il-kumpens previst mil-Liġi, trid tinfetaħ kawża legali rilevanti quddiem il-qorti.
Waqt l-ispezzjonijiet fil-fergħat tal-impjegaturi / fin-negozji għall-kontroll tal-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, l-ispetturi mid-Dipartiment tax-Xogħol jivverifikaw ukoll jekk hemmx dokument li jiċċertifika l-assigurazzjoni obbligatorja fuq ir-responsabbiltà tal-impjegatur.
Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1 aktar ’il fuq.
Le, mhuwiex ipprovdut aċċess. Skont l-informazzjoni u d-data disponibbli, kif deskritt fil-mistoqsija, ma jidher li hemm l-ebda rabta sabiex tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni mal-qrati Ċiprijotti.
Le. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jasserixxu li huma vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw il-protezzjoni korrispondenti minn istituzzjonijiet indipendenti, dment li l-ksur ikun twettaq f’Ċipru.
Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi jeħtieġ li l-kumpaniji bi ħwienet online jipprovdu informazzjoni dwar il-pjattaforma online għas-soluzzjoni tat-tilwim fuq is-siti web tagħhom.
L-aċċess għall-għajnuna legali jingħata lil kull persuna fiżika li d-drittijiet tal-bniedem tagħha jkunu nkisru jekk il-persuna tirrisjedi fit-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, irrispettivament minn jekk tkunx ċittadin tar-Repubblika ta’ Ċipru jew ċittadin tal-UE.
L-għajnuna legali hija pprovduta għal:
Le.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili, kull individwu privat u entità ġuridika għandhom id-dritt li jiddefendu fil-qorti l-ksur jew il-kontestazzjoni tad-drittijiet ċivili jew tal-interessi leġittimi tagħhom. Jekk l-individwu jemmen li kien vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju li jikser id-drittijiet ċivili tiegħu, l-individwu jista’ jressaq talba ċivili f’qorti b’ġuriżdizzjoni ġenerali.
Skont l-Artikolu 1635 tad-Dritt Ċivili, kull ksur tad-drittijiet, kull att ħażin fih innifsu, li jirriżulta fi ħsara (anke dannu morali), jagħti lill-vittma d-dritt li tfittex rimedju mill-awtur sa fejn dan jista’ jiġi akkużat b’dan l-att. Dannu morali jindika tbatija fiżika jew psikoloġika kkawżata mill-ksur tad-drittijiet mhux materjali tal-vittma jew tal-benefiċċji mhux materjali li jirriżulta mill-atti ħżiena. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rimedju għal dannu morali għandu jiġi stabbilit mill-qorti fid-diskrezzjoni tagħha, filwaqt li jitqiesu l-gravità u l-konsegwenzi tad-dannu morali. Jekk l-għemil ħażin ikun manifestat bħala att kriminali kontra l-ħajja, is-saħħa, il-moralità, l-invjolabbiltà sesswali, il-libertà, l-unur jew ir-rispett ta’ individwu, jew kontra familja, jew wild minuri, huwa preżunt li l-vittma ġarrbet dannu morali bħala riżultat ta’ tali att. F’każijiet oħra, il-vittma trid iġġib prova tal-dannu morali. Att hawnhekk għandu jinftiehem f’sens usa’, li jinkludi mhux biss l-att, iżda wkoll in-nuqqas ta’ aġir, jiġifieri l-ommissjoni.
Ir-responsabbiltà għal atti ħżiena stabbilita fid-Dritt Ċivili tkopri kwalunkwe ksur tad-drittijiet u reat kriminali, inkluż il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem.
Jekk la l-konvenut u lanqas l-attur ma jkollhom il-post tar-residenza jew l-indirizz legali tagħhom fil-Latvja, u jekk il-ksur ma jkunx seħħ fil-Latvja, x’aktarx, il-qrati Latvjani ma jkollhomx ġuriżdizzjoni fuq it-talba ċivili.
L-Ombudsman fil-Latvja jissejjaħ “tiesībsargs”. L-Ombudsman jopera f’konformità mal-għan stabbilit mil-
Liġi dwar l-Ombudsman, jiġifieri li jippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jiżgura li l-awtorità tal-Istat tiġi eżerċitata b’mod leġittimu u fil-pront u f’konformità mal-prinċipju ta’ governanza tajba.
L-Ombudsman jista’ jkun involut biss fis-soluzzjoni ta’ kwistjonijiet fejn l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni tal-Istat jiksru d-drittijiet tal-bniedem ta’ individwu stabbiliti fis-Satversme (il-Kostituzzjoni) tar-Repubblika tal-Latvja u f’dokumenti internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem meta jieħdu deċiżjoni jew, fil-każ tal-leġiżlatura, meta jadottaw att leġiżlattiv. Fil-kuntest tal-eżerċitar tas-setgħat tal-Ombudsman, awtorità hija amministrazzjoni tal-gvern jew awtorità tal-gvern lokali, jew l-uffiċjali tagħha, kif ukoll persuni li jwettqu kompiti delegati mill-amministrazzjoni tal-Istat.
F’każijiet fejn l-individwu jkun vittma ta’ ksur tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, l-Ombudsman jista’ jagħti l-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu wkoll lill-entitajiet legali u lill-individwi privati rregolati mid-dritt privat.
Madankollu, is-setgħat tal-Ombudsman ma jestendux għall-valutazzjoni tal-atti ta’ korporazzjonijiet tranżnazzjonali Ewropej barra mill-UE.
Il-kontroll u l-monitoraġġ tal-imġiba tal-impriżi fir-relazzjonijiet ta’ impjieg jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ispettorat tal-Istat għax-Xogħol.
L-imġiba tal-impriżi fil-qasam tal-ambjent hija kkontrollata mis-Servizz Ambjentali tal-Istat, li huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mal-liġi fl-oqsma tal-protezzjoni ambjentali, is-sikurezza tar-radjazzjoni u s-sikurezza nukleari, kif ukoll l-użu ta’ riżorsi naturali.
Jekk individwu jippreżenta talba dwar att ħażin mal-awtorità bi żball, jiġifieri ma jkunx jaf li ma huwiex fil-kompetenza tal-awtorità inkwistjoni li twieġeb fir-rigward tal-materja msemmija fit-talba tal-individwu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-Sottomissjonijiet, l-awtorità trid tinforma lill-individwu dwar l-awtorità kompetenti fil-materja, jew, fejn xieraq, tgħaddi t-talba lill-awtorità kompetenti biex din teżamina t-talba.
Għalhekk, ta’ min jinnota li l-istituzzjoni tal-Ombudsman hija mekkaniżmu ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għall-protezzjoni kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li huwa bbażat fuq l-awtorità personali tal-Ombudsman, minħabba li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ma humiex legalment vinkolanti. Appell lill-Ombudsman ma jitqiesx bħala preżentata ta’ appell, u l-parti fil-proċedimenti għandha tqis il-fatt li tali appell la jissospendi l-validità tar-regolament amministrattiv u lanqas l-iskadenza għall-appell. Madankollu, il-kompitu tal-Ombudsman huwa li jippromwovi l-għarfien pubbliku u l-fehim tad-drittijiet tal-bniedem, il-mekkaniżmi għall-protezzjoni tagħhom, u l-ħidma tal-Ombudsman. Għalhekk, l-Ombudsman jista’ jagħti parir lil individwu dwar il-mekkaniżmi għall-protezzjoni mill-ksur tad-drittijiet f’kull każ individwali.
Kull individwu li jemmen li sofra ksur tad-drittijiet tal-bniedem tiegħu jista’ jappella lill-Ombudsman, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu.
Ma hemm l-ebda informazzjoni dwar atti leġiżlattivi li jimponu obbligi fuq il-korporazzjonijiet tranżnazzjonali Ewropej biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ lment jew servizzi ta’ medjazzjoni għal ksur li jirriżulta mill-attivitajiet tan-negozju tagħhom.
L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat tiddependi fuq il-kategorija tal-kawża u l-istatus tal-individwu. L-għajnuna legali tinkludi konsultazzjonijiet legali, it-tfassil ta’ dokumenti proċedurali għall-qorti, u għajnuna legali fis-seduta tal-qorti. Individwu li jkun parti f’kawża ċivili jkun eżentat mill-ispejjeż tal-qorti pagabbli lill-baġit nazzjonali, u l-qorti trid tipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni ffinanzjati mill-Istat jekk l-individwu ma jkunx jitkellem bil-lingwa tal-proċedimenti.
F’kawżi ċivili (bl-eċċezzjonijiet stabbiliti fil-liġi) u f’każijiet amministrattivi fejn tiġi kkontestata deċiżjoni tal-qorti tal-familja fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-interessi legali ta’ wild minuri, l-individwu li jirrisjedi legalment fil-Latvja huwa intitolat għal għajnuna legali jekk ikun kiseb l-istatus ta’ persuna b’introjtu baxx jew ta’ persuna fil-bżonn mis-servizzi soċjali tal-gvern lokali jew jekk ikun f’sitwazzjoni speċjali, jiġifieri jekk bla mistenni u għal raġunijiet li ma jkollux kontroll fuqhom, isib ruħu f’tali ċirkostanzi u sitwazzjoni finanzjarja li ma jippermettulux jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tiegħu, jew l-individwu jkun jiddependi kompletament fuq l-Istat jew fuq il-gvern lokali.
L-individwu li jirrisjedi fi Stat Membru tal-UE huwa intitolat għal għajnuna legali f’tilwim transfruntier f’kawżi ċivili jekk iċ-ċirkostanzi speċjali tiegħu u l-livell tal-introjtu tiegħu ma jippermettulux li jipproteġi d-drittijiet tiegħu.
Individwi oħra (inklużi individwi li jirrisjedu barra mill-UE) huma intitolati għal għajnuna legali f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Latvja u jekk iċ-ċirkostanzi speċjali tagħhom u l-livell tal-introjtu tagħhom ma jippermettulhomx li jipproteġu d-drittijiet tagħhom.
F’kawżi ċivili li l-individwi jiftħu waħedhom jew bl-assistenza ta’ avukat (jiġifieri kawżi ċivili li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti għall-Affarijiet Ekonomiċi li jirriżultaw mil-liġi kuntrattwali, jekk l-ammont tat-talba jaqbeż EUR 150 000, u f’kawżi li jittrattaw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali mill-akkwiżizzjoni, l-użu u d-divulgazzjoni illegali), l-individwu huwa intitolat għal għajnuna legali jekk l-introjtu tiegħu ma jkunx jaqbeż il-paga minima ta’ kull xahar fil-Latvja, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu tagħmlu eliġibbli biex jirċievi l-għajnuna legali, u jkun ħallas it-tariffa għall-għoti tal-għajnuna legali.
L-għajnuna legali fil-kawżi amministrattivi tingħata mill-qorti (l-imħallef) fuq talba tal-individwu, filwaqt li tqis il-kumplessità tal-każ u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-individwu.
L-għajnuna legali fi proċedimenti kriminali tingħata mill-parti li tiftaħ il-proċedimenti (l-investigatur, il-prosekutur jew l-imħallef). L-għajnuna legali tingħata fuq it-talba ta’ individwi li huma eliġibbli għad-difiża u lill-vittmi f’każijiet fejn il-liġi tipprevedi dan.
Informazzjoni addizzjonali hija disponibbli fuq il-websajt tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Kwalunkwe vittma ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kemm jekk dan il-ksur huwa relatat man-negozju jew le, g]andha dritt li tirrikorri għal rimedju u kumpens quddiem qorti.
M'hemmx regoli speċifiċi għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem. Il-kazijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem huma kollha ttrattati l-istess.
Il-liġi hija territorjali izda awieħed irid jirrikorri għall-liġi privata internazzjonali sabiex tiġi determinata l-lex fori sakemm ma jkunx hemm ma jkunx hemm ftehim bejn il-partijiet li ma jħallix li jkun hemm għazla fil-liġi applikabbli.
Il-mandat tal-Ombudsman f'Malta, skont l-Artikolu 64A tal-Kostituzzjoni u l-artikoli tal-Att dwar l-Ombudsman huwa biex "jinvestiga kull azzjoni li ssir minn jew f'isem il-Gvern, jew minn dik l-Awtorita', dak il-korp jew dik il-persuna oħra skont ma jista' jiġi provdut b'liġi (inkluza awtorita', korp jew kariga stabbiliti b'din il-Kostituzzjoni), li jkunu azzjonijiet li jsiru fit-twettiq tal-funzjonijiet amministrattivi tagħhom".
Skont l-Artikolu 12(1) tal-Att dwar l-Ombudsman, il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman hija limitata għall-investigazzjoni ta' ilmenti dwar:
"(a) il-Gvern, inkluz kull Dipartiment tal-Gvern jew awtorita' oħra tal-Gvern, kull Ministru jew Segretarju Parlamentari, kull uffiċjal pubbliku u kull membru jew impjegat ta' awtorita' kif imsemmi qabel;
(b) kull korp statutorju, u kull soċjeta' jew korp ieħor li fih il-Gvern jew xi wieħed jew iktar minn dawk il-korpi jew xi kombinazzjoni tagħhom ikollu kontroll tal-ishma jew li fuqhom ikollu kontroll effettiv, inkluz kull direttur, membru, manager jew uffiċjal ieħor jew dak il-korp jew soċjeta' jew tal-korp li jkollu kontroll tagħhom (hawn izjed 'il quddiem kollettivament imsejħa bħala organizzazzjoni); u
(ċ) kunsilli lokali u kull kumitat tagħhom, is-sindki, kunsillieri u membri tal-personnel tal-kunsilli lokali kollha."
L-Ombudsman m'għandux mandat speċifiku u formali biex jinvestiga kazijiet li jinvolvu vjolazzjoni ta' jew theddid għad-Drittijiet Fundamentali jew li jagħti rimedju jew li jippromwovi jew jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini.
Izda l-funzjonijiet imnizzlin fl-Artikolu 22(1) tal-Att dwar l-Ombudsman huma wiesgħa bizzejjed biex jippermettu lil din l-Istituzzjoni li tinvolvi ruħa mingħajr restrizzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem billi -
Il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman testendi għal kull persuna li tħossha aggravat, indipedentement min-nazzjonalita' jew oriġini tagħha, sakemm din il-persuna jkollha interess personali fil-mertu tal-ilment. Persuna tinkuldi persuna fizika u persuna ġuridika.
L-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman huma marbuta li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jassiguraw l-infurzar tagħhom. Għalhekk, minkejja li l-mandat tal-Ombudsman huwa limitat għall-Amministrazzjoni Pubblika, wieħed jista' jikkonsidra sitwazzjoni fejn il-vittma ta' vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem relatata man-negozju tallega li sofriet vjolazzjoni tad-drittijiet tagħha peress li din l-awtorita' pubblika jew istituzzjoni naqset milli tagħtiha l-protezzjoni li dil-persuna kienet intitolata għaliha.
L-Ombudsman jista' jinvestiga kwalunkwe kaz anke jekk il-persuna li tagħmel l-ilment ma tkunx ċittadina tal-UE jew ma tgħix fl-UE, sakemm il-mertu tal-ilment ikun jaqgħa taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman. Aktar minn hekk, jekk il-mertu tal-ilment huma soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman jew awtorita' oħra lokali jew regolatur, il-protezzjoni bil-liġi tingħata lill-vittmi kollha.
Għalhekk, il-ġurisdizzjoni tal-Ombudsman ma tiddependix fuq il-mertu tal-kaz jew fuq jekk il-persuna aggravat tkun qiegħda Malta, izda fuq l-allegat nuqqas tal-awtorita' soġġetta għall-ġurisdizzjini tal-Ombudsman.
Dwar servizzi oħra pubbliċi (bħal impjiegi jew ambjent) f'Malta, hemm istituzzjonijiet pubbliċi oħr Bħad-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, l-Awtorita' dwar l-Ambjent u Rizorsi, l-Arbitru dwar is-Servizzi Finanzjarji u l-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Promozzjoni tal-Ugwaljanza. Izda l-Kummissjoni Nazzjonali dwar il-Promozzjoni tal-Ugwaljanza bħala l-korp nazzjonali dwar l-ugwaljanza, jista' jinvestiga biss kazijiet ta' diskriminazzjoni u fastidju sesswali li seħħ f'Malta.
Malta ma timponix obbligu fuq il-korporazzjonijiet transnazzjonali Ewropej biex jistabbilixxu mekkanizmi ta' ilment jew servizzi ta' medjazzjoni għal ksur li jirrizulta minn attivitajiet tan-negozju. Il-medjazzjoni f'Malta issir f'kazijiet fil-Qorti tal-Familja jew fi proċeduri quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera.
Jekk inti vittma ta' reat speċifikat taħt l-Artikolu 2 tal-Kapitolu 539 tal-Liġijiet ta' Malta (l-Att dwar il-Vittmi ta' Reat) jew vittma ta' vjolenza domestika kif speċifikat fil-Kapitolu 581 tal-Liġijiet ta' Malta (Att dwar il-Volejnza Abbazi ta' Ġeneru u Vjolenza Domestika), inti intitolat li tingħata l-benefiċċju tal-Għajnuna Legali. Wara li jkun hemm digriet tal-Qorti li jaħtik il-benefiċċju tal-għajnuna legali, inti tkun eliġibbli li tingħata pariri legali u li tkun irraprezentat il-Qorti. L-ispejjez tal-Qorti u tal-Avukat ikunu koperti. Jekk m'intix ċittadin tal-UE izda għandek status f'Malta, inti xorta tkun eliġibbli għall-benefiċċju tal-għajnuna legali. Jekk inti ċittadin tal-UE li tgħix barra l-Unjoni Ewropea, xorta tkun eliġibbli biex tkun rapprezentat fil-Qorti f'Malta u għal għajnuna legali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Bħal fi Stati Membri oħra, il-ġuriżdizzjoni internazzjonali hija ddeterminata fil-biċċa l-kbira mir-“Regolament Brussell 1a” (ir-Regolament Nru 1215/2012: “ir-Regolament”). Dan jippermetti li jinġiebu azzjonijiet – b’mod speċifiku fejn l-impriża (jew fergħa tagħha) ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Awstrija – irrispettivament minn fejn ikun iddomiċiljat ir-rikorrent u/jew min-nazzjonalità tiegħu. Ġuriżdizzjonijiet oħra huma msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament. Il-post fejn ikun seħħ l-avveniment dannuż jew il-post fejn obbligu kuntrattwali kellu jiġi ssodisfat jista’ jkun rilevanti.
Il-liġi Awstrijaka dwar ir-responsabbiltà ekstrakuntrattwali ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, jekk ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jirriżulta fil-ksur ta’ dritt individwali protett bil-liġi, tista’ titqies ir-responsabbiltà kuntrattwali ġenerali. Fi kliem ieħor, kull min intenzjonalment jew permezz ta’ negliġenza jagħmel ħsara illegalment lill-ħajja, lis-saħħa, lil-libertà, lill-proprjetà jew lil kwalunkwe dritt ieħor ta’ persuna oħra jkun responsabbli għad-danni. Meta d-dannu jkun ikkawżat għall-ħajja jew għall-persuna, għas-saħħa, għal-libertà, għall-proprjetà jew għal xi dritt ieħor, mhux biss il-persuna li tkun ikkawżat id-dannu direttament tkun responsabbli, iżda anke kull min ma jkunx ħa l-passi meħtieġa u raġonevoli sabiex jipprevjeni d-dannu lil terza persuna, jekk dik il-persuna tkun ħolqot sors ta’ riskju (Verkehrssicherungspflicht).
Mil-lat tal-liġi kriminali, il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem huwa wkoll meqjus bħala reat kriminali ġenerali.
Ara t-Taqsima 4 hawn taħt.
Bħal fi Stati Membri oħra, il-ġuriżdizzjoni internazzjonali hija ddeterminata fil-biċċa l-kbira mir-“Regolament Brussell 1a” (ir-Regolament Nru 1215/2012). Dan jippermetti li jinġiebu azzjonijiet – b’mod speċifiku fejn l-impriża (jew fergħa tagħha) ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Awstrija – irrispettivament minn fejn ikun iddomiċiljat ir-rikorrent u/jew min-nazzjonalità tiegħu. Ġuriżdizzjonijiet oħra huma msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament. Il-post fejn ikun seħħ l-avveniment dannuż jew il-post fejn obbligu kuntrattwali kellu jiġi ssodisfat jista’ jkun rilevanti.
Jekk ir-Regolament Brussell 1a jew il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-2007 (il-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali) ma tkunx applikabbli, il-ġuriżdizzjoni internazzjonali dejjem tingħata skont l-Artikolu 27a tal-Att dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qorti (Jurisdiktionsnorm – JN) jekk qorti Awstrijaka jkollha ġuriżdizzjoni territorjali. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni għall-ikkawżar ta’ dannu skont l-Artikolu 92a tal-JN hija bbażata biss fuq il-post fejn ikun seħħ l-aġir dannuż. Madankollu, jistgħu jiġu kkunsidrati ġuriżdizzjonijiet oħra, bħal dik tal-post fejn sar ir-reat, skont l-Artikolu 88 tal-JN, jew il-post fejn tinsab il-proprjetà, skont l-Artikolu 99 tal-JN.
L-għoti ta’ għajnuna legali ma huwiex marbut maċ-ċittadinanza Awstrijaka jew maċ-ċittadinanza tal-UE.
L-għan tal-għajnuna legali huwa li tippermetti lill-partijiet kollha fil-kawża li jfittxu d-drittijiet tagħhom skont id-dritt ċivili jew li jiddefendu d-drittijiet tagħhom quddiem il-qrati, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja individwali tagħhom. L-ispejjeż li jirriżultaw mit-tressiq ta’ tilwima legali ma għandhomx jikkostitwixxu ostakolu għall-eżekuzzjoni tat-talbiet jew għad-difiża ta’ persuna, anke jekk dik il-persuna ma jkollhiex biżżejjed riżorsi proprji. Il-possibbiltà li tingħata għajnuna legali hija maħsuba biex jiġu eliminati d-differenzi li jirriżultaw mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-individwi u biex jitħaddem mhux biss il-prinċipju tal-ugwaljanza iżda wkoll id-dritt, li jirriżulta mill-Artikolu 6(1) tal-KEDB, li jiġi rrispettat l-aċċess liberu u mingħajr xkiel għall-ġustizzja, u biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu aċċess ugwali għall-ġustizzja.
Madankollu, parti fi proċedimenti legali li tingħata għajnuna legali hija eżentata biss b’mod provviżorju mill-obbligu li tħallas l-ispejjeż legali tagħha stess. Il-kontroparti ma tibbenefikax minn din l-eżenzjoni provviżorja.
Il-qorti tagħti għajnuna legali lil parti biss jekk it-twettiq tal-proċedimenti jkun altrimenti ta’ detriment għall-manteniment meħtieġ tagħha. L-azzjoni legali jew id-difiża maħsuba ma tridx tkun manifestament mingħajr bżonn jew għalxejn jekk ikun hemm ċans li tingħata għajnuna legali.
“Manteniment meħtieġ” tfisser ir-riżorsi li l-parti teħtieġ għal standard modest ta’ għajxien għaliha nnifisha u għal kwalunkwe membru tal-familja li tkun responsabbli għalih. Il-manteniment meħtieġ jaqa’ bejn manteniment “essenzjali” u manteniment “xieraq”. Dan jinsab bejn l-introjtu statistiku medju ta’ persuna f’impjieg bi ħlas u l-livell minimu ta’ sussistenza. Għal kawżi internazzjonali, iċ-ċirkostanzi prevalenti fil-post ta’ residenza jiddeterminaw x’inhu meħtieġ għal standard tal-għajxien modest.
L-Artikolu 64 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijak telenka l-oġġetti li jistgħu jkunu koperti mill-għajnuna legali.
F’ċerti kundizzjonijiet, ir-rikorrenti mhux Awstrijaċi jista’ jkollhom jipprovdu garanzija f’konformità mal-Artikolu 57 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li jfisser li l-intimat irid jingħata garanzija għall-ispejjeż tal-proċedimenti jekk l-intimat ikun jeħtieġ hekk. Madankollu, ħafna ftehimiet bilaterali jipprevedu l-esklużjoni ta’ tali għoti ta’ garanzija. Barra minn hekk, eżenzjoni mill-għoti ta’ garanzija għall-ispejjeż legali hija possibbli wkoll taħt l-għajnuna legali (l-Artikolu 64(1)(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).
Il-ftehimiet bilaterali konklużi mill-Awstrija huma disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali: Bilaterale Staatsverträge – BMEIA, Außenministerium Österreich.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Ir-rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju huwa disponibbli permezz tal-qrati, jiġifieri dawk b’ġuriżdizzjoni fuq materji ċivili, kriminali, amministrattivi u tax-xogħol, filwaqt li jitqies it-tip ta’ ksur ikkonċernat. Din il-protezzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ ftuħ ta’ kawża jew kwerela mal-korpi tal-investigazzjoni kriminali jew mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ministério Público). Permezz ta’ din l-azzjoni, l-imputat jista’ jintalab jipprovdi xi ħaġa, jagħmel xi ħaġa, iżomm lura minn att li jmur kontra l-liġi jew jittollera ċertu att, kif ukoll li jsewwi d-danni jew il-ħsara morali mġarrba bħala riżultat tal-imġiba tal-imputat. Il-Kodiċi Kriminali Portugiż (Código Penal) jipprevedi r-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi fil-każ ta’ ċerti delitti u f’ċerti ċirkostanzi.
Il-liġi proċedurali ċivili, kriminali, amministrattiva u tax-xogħol tirregola l-proċeduri għall-kisba ta’ kumpens.
Ma hemm l-ebda sett speċifiku ta’ regoli nazzjonali għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, meta tali ksur ikun delitt jew reat amministrattiv, il-valutazzjoni tal-gravità ta’ ksur partikolari titqies meta tiġi ddeterminata l-piena applikabbli u t-tul ta’ żmien jew l-ammont tagħha. Dan huwa l-każ għal delitti ambjentali u sfruttament gravi tax-xogħol.
Skont id-dritt ċivili, japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (magħruf bħala r-“Riformulazzjoni ta’ Brussell I”) u fil-Konvenzjoni ta’ Lugano.
Skont ir-Regolament (UE) Nru 215/2012 il-persuni domiċiljati fi Stat Membru għandhom, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, jiġu mħarrka fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru, u kumpanija (jew persuna ġuridika oħra) titqies li tkun domiċiljata fil-post fejn ikollha s-sede statutorja, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha. Madankollu, f’ċerti materji huma previsti regoli speċjali ta’ ġuriżdizzjoni, b’mod partikolari f’materji rigward tort, delitt jew kważi delitt, li fuqhom ikollha ġuriżdizzjoni l-qorti tal-post fejn seħħ jew jista’ jseħħ l-avveniment dannuż. Il-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (il-Konvenzjoni ta’ Lugano) tistabbilixxi regoli identiċi.
Meta kumpanija ma tkunx domiċiljata fl-Unjoni Ewropea jew fi Stat li jkun parti għall-Konvenzjoni ta’ Lugano, il-ġuriżdizzjoni internazzjonali tal-qrati Portugiżi tista’ tiġi dderivata mil-liġi proċedurali ċivili Portugiża. Dan ikun il-każ fejn id-dritt invokat ma jkunx jista’ jiġi eżegwit ħlief permezz ta’ kawża mressqa f’qorti Portugiża (pereżempju, minħabba li l-kombinazzjoni tar-regoli tal-ġuriżdizzjoni internazzjonali ta’ pajjiżi differenti twassal biex ma jkun hemm l-ebda qorti b’ġuriżdizzjoni biex tisma’ t-tilwima) jew fejn ikun diffiċli ħafna għall-ilmentatur biex iressaq kawża barra mill-pajjiż u jkun hemm fattur ta’ konnessjoni personali jew reali importanti bejn is-suġġett tal-kawża u s-sistema legali Portugiża.
Skont il-liġi kriminali, japplikaw ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni li jirriżultaw mill-Kodiċi Kriminali. Għalhekk, sakemm ma jkunx hemm trattat jew konvenzjoni internazzjonali kuntrarja, il-prinċipju ġenerali fis-seħħ huwa li l-liġi kriminali Portugiża hija applikabbli għal atti mwettqa fit-territorju Portugiż, tkun xi tkun in-nazzjonalità tal-awtur tar-reat, jew abbord bastimenti jew inġenji tal-ajru Portugiżi. Madankollu, sakemm ma jkunx hemm trattat jew konvenzjoni internazzjonali kuntrarja, il-liġi kriminali Portugiża tista’ tapplika għal atti mwettqa barra mit-territorju nazzjonali taħt ċerti ċirkostanzi jew meta jkunu involuti ċerti delitti. Fir-rigward ta’ reati kriminali mwettqa barra mit-territorju nazzjonali li jinvolvu persuni ġuridiċi, id-dritt Portugiż japplika biss meta l-fatti jitwettqu minn jew kontra persuna ġuridika li jkollha s-sede statutorja tagħha fit-territorju Portugiż, irrispettivament minn jekk il-vittma tkunx ċittadin tal-UE jew tgħixx fl-UE jew le.
Intervent fl-investigazzjonijiet mill-Ombudsman, minn korpi tal-ugwaljanza (il-Kummissjoni għall-Ugwaljanza fix-Xogħol u fl-Impjiegi (Comissão para a Igualdade no Trabalho e no Emprego -CITE) u mill-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (Comissão para a Cidadania e Igualdade de Género -
CIG)), mill-
Ispettorat tax-Xogħol u mill-
Ispettorat tal-Ambjent huwa limitat għal ksur tal-liġijiet nazzjonali li jseħħu fit-territorju Portugiż. Il-fatt li vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn kumpanija tranżnazzjonali Ewropea barra mill-Unjoni Ewropea (UE) ma tkunx ċittadin tal-UE jew ma tgħixx fl-UE huwa irrilevanti biex iħeġġeġ intervent minn dawn il-korpi.
Ma hemm l-ebda obbligu legali għal tali rapporti. Madankollu, fil-qafas tal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) għal dawn il-Linji Gwida, ikkoordinat mid-Direttorat Ġenerali għall-Attivitajiet Ekonomiċi (Direção-Geral das Atividades Económicas - DGAE) u l-Aġenzija għall-Investiment u l-Kummerċ Barrani tal-Portugall (Agência para o Investimento e Comércio Externo de Portugal - AICEP Portugal Global), jipprovdi pjattaforma ta’ medjazzjoni u konċiljazzjoni (mhux ġudizzjarja) għas-soluzzjoni ta’ lmenti kontra kumpaniji dwar allegat nuqqas ta’ konformità mal-Linji Gwida. Għalhekk, kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni li tqis li l-azzjonijiet jew l-attivitajiet ta’ intrapriża multinazzjonali ma jkunux konsistenti mal-Linji Gwida tista’ tippreżenta lment formali lill-NCP ibbażat f’wieħed mill-pajjiżi fejn topera dik l-intrapriża. Aktar informazzjoni tinstab hawnhekk, inklużi r-rapporti annwali tal-NCP dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-OECD.
Skont l-Artikolu 67-A tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Código de Processo Penal):
“a) ‘vittma’ tfisser:
i) persuna fiżika li tkun ġarrbet ħsara, fost l-oħrajn fiżika, psikoloġika, emozzjonali jew morali jew ħsara lill-proprjetà, direttament ikkawżata minn att jew ommissjoni fit-twettiq ta’ delitt;
ii) membri tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha kienet ikkawżata direttament minn reat kriminali u li jkunu sofrew ħsara b’riżultat tal-mewt ta’ dik il-persuna;
b) ‘vittma partikolarment vulnerabbli’ tfisser vittma li tkun partikolarment vulnerabbli b’riżultat, fost l-oħrajn, tal-età, l-istat tas-saħħa jew id-diżabilità tagħha, u l-fatt li t-tip, il-livell u d-durata tal-vittimizzazzjoni kkawżaw ħsara b’konsegwenzi serji għall-benesseri psikoloġiku tagħha jew għall-kundizzjonijiet għall-integrazzjoni soċjali tagħha;
c) ‘membri tal-familja’ tfisser il-konjuġi tal-vittma jew il-persuna li tgħix f’koabitazzjoni mal-vittma, il-qraba diretti u l-aħwa tal-vittma, u persuni li jkunu finanzjarjament dipendenti fuq il-vittma;
d) ‘minuri’ tfisser kull persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.”
Wieħed mid-drittijiet stabbiliti fl-Istatut tal-Vittma, approvat bil-Liġi Nru 130/2015 tal-4 ta’ Settembru 2015, huwa l-għajnuna legali, li l-qafas legali tagħha huwa stabbilit fil-Liġi Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004. Fir-rigward tal-għajnuna legali, jekk jogħġbok żur il-paġna< rilevanti tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet tal-bniedem hija pprovduta permezz tal-qrati nazzjonali, skont il-materja li magħha jkun relatat l-att li wassal għal ksur ta’ dak id-dritt. Għalhekk, jistgħu jinqalgħu sitwazzjonijiet, minħabba attivitajiet ta’ negozju, li jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’materji ċivili jew kriminali u għalhekk, skont il-partikolaritajiet tal-każ u n-natura tal-att li wassal għal ksur tad-dritt, il-persuna leża tista’ tieħu azzjoni legali jew tippreżenta kwerela lill-korpi investigattivi – il-pulizija jew l-uffiċċju tal-prosekutur.
Tali protezzjoni tista’ twassal biex jingħata kumpens fil-forma ta’ danni materjali u/jew mhux materjali jekk l-imġiba jew il-prattiki ta’ negozju jinstabu li wasslu għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem.
Diversi tipi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest ta’ attivitajiet kummerċjali jiskattaw ir-responsabbiltà ċivili, amministrattiva jew dixxiplinari.
Ir-reati ambjentali huma previsti kemm fil-leġiżlazzjoni speċjali (eż. l-Ordni ta’ Emerġenza Nru 195/2005 dwar il-protezzjoni ambjentali) kif ukoll fil-Kodiċi Kriminali fost ir-reati kontra s-sigurtà pubblika (it-tixrid ta’ mard fost l-annimali jew fost il-pjanti, il-kontaminazzjoni tal-ilma, it-traffikar ta’ prodotti jew sustanzi tossiċi, ksur tar-reġim tal-materjal nukleari jew ta’ materjal radjuattiv ieħor, ta’ materjali splussivi jew ta’ prekursuri tal-isplussivi ristretti, eċċ.).
Sfruttament serju tal-qawwa tax-xogħol jista’ jitqies bħala ksur tal-Kodiċi Kriminali (reati bħall-iskjavitù, it-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tat-tfal, is-sottomissjoni għal xogħol furzat jew obbligatorju, l-akkwist għal prostituzzjoni jew atti sesswali, l-użu ta’ servizzi ta’ persuna sfruttata) jew tar-regoli kriminali stabbiliti fil-Kodiċi tax-Xogħol.
Fir-rigward tal-istatus ta’ barrani fi proċedimenti ċivili internazzjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi li huma barranin għandhom, skont il-liġi, l-istess drittijiet u obbligi proċedurali quddiem il-qrati Rumeni bħaċ-ċittadini Rumeni u l-persuni ġuridiċi Rumeni.
Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk.
Skont l-Artikolu 9, flimkien mal-Artikolu 12 tal-Kodiċi Kriminali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fi trattat internazzjonali li r-Rumanija hija parti għalih, il-liġi kriminali Rumena hija applikabbli għal atti mwettqa barra mir-Rumanija skont il-prinċipju tal-personalità previst fil-liġi kriminali (l-Artikolu 9 tal-Kodiċi Kriminali), irrispettivament minn jekk il-persuna leża tkunx ċittadin barrani, ċittadin Rumen jew persuna mingħajr Stat jew jekk tkunx fir-Rumanija, jekk ċerti kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati: l-awtur tar-reat ikun persuna ġuridika Rumena; is-sentenza prevista skont il-liġi Rumena fir-rigward tal-att imwettaq tkun għomor il-ħabs jew aktar minn 10 snin priġunerija (anke jekk l-att ma jitqiesx bħala reat kriminali mil-liġi tal-Istat fejn ikun twettaq) – fejn ikunu previsti pieni oħra, l-att irid jiġi kklassifikat bħala reat kriminali wkoll skont il-liġi kriminali tal-pajjiż fejn ikun twettaq (kriminalità doppja) jew irid ikun twettaq f’post li jaqa’ barra mill-ġuriżdizzjoni ta’ kwalunkwe Stat. Il-ħruġ tal-att tal-akkuża huwa suġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-prosekutur ġenerali tal-uffiċċju tal-prosekutur marbut mal-qorti tal-appell li jkollha ġuriżdizzjoni territorjali fuq l-uffiċċju tal-prosekutur imsemmi qabel jew, fejn applikabbli, mill-prosekutur ġenerali tal-uffiċċju tal-prosekutur marbut mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.
Ta’ min jinnota li r-reat kriminali jitqies li twettaq fit-territorju tar-Rumanija wkoll meta r-reat ikun ġie kkummissjonat, istigat jew megħjun u assistit, jew ikun ġie ġġenerat ir-rikavat mir-reat, anke parzjalment, f’dak it-territorju jew fuq bastiment li jtajjar il-bandiera Rumena jew f’inġenju tal-ajru rreġistrat fir-Rumanija. F’dawn il-każijiet, il-liġi kriminali Rumena tapplika skont il-prinċipju tat-territorjalità.
Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati kriminali għal reati kriminali mwettqa barra mit-territorju tar-Rumanija, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (l-Artikolu 42) jistipula li r-reati kriminali mwettqa barra mit-territorju tar-Rumanija jiġu pproċessati minn qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni fuq l-uffiċċju rreġistrat tal-persuna ġuridika li taġixxi bħala l-akkużat. Jekk l-akkużat ma jkollu l-ebda uffiċċju rreġistrat fir-Rumanija, u r-reat kriminali jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti distrettwali, il-kawża tittella’ quddiem il-Qorti Distrettwali tat-tieni Distrett ta’ Bucharest u, fil-każijiet l-oħra, quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni skont il-materja jew l-istatus tal-persuna li tkun minn Bucharest, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi.
Għal reati kriminali li fir-rigward tagħhom il-ħruġ tal-att tal-akkuża jkun kontinġenti fuq il-preżentazzjoni ta’ kwerela minn qabel mill-persuna leża, il-kwerela minn qabel trid tiġi ppreżentata fi żmien 3 xhur mill-jum meta l-persuna li tkun ġarrbet il-ħsara tkun saret taf bl-att.
Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk,
hawnhekk u
hawnhekk.
Skont l-Artikolu 1(1) tal-Liġi Nru 35 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Ombudsman [Instituția Avocatul Poporului]: “L-Ombudsman għandu jkollu l-għan li jissalvagwardja d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi fir-relazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet pubbliċi”; għalhekk, il-mandat tiegħu ma jkoprix ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju.
L-ilmenti tal-konsumaturi mressqa kontra kumpaniji fl-UE jistgħu jgħaddu biss għand iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur fir-Rumanija (ECC Romania) jekk dawk il-konsumaturi jkunu residenti jew ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE (inklużi n-Norveġja u l-Iżlanda) u jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE tkun applikabbli.
L-Awtorità tal-Ispettorat tax-Xogħol [Inspecția Muncii], l-Awtorità Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, it-Tfal u l-Adozzjonijiet [Autoritatea Națională pentru Drepturile Persoanelor cu Dizabilități, Copii și Adopții], l-Aġenzija Nazzjonali għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri [Agenția Națională pentru Egalitatea de Șanse între Femei și Bărbați], il-Gwardja Ambjentali Nazzjonali [Garda Națională de Mediu], l-Awtorità Nazzjonali għall-Protezzjoni tal-Konsumatur [Autoritatea Națională pentru Protecția Consumatorului], u l-Awtorità Nazzjonali għall-Amministrazzjoni u r-Regolazzjoni tal-Komunikazzjonijiet [Autoritatea Națională pentru Administrare și Reglementare în Comunicații (ANCOM)] huma awtoritajiet pubbliċi mingħajr ġuriżdizzjoni f’kawżi transfruntieri.
Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk u
hawnhekk.
Fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżulta minn attivitajiet imwettqa minn korporazzjonijiet tranżnazzjonali Ewropej, fir-Rumanija ma hemm l-ebda sistema obbligatorja ta’ medjazzjoni, madankollu l-medjazzjoni hija possibbli bħala għażla, meta tintgħażel mill-partijiet. Għalhekk, il-persuna li d-drittijiet tagħha inkisru tista’ tagħmel użu mill-protezzjoni ġudizzjarja skont id-dritt komuni, permezz ta’ qorti ċivili jew kriminali, skont it-tip ta’ dritt miksur, jew il-partijiet jistgħu jaqblu li jfittxu s-servizzi ta’ medjatur, li l-professjoni tiegħu hija regolata mil-Liġi Nru 192/2006 dwar il-medjazzjoni u l-organizzazzjoni tal-professjoni ta’ medjatur.
Barra minn hekk, l-Ordni Nru 38/2015 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim bejn il-konsumaturi u n-negozjanti toħloq il-qafas legali biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirreferu, fuq bażi volontarja, talbiet ippreżentati kontra professjonist/impriża lil entitajiet li japplikaw proċeduri alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim b’mod indipendenti, imparzjali, trasparenti, effettiv, rapidu u ġust sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u l-funzjonament bla xkiel tas-suq.
L-aċċess għall-għajnuna legali huwa dritt rikonoxxut u garantit skont id-dritt Rumen. Dan id-dritt huwa bbażat fuq il-kunċett ta’ difiża universali u huwa rikonoxxut għall-persuni kollha, irrispettivament mir-residenza jew min-nazzjonalità, fuq bażi ċirkostanzjali, kif ġej:
I. F’materji ċivili, skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika f’materji ċivili:
a) Għaċ-ċittadini tal-UE: fil-kawżi kollha fejn l-applikazzjoni għall-għajnuna legali pubblika ssir quddiem il-qrati jew awtoritajiet Rumeni oħra li għandhom setgħat ġudizzjarji minn kwalunkwe persuna fiżika li jkollha d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħha fir-Rumanija jew fi Stat Membru ieħor tal-UE (l-Artikolu 2 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008);
b) għaċ-ċittadini mhux tal-UE u persuni mingħajr Stat: fejn l-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati minn persuni fiżiċi li m’għandhomx id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tar-Rumanija jew ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, sa fejn ikun hemm arranġament bejn ir-Rumanija u l-Istat tan-nazzjonalità jew tad-domiċilju tal-applikant, li jinkludi dispożizzjonijiet dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja (l-Artikolu 21^1 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008).
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1084(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, iċ-ċittadini barranin huma intitolati, fil-qrati Rumeni, fi proċedimenti ċivili internazzjonali, għal eżenzjonijiet u tnaqqis fit-taxxi u spejjeż oħra tal-proċedimenti, u għal għajnuna legali bla ħlas bl-istess mod u taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini Rumeni, suġġett għar-reċiproċità mal-Istat tan-nazzjonalità jew tad-domiċilju tal-applikant.
Għalhekk, il-persuna li kienet il-vittma ta’ ksur tad-drittijiet leġittimi tagħha tista’ tapplika għal għajnuna legali jekk hija ma tkunx tiflaħ tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti, kif previst fl-Artikolu 6 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 - l-għajnuna legali pubblika tista’ tingħata fil-forom li ġejjin:
a) il-ħlas tal-onorarji għar-rappreżentanza, l-għajnuna legali u, fejn applikabbli, id-difiża minn avukat maħtur mill-qorti jew tal-għażla tagħha sabiex jiġi żgurat l-eżerċitar jew il-protezzjoni ta’ dritt jew interess leġittimu fil-qorti jew sabiex tiġi evitata tilwima, minn hawn ’il quddiem imsejħa “assistenza minn avukat”;
b) il-ħlas tal-perit, tat-traduttur jew tal-interpretu użat fil-proċedimenti, bil-kunsens tal-qorti jew tal-awtorità b’setgħat ġudizzjarji jekk tali ħlas ikun jaqa’ fuq il-persuna li tapplika għal għajnuna legali pubblika skont il-liġi;
c) il-ħlas tal-onorarji tal-uffiċjal ġudizzjarju;
d) eżenzjonijiet mill-ispejjeż legali, it-tnaqqis, il-ħlas bin-nifs jew id-differiment tagħhom, kif previst mil-liġi, inklużi dawk dovuti fl-istadju tal-eżekuzzjoni.
Madankollu, id-dritt għall-għajnuna legali ma huwiex dritt assolut u l-persuna li tapplika għall-għajnuna legali trid tagħti prova tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li tafferma l-fatt li hija ma tiflaħx tħallas għas-servizzi ta’ avukat tal-għażla tagħha jew li ma tiflaħx tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti, bħat-taxxa tal-boll, l-onorarji tal-periti, ir-rapporti tal-periti, eċċ F’dan ir-rigward, l-Artikolu 16(1) tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 jistipula li: l-għajnuna legali pubblika tista’ tiġi rrifjutata meta tintalab b’mod abbużiv, meta l-ispiża stmata tagħha tkun sproporzjonata meta mqabbla mal-valur tas-suġġett tal-kawża u meta ma tkunx mitluba sabiex tissalvagwardja interess leġittimu, jew tintalab għal azzjoni li tmur kontra l-ordni pubbliku jew kostituzzjonali.
L-għajnuna legali pubblika msemmija f’din l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern tingħata f’kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi, tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali, kif ukoll f’materji oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi kriminali.
F’kawżi kriminali, huwa obbligatorju li tingħata għajnuna legali lill-persuna leża meta dik il-persuna/ir-rikorrent ċivili ma tkunx abilitata jew ikollha abilità limitata biex taġixxi (skont l-Artikolu 93(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 93(5), meta l-korp ġudizzjarju jqis li, għal ċerti raġunijiet, il-parti leża, ir-rikorrent ċivili ... ma tkunx tista’ tiddefendi lilha nnifisha, dan għandu jagħmel arranġamenti għal avukat maħtur mill-qorti.
L-Artikolu 29(1)(f) tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013 dwar it-taxxa tal-boll tal-qorti, kif emendata sussegwentement, jipprevedi eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa għal azzjonijiet u talbiet, inklużi appelli, kemm ordinarji kif ukoll straordinarji, ippreżentati għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur, meta l-persuni fiżiċi u l-assoċjazzjonijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur ikollhom il-kapaċità ta’ rikorrenti kontra operaturi ekonomiċi li jkunu kisru d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-konsumaturi.
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-vittmi ta’ reat jibbenefikaw mill-applikazzjoni tal-Liġi Nru 211/2004 dwar ċerti miżuri biex jiġu żgurati l-informazzjoni, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ reati, li, bħalma jgħid it-titolu tal-liġi, tipprevedi l-informazzjoni, l-appoġġ, il-protezzjoni, ir-rikonoxximent u l-miżuri ta’ valutazzjoni disponibbli għall-vittmi ta’ reati kriminali, mingħajr ma tali miżuri jkunu jiddependu fuq il-preżentazzjoni ta’ kwerela lill-korpi ta’ prosekuzzjoni.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar dan minn hawnhekk.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fir-Repubblika Slovakka, kull persuna għandha d-dritt għal trattament indaqs meta teżerċita d-drittijiet tagħha u għall-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni. In-negozji jridu jirrispettaw il-prinċipju ta’ trattament indaqs, mhux biss fil-provvista ta’ oġġetti u ta’ servizzi, iżda anki fir-rigward tal-impjieg, kemm għall-persuni li qed ifittxu impjieg kif ukoll għall-impjegati nfushom.
Wieħed mid-drittijiet fundamentali mnaqqxa fil-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka huwa d-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja, li wieħed isegwi d-drittijiet tiegħu quddiem qrati indipendenti, inkluża l-Qorti Kostituzzjonali, jew quddiem awtorità oħra tar-Repubblika Slovakka, jekk il-liġi tipprevedi hekk.
Id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja jiġi eżerċitat permezz ta’ rikors għall-ftuħ tal-proċeduri. Jekk ikun hemm ksur jew theddida ta’ dritt soġġettiv, id-detentur ta’ dak id-dritt, kemm jekk ikun persuna fiżika jew inkella persuna ġuridika, jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu għal protezzjoni ġudizzjarja billi jitlob il-ftuħ tal-proċeduri, jiġifieri billi jiftaħ kawża legali. Kull persuna fiżika jew ġuridika hija intitolata li tiftaħ kawża legali. Il-qrati jridu jikkunsidraw kull kawża.
Irid ikun ċar mill-kawża x’inhu jitlob ir-rikorrent, jiġifieri x’forma ta’ ordni jew ta’ rimedju qed tintalab. Fil-forma ta’ ordni mitluba (it-talba), ir-rikorrent jiddefinixxi l-każ li l-qorti għandha tisma’ u tiddeċiedi dwaru. Il-qorti ma tistax tagħti xi ħaġa oħra ħlief dak li jintalab fir-rikors. Sintendi, skont ir-riżultati tal-proċeduri, il-qorti tista’ tagħti anqas minn dak li jkun qed jitlob ir-rikorrent; tista’ tagħti aktar biss meta l-liġi tistabbilixxi forma speċifika ta’ soluzzjoni bejn il-partijiet jew meta l-proċeduri jkunu setgħu nbdew fuq inizjattiva tal-qorti stess.
Għalhekk, il-vittma ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’kuntest kummerċjali għandha d-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja, u meta tiftaħ il-kawża tispeċifika, ir-rikors għandu jiddetermina l-elementi li jridu jiġu eżaminati u deċiżi u l-kumpens li jkun qed jintalab mir-rikorrent quddiem il-qorti.
F’każijiet li jinvolvu interferenza illegali mal-unur, mad-dinjità, mas-saħħa jew mal-privatezza ta’ persuna fiżika, il-ħajja tal-familja tagħha, eċċ., il-persuna li tkun ġarrbet id-dannu għandha d-dritt li tfittex kumpens għal telf mhux finanzjarju fil-qorti. L-ammont tat-telf mhux finanzjarju jiġi ddeterminat f’termini monetarji primarjament b’referenza għal dawn li ġejjin:
Il-Kodiċi Indutrijali jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fir-relazzjonijiet tax-xogħol, u b’hekk jirrikjedi b’mod dirett li n-negozji jirrispettaw il-prinċipju ta’ trattament indaqs fir-relazzjonijiet prekuntrattwali u tax-xogħol tagħhom. Miżuri aktar dettaljati huma pprovduti mill-Att Kontra d-Diskriminazzjoni, li jipprojbixxi diskriminazzjoni fl-impjieg u relazzjonijiet legali simili għal raġunijiet ta’ sess, reliġjon jew twemmin, ta’ razza, ta’ nazzjonalità jew grupp etniku, ta’ diżabilità, ta’ età, ta’ orjentazzjoni sesswali, ta’ stat ċivili u stat tal-familja, ta’ kulur tal-ġilda, ta’ lingwa, ta’ twemmin politiku jew ieħor, ta’ oriġini nazzjonali jew soċjali, ta’ proprjetà, ta’ ġeneru jew status ieħor, jew minħabba rapport ta’ reat jew ta’ attività antisoċjali oħra.
Skont l-Att dwar is-Sigurtà u s-Saħħa Okkupazzjonali, in-negozji jridu jissorveljaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri, il-binjiet, it-toroq, il-makkinarju u t-tagħmir tekniku, il-proċeduri tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, eċċ., sabiex jiġu żgurati s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol.
Il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka tipprovdi li ħadd ma jista’ jintbagħat għal xogħol furzat jew għal servizz furzat.
Reati li jinvolvu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, pereżempju kontra l-libertà (bħat-traffikar tal-bnedmin, ir-restrizzjoni tal-libertà personali jew ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ residenza), kif ukoll reati li jinvolvu periklu għall-pubbliku u kontra l-ambjent (eż. rimi illegali tal-iskart, rimi mhux awtorizzat ta’ sustanzi niġġiesa, ksur tal-obbligi ta’ protezzjoni tal-ilma u l-arja, produzzjoni u ġestjoni mhux awtorizzati ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu u oħrajn) huma kklassifikati fil-Kodiċi Kriminali bħala reati meta jkun hemm intenzjoni kriminali, u l-liġi tipprevedi piena massima ta’ priġunerija ta’ aktar minn ħames snin għalihom. Ir-responsabbiltà kriminali għal reati bħal dawn tiġġarrab mill-awturi, li jistgħu jkunu persuni fiżiċi skont il-Kodiċi Kriminali jew persuni ġuridiċi skont l-Att dwar ir-Responsabbiltà Kriminali tal-Persuni Ġuridiċi u l-Kodiċi Kriminali.
Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li f’każijiet ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi reati ambjentali u sfruttament serju ta’ ħaddiema, japplikaw regoli speċifiċi għat-tul tas-sentenza, li jkunu ogħla skont il-Kodiċi Kriminali fil-każ ta’ delitt milli fil-każ ta’ kontravvenzjoni.
Fil-każ ta’ tilwim dwar id-dritt internazzjonali, irid jiġi ddeterminat liema qorti tkun se tikkunsidra u tiddeċiedi l-każ, u huwa wkoll meħtieġ li jiġi ddeterminat taħt liema liġi għandhom jiġu ddeterminati l-fatti. L-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u Proċedurali, li l-għan tiegħu huwa li jiddetermina liema ordinament ġuridiku jirregola r-relazzjonijiet ċivili, kummerċjali, familjari, industrijali u relazzjonijiet simili oħra b’element internazzjonali, jinkludi parti mil-Liġi Proċedurali Internazzjonali li tistabbilixxi każijiet li l-qrati Slovakki għandhom il-ġuriżdizzjoni għalihom, il-każijiet li l-qrati Slovakki għandhom ġuriżdizzjoni esklużiva għalihom u l-każijiet li l-partijiet għat-tilwima jkunu liberi li jagħżlu l-għażla ta’ proċedura quddiem qorti Slovakka għalihom. Irid jiġi enfasizzat li l-qrati Slovakki dejjem isegwu r-regolamenti proċedurali Slovakki, u jekk l-awtorità ġudizzjarja Slovakka tonqos milli tistabbilixxi l-kontenut ta’ liġi barranija f’perjodu ta’ żmien raġonevoli jew jekk ikun diffiċli jew impossibbli li jiġi stabbilit il-kontenut ta’ liġi barranija, fil-proċedura tintuża l-liġi Slovakka.
Fis-sitwazzjoni inkwistjoni, normalment ikunu biss id-dispożizzjonijiet tal-Att Slovakk dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u Proċedurali li jikkonċernaw l-għażla tal-ġuriżdizzjoni permezz ta’ ftehim reċiproku li jiġi applikat, jiġifieri ż-żewġ partijiet għat-tilwima jaqblu li l-każ jinstema’ quddiem il-qrati Slovakki. Madankollu, jekk ftehim dwar il-ġuriżdizzjoni jkun ta’ benefiċċju għal parti waħda biss, id-dritt tal-parti li tapplika quddiem qorti oħra jibqa’ protett. Fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratti ta’ impjieg, ma’ kuntratti ta’ assigurazzjoni u ma’ kuntratti tal-konsumatur, il-ftehimiet ta’ ġuriżdizzjoni jkunu validi biss jekk ma jipprekludux il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-Istat fejn jirrisjedi l-attur jew jekk jiġu konklużi wara li tinqala’ t-tilwima.
Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lil:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka
Id-Difensur Pubbliku tad-Drittijiet tal-Bniedem (Ombudsman) huwa stabbilit permezz tal-Kostituzzjoni Slovakka. L-Ombudsman Slovakk jinħatar mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka u jista’ jiġi avviċinat minn persuni fiżiċi u ġuridiċi jekk dawn jemmnu li d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali tagħhom inkisru minħabba azzjoni, deċiżjoni jew ommissjoni ta’ awtorità pubblika. Dan ifisser li persuna li ma tkunx tgħix fis-Slovakkja jew li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ma jkunux inkisru mill-awtoritajiet pubbliċi Slovakki tista’ titlob parir mingħand l-Ombudsman Slovakk, iżda l-Ombudsman ma jkollux kompetenza legali sabiex jittratta l-kwistjoni jew sabiex jaġixxi fuq il-kwistjoni.
Fis-Slovakkja, iċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem (Slovenské národné stredisko pre ľudské práva) huwa l-istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-korp nazzjonali kontra d-diskriminazzjoni. Il-kompitu ewlieni taċ-Ċentru huwa li jiżgura r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, inkluż il-prinċipju ta’ trattament ugwali fir-Repubblika Slovakka. Huwa jwettaq firxa wiesgħa ta’ attivitajiet sabiex jissodisfa l-missjoni tiegħu u jipprovdi diversi servizzi fil-qasam tal-protezzjoni u tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jikkoopera mill-qrib mal-organizzazzjonijiet u mal-istituzzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem. F’Settembru 2018, iċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem stabbilixxa l-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għan-Negozju u għad-Drittijiet tal-Bniedem. F’konformità mal-leġiżlazzjoni li tirregola l-attivitajiet u l-funzjonament tal-entità fundatriċi, dan jipprovdi, fost affarijiet oħra, pariri legali dwar id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol (inkluża r-rappreżentanza mingħajr ħlas fi proċeduri legali) u l-konsultazzjoni dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kull fejn huwa possibbli – minn kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri sal-ħarsien tal-ambjent iżda biss fis-Slovakkja (f’konformità mal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, li skont din il-qorti ġenerali għal persuna fiżika hija l-qorti li l-persuna fiżika tgħix fit-territorju tagħha, u f’konformità mal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u Proċedurali).
Fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent, is-Slovakkja għandha l-Ispettorat Ambjentali Slovakk (Slovenská inšpekcia životného prostredia) li permezz tiegħu l-Ministeru tal-Ambjent iwettaq superviżjoni mill-Istat u jimponi pieni fuq persuni fiżiċi, negozji u persuni ġuridiċi oħra f’konformità mal-Att dwar il-Protezzjoni tan-Natura u tal-Pajsaġġ, u li l-ġuriżdizzjoni tiegħu tkopri t-territorju tar-Repubblika Slovakka, u, għalhekk, il-ksur ta’ dan l-Att irid ikun seħħ fit-territorju tar-Repubblika Slovakka.
L-Att dwar l-Ispezzjonijiet tax-Xogħol u dwar ix-Xogħol Illegali u l-Impjieg Illegali jirregola l-ispezzjoni tax-xogħol fit-territorju tar-Repubblika Slovakka, li jfisser li l-ksur ta’ dan l-Att irid ikun seħħ fit-territorju tar-Repubblika Slovakka.
Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li jekk persuna temmen li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem tagħha nkisru iżda ma tkunx ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u ma tkunx tgħix fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, din ma tistax tfittex protezzjoni legali effettiva mill-awtoritajiet nazzjonali li jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-Repubblika Slovakka.
Ir-Repubblika Slovakka ma tobbligax lill-korporazzjonijiet multinazzjonali Ewropej jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti, peress li dan l-obbligu jiġi impost biss fuq l-awtoritajiet tal-Istat u l-unitajiet territorjali awtogovernattivi u korpi oħra tar-Repubblika Slovakka f’konformità mal-Att dwar l-Ilmenti. Bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Slovakka trid timplimenta l-leġiżlazzjoni Ewropea.
Fis-Slovakkja, il-kumpaniji multinazzjonali jistgħu jikkuntattjaw lill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali għan-Negozju u għad-Drittijiet tal-Bniedem, li jipprovdi taħriġ, konsultazzjoni u pariri legali f’dan il-qasam.
Il-medjazzjoni hija proċess volontarju li jservi sabiex itaffi l-volum ta’ xogħol relatat mat-tilwimiet lill-qrati. Fis-Slovakkja, il-medjazzjoni hija rregolata bl-Att dwar il-Medjazzjoni u tipprovdi soluzzjoni ekstraġudizzjarja għat-tilwim fl-oqsma tad-dritt ċivili, tal-liġi tal-familja u tal-obbligi kummerċjali u tar-relazzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll għal tilwim transfruntiera li jirriżulta minn relazzjonijiet legali simili bejn entitajiet residenti jew normalment residenti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, jenħtieġ li l-qorti dejjem tfittex li tilħaq ftehim bonarju. Il-qorti tista’ tipproponi li l-partijiet jilħqu ftehim permezz ta’ medjazzjoni, iżda din ma tistax tiġi ordnata. Il-medjazzjoni teħtieġ il-kunsens volontarju tal-partijiet involuti u approċċ attiv mingħandhom.
Fis-Slovakkja, l-Att dwar il-Vittmi ta’ Reati jipprovdi d-definizzjoni li ġejja tat-terminu “vittma”: vittmi partikolarment vulnerabbli (tfal, persuni ta’ aktar minn 75 sena, persuni b’diżabbiltà, vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, ta’ kriminalità organizzata, ta’ wieħed mir-reati kontra d-dinjità tal-bniedem, ta’ wieħed mir-reati terroristiċi, vittmi ta’ reati ta’ vjolenza jew ta’ theddidiet ta’ vjolenza minħabba s-sess, l-orjentazzjoni sesswali, in-nazzjonalità, ir-razza jew l-etniċità, ir-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, vittmi ta’ reati oħra esposti għal riskju ogħla ta’ vittimizzazzjoni ripetuta abbażi ta’ valutazzjoni individwali tal-vittma u tal-karatteristiċi personali tagħha, abbażi tar-relazzjoni mal-awtur jew tad-dipendenza fuq id-delinkwent u tat-tip jew in-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat) għall-finijiet tal-proċeduri skont il-liġi Slovakka.
L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi (prosekuturi u pulizija), il-qrati u l-entitajiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi jridu jinformaw lill-vittmi bid-drittijiet tagħhom b’mod sempliċi u li jinftiehem. B’mod partikolari, huma ser iqisu d-diffikultajiet fil-fehim jew fil-komunikazzjoni li jirriżultaw minn ċerti tipi ta’ diżabbiltà, l-għarfien lingwistiku jew il-kapaċità limitata ta’ vittma li tesprimi ruħha. Fil-proċeduri kriminali, il-vittmi jkollhom l-istatus ta’ parti li rrapportat reat, ta’ parti li tkun ġarrbet dannu jew ta’ xhud u jkollhom id-drittijiet u l-obbligi assoċjati mal-istatus tiegħu skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, il-qrati u l-entitajiet li jipprovdu assistenza lill-vittmi jwettqu valutazzjonijiet individwali tal-vittmi fir-rigward tal-gravità tar-reat imwettaq sabiex jiddeterminaw jekk il-vittma hijiex partikolarment vulnerabbli, bl-għan ta’ prevenzjoni ta’ vittimizzazzjoni ripetuta.
Il-vittmi jingħataw assistenza legali fil-forma ta’ informazzjoni legali u ta’ rappreżentazzjoni legali fi proċeduri kriminali u fi proċeduri ċivili u fit-talba għad-danni. L-assistenza legali tingħata lill-vittmi miċ-Ċentru għall-Assistenza Legali (Centrum právnej pomoci) taħt il-kundizzjonijiet u skont l-ambitu stabbilit mill-Att dwar l-Assistenza Legali għal Persuni fi Bżonn Materjali. Iċ-Ċentru għall-Assistenza Legali jipprovdi assistenza legali lill-persuni fiżiċi kollha involuti f’tilwimiet nazzjonali iżda, f’tilwimiet transfruntiera, jipprovdiha biss lil persuni fiżiċi residenti jew normalment residenti fit-territorju ta’ Stat Membru. Skont it-termini ta’ trattat internazzjonali li r-Repubblika Slovakka hija marbuta bih jew abbażi ta’ reċiproċità ddikjarata mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka, l-assistenza legali tiġi pprovduta wkoll għall-fini ta’ proċeduri quddiem qorti fir-Repubblika Slovakka lil ċittadini ta’ stat li jkun parti fi trattat internazzjonali jew lil persuni normalment residenti fit-territorju ta’ tali stat jew lil persuni meta s-suġġett tal-proċeduri f’qorti tar-Repubblika Slovakka jkun direttament relatat mar-residenza abitwali preċedenti tagħhom fit-territorju tar-Repubblika Slovakka. Ir-rappreżentanza minn avukat skont l-Att dwar il-Professjoni Legali u l-Att dwar in-Negozju mhijiex eskluża.
Dawk li huma fil-bżonn materjali (l-introjtu tagħhom huwa anqas minn 1.4 darbiet tal-livell ta’ sussistenza (fis-Slovakkja) jew li qed jirċievu benefiċċji fil-bżonn materjali (fis-Slovakkja)), u fejn it-tilwima ma tkunx manifestament mingħajr mertu u l-valur tat-tilwima jkun jaqbeż il-valur tal-paga minima stabbilita bil-liġi, huma intitolati għal assistenza legali mingħajr ħlas miċ-Ċentru għall-Assistenza Legali.
L-applikanti huma eliġibbli għall-assistenza legali permezz taċ-Ċentru għall-Assistenza Legali b’kontribuzzjoni ta’ 20% tal-kostijiet tar-rappreżentazzjoni legali jekk fl-istess ħin jissodisfaw it-tliet kundizzjonijiet li ġejjin: l-introjtu tal-applikant jaqbeż il-1.4 darbiet tal-minimu ta’ sussistenza (fis-Slovakkja) u fl-istess ħin ma jaqbiżx 1.6 darbiet dak l-ammont, u ma jkunx jista’ jikseb servizzi legali bl-assi tiegħu, it-tilwima ma tkunx manifestament mingħajr mertu, u l-valur tat-tilwima jkun jaqbeż il-valur tal-paga minima stabbilit bil-liġi. Iċ-Ċentru dejjem jivvaluta l-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet qabel jagħti l-għajnuna legali.
F’każijiet oħra, il-vittmi jqabbdu l-avukat tagħhom stess bi spejjeż tagħhom.
Il-ħarsien tad-drittijiet tal-informaturi jikkostitwixxi grupp speċjali. L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informaturi jirregola l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ protezzjoni lil persuni f’relazzjoni ta’ impjieg b’rabta mar-rapportar ta’ reati jew ta’ attivitajiet antisoċjali oħra, id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni meta jirrapportaw attivitajiet antisoċjali, U l-istabbiliment, l-istatus u l-kompetenza tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Informaturi (Úrad na ochranu oznamovateľov protispoločenskej činnosti).
L-informaturi jistgħu jitolbu protezzjoni meta jirrapportaw attività antisoċjali serja li tikkostitwixxi reat jew matul proċeduri kriminali. It-talba ssir lil prosekutur pubbliku. Jekk talba għall-protezzjoni tal-informaturi ssir lil awtorità pubblika oħra, din tintbagħat lil prosekutur pubbliku mingħajr dewmien. Jekk il-prosekutur isib li l-informatur li jkun talab il-protezzjoni jkun għamel notifika kkwalifikata, dan għandu jipprovdi l-protezzjoni immedjatament. Tingħata protezzjoni speċjali lill-informaturi sabiex tiġi evitata l-vittimizzazzjoni tagħhom b’tali mod li l-informatur ma jisfax vittma tad-delinkwent permezz ta’ theddid, ta’ intimidazzjoni, ta’ koerċizzjoni jew ta’ abbużi tal-poter, jew permezz ta’ tpattija jew inkella permezz tal-influwenzar tal-integrità fiżika jew psikoloġika tal-vittma.
F’każijiet li fihom il-vittma tilmenta dwar diskriminazzjoni, il-protezzjoni tiġi pprovduta skont l-Att Kontra d-Diskriminazzjoni li jistipula li miżuri mhux iġġustifikati kontra lmentatur ukoll jitqiesu bħala forma ta’ diskriminazzjoni. F’każijiet ta’ diskriminazzjoni, iċ-Ċentru Nazzjonali Slovakk għad-Drittijiet tal-Bniedem jipprovdi pariri legali u jista’ jirrappreżenta wkoll lill-vittma fi proċeduri legali.
Dan ma jikkunsidrax in-nazzjonalità tal-vittma, iżda l-protezzjoni tista’ tingħata biss lill-vittmi li jinsabu fit-territorju tar-Repubblika Slovakka.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fl-Iżvezja, ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju u tipi oħra ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Ma hemm l-ebda regolament speċjali fil-qasam tad-drittijiet tan-negozju u tal-bniedem. Ir-rimedji legali fis-sistema legali Żvediża huma konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-Iżvezja hija firmatarja tagħhom.
Il-protezzjoni ġudizzjarja kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem hija minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fil-Kostituzzjoni Żvediża.
Jekk taħseb li sofrejt ksur tad-drittijiet tal-bniedem tiegħek, hemm diversi awtoritajiet li tista’ tirreferi għalihom, skont dak li seħħ.
Tista’ titlob proċedimenti tal-qorti jew rieżami minn korp ta’ rieżami Żvediż, jew tappella lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali.
Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-każ tiegħek jista’ jinstema’ fil-qorti, b’xi mod jew ieħor. Ir-reati kriminali jistgħu jitressqu quddiem il-qorti minn prosekutur. Jekk il-prosekutur jagħżel li ma jipproċedix, f’xi każijiet għandek l-għażla li tagħmel dan inti stess. Fl-aħħar mill-aħħar, tista’ tippreżenta talba għal kumpens kontra l-Istat.
Hemm tliet tipi ta’ qorti fl-Iżvezja:
Id-diversi ombudsmen jirrieżaminaw il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem.
Kull min jemmen li huwa jew xi ħadd ieħor ġie ttrattat b’mod żbaljat jew inġust minn awtorità jew uffiċjal f’awtorità tal-Istat jew fis-settur muniċipali jista’ jappella lill-Ombudsman Parlamentari (Justitieombudsmannen). L-Ombudsman Parlamentari jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġijiet u regolamenti oħra fl-attivitajiet pubbliċi.
Skont il-mandat tiegħu, is-superviżjoni tal-Ombudsman Parlamentari tkopri wkoll “individwi oħra li l-impjieg jew il-kompitu tagħhom jinvolvu l-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika, sa fejn dan l-aspett tal-attivitajiet tagħhom huwa kkonċernat” u “uffiċjali u dawk impjegati minn intrapriżi pubbliċi, waqt li jkunu qegħdin iwettqu attivitajiet, f’isem tali intrapriża, li fihom, permezz tal-aġenzija tal-intrapriża, il-Gvern jeżerċita influwenza deċiżiva”.
Ċerti funzjonijiet superviżorji huma eżerċitati wkoll mill-Kanċillier tal-Ġustizzja (justitiekanslern), li jinħatar mill-Gvern. Id-dmirijiet tal-Kanċillier tal-Ġustizzja jinkludu l-eżami tal-ilmenti u s-soluzzjoni tat-talbiet għad-danni diretti lejn l-Istat.
L-Uffiċċju tal-Ombudsman għall-Ugwaljanza (diskrimineringsombudsmannen) huwa aġenzija tal-gvern responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità mal-Att dwar id-Diskriminazzjoni. L-Ombudsman huwa meħtieġ jipprova, fl-ewwel lok, iġiegħel lil dawk li jaqgħu taħt l-Att biex jikkonformaw mal-Att b’mod volontarju. Madankollu, l-Ombudsman jista’ wkoll iressaq rikors quddiem il-qorti f’isem individwu li jagħti l-kunsens tiegħu għal dan. Dawk li jiksru l-Att dwar id-Diskriminazzjoni jistgħu jinstabu responsabbli biex iħallsu kumpens għad-diskriminazzjoni lill-persuna ddiskriminata.
Il-linji gwida tal-OECD għall-kumpaniji multinazzjonali jipprovdu l-għażla li l-każ tiegħek jinstema’ permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCPs). L-NCP Żvediż huwa kollaborazzjoni tripartitika bejn l-Istat, is-settur tan-negozju u t-trade unions.
L-Istat huwa rrappreżentat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li jsejjaħ il-laqgħat, u jistgħu jiġu mistiedna dipartimenti oħra tal-gvern. Is-settur tan-negozju huwa rrappreżentat mill-Konfederazzjoni Żvediża tal-Intrapriżi, mill-Federazzjoni Żvediża tal-Kummerċ u mill-Federazzjoni Żvediża tas-Sidien tan-Negozji, filwaqt li t-trade unions huma rrappreżentati mill-Konfederazzjoni Żvediża tat-Trade Unions, mill-Konfederazzjoni Żvediża tal-Assoċjazzjonijiet Professjonali, mill-Unjoni, Unionen, IF Metall u mill-Assoċjazzjoni Żvediża tal-Inġiniera Gradwati. Peress li l-linji gwida huma volontarji, l-NCP ma għandu l-ebda kapaċità li jimponi penali. Il-kompitu ewlieni tal-punt ta’ kuntatt huwa li jħeġġeġ lill-kumpaniji jsegwu l-linji gwida u jikkooperaw biex isolvu l-problemi f’każijiet individwali permezz ta’ djalogu u diskussjoni.
Il-punt ta’ kuntatt nazzjonali (NCP) - Regeringen.se
Ma hemm l-ebda regola speċifika għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, la fil-livell nazzjonali u lanqas fil-livell internazzjonali. Madankollu, il-prinċipju tal-proporzjonalità għandu rwol fil-valutazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-gravità ta’ ksur. Il-protezzjoni ġudizzjarja kontra l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem hija minquxa fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u fil-Kostituzzjoni Żvediża.
Kundizzjoni bażika biex individwu barrani jkun jista’ jressaq kawża quddiem qorti Żvediża hija li dan ikun jista’ jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni Żvediża, jiġifieri juri li qorti Żvediża għandha l-ġuriżdizzjoni li tiddikjara r-rikors ammissibbli. L-għażliet għal dan ivarjaw fil-każijiet differenti:
Il-qrati Żvediżi jridu jeżaminaw fuq inizjattiva tagħhom stess jekk hemmx ġuriżdizzjoni Żvediża. Sabiex talba taqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni Żvediża jfisser li qorti Żvediża għandha l-ġuriżdizzjoni li tittratta u tgħaddi sentenza dwar il-mertu tal-kawża.
F’każijiet fejn il-kumpanija li twettaq il-ksur (il-konvenuta) tkun domiċiljata fi Stat Membru tal-UE, japplika r-Regolament Brussell I. Madankollu, ir-Regolament fih ukoll għadd ta’ regoli dwar il-ġuriżdizzjoni li l-applikazzjoni tagħhom ma tiddependix fuq fejn ikun domiċiljat il-konvenut. Jekk il-konvenut ikun domiċiljat fl-Iżlanda, fin-Norveġja jew fl-Iżvizzera, il-Konvenzjoni ta’ Lugano tiddetermina l-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni. Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fl-UE jew f’pajjiż li huwa firmatarju tal-Konvenzjoni ta’ Lugano, il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata permezz ta’ applikazzjoni b’analoġija tar-regoli dwar il-kunflitt tal-ġuriżdizzjoni stabbiliti fil-Kapitolu 10 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja tal-Iżvezja, filwaqt li jitqies ir-rekwiżit bażiku li jkun hemm interess Żvediż fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja biex qorti Żvediża tkun disponibbli.
Id-domiċilju tal-individwu li d-drittijiet tiegħu jkunu nkisru ġeneralment ma jkunx sinifikanti għall-applikazzjoni tar-Regolament Brussell I. Madankollu, f’xi każijiet, huwa meħtieġ li l-attur ikun domiċiljat fi Stat Membru jew li ċ-ċirkostanza li tifforma l-bażi tal-ġuriżdizzjoni tkun attribwibbli għal Stat Membru.
Il-fattur determinanti jkun li ċ-ċirkostanzi li jiffurmaw il-bażi tal-ġuriżdizzjoni jridu jkunu jeżistu fil-mument li l-kawża titressaq quddiem il-qorti.
Hija l-qorti Żvediża li tapplika d-dritt internazzjonali privat Żvediż li tiddetermina d-dritt ta’ liema pajjiż għandu japplika għal talba li tirriżulta minn ksur tad-drittijiet li jinstema' f’qorti Żvediża. B’mod ġenerali, dan ifisser li jrid japplika d-dritt tal-pajjiż fejn ikun seħħ id-dannu. Għalhekk jekk ikun seħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem barra mill-Iżvezja, it-talba tal-vittma rari tkun suġġetta għad-dritt Żvediż. Dan japplika irrispettivament minn jekk l-individwu jkunx għażel li jifformula t-talba tiegħu għal raġunijiet kuntrattwali (kuntratt ta’ impjieg) jew mhux kuntrattwali (fin-nuqqas ta’ kuntratt ta’ impjieg). Ir-raġuni ewlenija għal dan hija li r-rabta mal-Iżvezja ma hijiex b’saħħitha biżżejjed.
Għall-kuntrarju tal-kontenut tad-dritt Żvediż, il-kontenut tad-dritt barrani huwa kwistjoni ta’ fatt fil-qrati Żvediżi. Għalhekk individwu li jibbaża t-talba tiegħu fuq id-dritt barrani jrid iressaq prova biex jikkorrobora dan, eż. fil-forma ta’ dikjarazzjoni ta’ espert. Dan jista’ jinvolvi ċerti kostijiet.
Anke meta talba tkun suġġetta għad-dritt barrani, jista’ jkun hemm xi lok għall-qrati Żvediżi li japplikaw id-dritt Żvediż dment li jkun hemm kwistjoni ta’ regoli vinkolanti fuq livell internazzjonali jew fejn id-dritt barrani jkun f’kunflitt mal-ordni pubbliku Żvediż. Madankollu, tali proċeduri ta’ emerġenza jiġu applikati b’mod rari ħafna. Sakemm tiġi stabbilita l-ġurisprudenza minn, pereżempju, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-qrati Żvediżi, lanqas ma ġie ċċarat sa liema punt talba għal kumpens li tikkonċerna ksur tad-drittijiet tal-bniedem twassal għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ta’ eżenzjoni, eż. bħala riżultat tan-nuqqasijiet fil-protezzjoni tad-drittijiet fil-pajjiż fejn ikun seħħ id-dannu.
Dment li jkun hemm ġuriżdizzjoni Żvediża u li jkun hemm talba protetta li tista’ tiġi eżegwita (eż. abbażi tad-dritt barrani applikabbli), l-aċċessibbiltà għall-qrati Żvediżi hija relattivament tajba. Barra minn hekk, il-possibbiltajiet legali għal individwu barrani biex jaġixxi bħala parti f’tilwima Żvediża huma fil-prinċipju simili għal dawk li japplikaw għaċ-ċittadini Żvediżi.
Jekk individwu barrani jiltaqa’ ma’ ostakli finanzjarji jew prattiċi oħra biex jivvjaġġa lejn il-qorti rilevanti fl-Iżvezja, jista’ jiġi preżunt li l-qorti se taħdem biex issolvi dan, pereżempju billi tippermetti d-dehra permezz tat-telefown jew tal-vidjow.
Xi ċittadini barranin li ma jkunux domiċiljati fl-Iżvezja u li jressqu kawża kontra persuna ġuridika Żvediża f’qorti Żvediża jridu, fuq rikors tal-konvenut, jipprovdu garanzija għall-ispejjeż legali futuri tal-konvenut. L-Avviż dwar l-eżenzjonijiet għall-atturi barranin milli jipprovdu garanzija għall-ispejjeż legali f’ċerti każijiet tal-15 ta’ Mejju 2014 jistabbilixxi liema ċittadini barranin u persuni ġuridiċi huma eżentati mill-obbligu li jipprovdu garanzija.
Il-possibbiltajiet għal individwu barrani li jiggarantixxi finanzjament pubbliku għat-tariffi tal-qorti u tal-ombudsman huma limitati, tal-anqas jekk l-individwu jkun ċittadin ta’ pajjiż mhux tal-UE. L-akbar opportunità għall-finanzjament pubbliku hija fejn talba għal kumpens tiġi ppreżentata bħala talba individwali b’rabta ma’ kawża kriminali. Il-possibbiltajiet li tiġi stabbilita soluzzjoni ta’ finanzjament privat huma altrimenti dipendenti ħafna fuq iċ-ċirkostanzi finanzjarji u soċjali personali tal-individwu barrani.
Memorandum lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar il-possibbiltà li individwu jressaq kawża kontra kumpanija Żvediża f’qorti Żvediża minħabba ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq barra mill-Iżvezja. Mannheimer Swartling (2015)https://docplayer.se/7222881-Promemoria-till-utrikesdepartementet.html
Aktar informazzjoni dwar il-gwida ta’ kif tinfetaħ kawża quddiem il-qrati hija disponibbli fuq https://www.domstol.se/en/
Ara l-mistoqsija 1.
L-Istitut Żvediż għad-Drittijiet tal-Bniedem ma jipproċessax ilmenti individwali relatati ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.Il-kumpaniji għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw li l-attivitajiet tagħhom ma jiksru d-drittijiet tal-bniedem ta’ ħadd u, jekk kumpanija tkun ikkawżat dan il-ksur jew ikkontribwiet għalih jew kienet marbuta miegħu, għandha tipprova ssib mod kif tirrimedja s-sitwazzjoni għall-persuna affettwata. Tali rimedju jista’ jinvolvi apoloġija, l-għoti ta’ kumpens finanzjarju jew mhux finanzjarju jew xi ħaġa oħra miftiehma bejn il-persuna affettwata u l-kumpanija. Is-sitwazzjoni tkun aktar ikkumplikata jekk kumpanija ma tkun ikkontribwiet għal ebda impatt negattiv, iżda l-impatt ikun marbut direttament mal-attività tagħha. F’każijiet bħal dawn, u jekk il-kumpanija jkollha biżżejjed influwenza biex tkun tista’ timmaniġġja l-impatt negattiv, il-kumpanija għandha tuża l-influwenza tagħha.
Ma hemm l-ebda mudell standard dwar kif kumpanija għandha torganizza bl-aħjar mod il-mekkaniżmi tagħha stess għall-ilmenti u r-rimedju. Kull kumpanija trid tiddeċiedi għaliha nnifisha x’inhu xieraq abbażi tal-kundizzjonijiet speċifiċi tagħha.
Xi parametri referenzjarji:
Il-gvern introduċa leġiżlazzjoni ġdida dwar ir-rapportar tas-sostenibbiltà għal kumpaniji kbar, li hija aktar ambizzjuża mid-direttivi tal-UE, kriterji aktar ċari għas-sostenibbiltà fl-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, u protezzjoni legali aktar b’saħħitha għall-informaturi.
F’Diċembru 2016, daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Il-leġiżlazzjoni tfisser li l-kumpaniji l-kbar kollha b’aktar minn 250 impjegat issa huma obbligati jirrapportaw dwar is-sostenibbiltà. Minbarra l-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali, il-kundizzjonijiet soċjali, l-ugwaljanza u l-prevenzjoni tal-korruzzjoni, ir-rapporti, fejn dan ikun meħtieġ biex wieħed jifhem l-iżvilupp, il-pożizzjoni u r-riżultati tal-kumpanija, iridu jinkludu wkoll informazzjoni dwar miżuri biex jiġi żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-impjegati.
F’Jannar 2017, ir-Riksdag adotta wkoll leġiżlazzjoni stretta biex jipproteġi lill-impjegati li jqajmu l-allarm dwar imġiba ħażina serja fl-attivitajiet tal-impjegatur tagħhom (“żvelar ta’ informazzjoni protetta”). Taħt din il-protezzjoni speċjali, l-impjegati li huma suġġetti għal ritaljazzjoni mill-impjegatur tagħhom se jkunu intitolati għad-danni.
In-negozju u d-drittijiet tal-bniedem: Nuqqasijiet u lakuni tanġibbli fid-dritt Żvediż. Jirrapporta lill-Aġenzija Żvediża għall-Ġestjoni Pubblika. Enact Sustainable Strategies (Enact), ditta ta’ konsulenza speċjalizzata fl-iżvilupp sostenibbli tan-negozju u fl-intraprenditorija responsabbli.
Il-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatat man-negozju ma għandhom l-ebda dritt speċifiku (jekk jogħġbok ara l-mistoqsija 1).
Hemm il-possibbiltà li tinkiseb għajnuna legali skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali (1996:1619). Dejjem hija l-qorti jew l-Awtorità tal-Għajnuna Legali (Rättshjälpsmyndigheten) li tiddetermina jekk intix intitolat għal għajnuna legali jew le.
L-għajnuna legali ġeneralment tapplika għal persuni privati, jiġifieri mhux assoċjazzjonijiet, kumpaniji jew simili. B’mod eċċezzjonali, negozjant jew patrimonju jista’ jikseb ukoll għajnuna legali.
Il-mezzi finanzjarji tiegħek huma bbażati fuq l-introjtu annwali tiegħek ikkalkolat qabel it-taxxa. Naqqas SEK 15 000 għal kull wild li tikkontribwixxi għall-manteniment tiegħu, sa massimu ta’ SEK 75 000. Is-somma trid tiġi aġġustata wkoll jekk għandek assi jew djun li jaffettwaw il-kapaċità tiegħek li tħallas. Biex tirċievi għajnuna legali, il-mezzi finanzjarji tiegħek ma għandhomx jaqbżu SEK 260 000 fis-sena. Meta tiġi nnotifikat li se tirċievi għajnuna legali, int trid tħallas uħud mill-ispejjeż inti stess. L-għajnuna legali qatt ma hija kompletament mingħajr ħlas għall-adulti u l-parti li tħallas int stess tissejjaħ ħlas għall-għajnuna legali. Il-ħlas tiegħek għall-għajnuna legali qatt ma jista’ jkun ogħla mill-kostijiet tal-għajnuna legali.
Il-kopertura tal-ispejjeż legali hija forma ta’ assigurazzjoni li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet hija inkluża fil-kopertura tad-dar u tal-kontenut, fil-kopertura tad-dar u residenzjali u fil-kopertura tal-assigurazzjoni tal-villeġġjatura. Il-kopertura tal-ispejjeż legali tfisser li l-assigurazzjoni tiegħek tista’ tħallas parti mill-kostijiet tiegħek għal ġurista jew avukat. It-termini u l-kundizzjonijiet għall-kopertura tal-ispejjeż legali jistgħu jvarjaw bejn il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, u għalhekk huwa importanti li tiċċekkja t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kopertura tal-assigurazzjoni tiegħek.
L-Artikolu 35 tal-Ordinanza dwar l-Għajnuna Legali (1997:404) tistabbilixxi liema ċittadini barranin għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħaċ-ċittadini Żvediżi f’materji ta’ dritt għall-għajnuna legali skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Att dwar l-Iskozja (Scotland Act) tal-1998 jirrikjedi li l-leġiżlazzjoni kollha mgħoddija mill-Parlament Skoċċiż u l-atti kollha tal-membri tal-Gvern Skoċċiż ikunu kompatibbli mad-drittijiet li jinsabu fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB). L-Att dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (Human Rights Act) tal-1998 jagħmilha illegali għall-awtoritajiet pubbliċi fl-Iskozja li jaġixxu b’mod mhux kompatibbli mad-drittijiet tal-Konvenzjoni. Jekk iseħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-qrati Skoċċiżi għandhom is-setgħa li jisimgħu l-kawżi u jipprovdu rimedji.
L-Att dwar il-Kumpaniji (Companies Act) tal-2006 jistabbilixxi l-bażi ġuridika li abbażi tagħha jiġu fformati u jitmexxew il-kumpaniji. L-Uffiċċju tal-Kuruna u l-Prosekutur (Crown Office and Procurator Fiscal Service (COPFS)) jista’ jibda proċeduri kontra negozji Skoċċiżi fil-qrati Skoċċiżi meta jkun hemm evidenza li twettaq reat.
L-Att tal-Iskozja dwar it-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin (Human Trafficking and Exploitation (Scotland) Act) tal-2015 jikkonsolida u jsaħħaħ il-liġi kriminali eżistenti tar-Renju Unit kontra t-traffikar u l-isfruttament tal-bnedmin, u jsaħħaħ l-istatus tal-vittmi u l-appoġġ għalihom.
L-Att fih dispożizzjonijiet dwar il-ħolqien ta’ reat wieħed ta’ traffikar tal-bnedmin għat-tipi kollha ta’ sfruttament kemm ta’ adulti kif ukoll ta’ tfal; jistabbilixxi gravanti statutorji tat-traffikar tal-bnedmin għall-użu ma’ reati oħrajn; u jfassal approċċ ġdid għar-reat preċedenti awtonomu ta’ skjavitù, ta’ servitù u ta’ xogħol furzat jew obbligatorju.
L-Artikolu 4 tal-Att tal-2015 jipprevedi ir-reat ta’ skjavitù, ta’ servitù u ta’ xogħol furzat jew obbligatorju, li jrid jiġi interpretat f’konformità mal-Artikolu 4 tal-KEDB.
Korpi korporattivi (pereżempju kumpanija), assoċjazzjonijiet mhux inkorporati u sħubijiet jistgħu jkunu ħatja ta’ reat ta’ traffikar tal-bnedmin jew ta’ reat skont l-Artikolu 4 tal-Att tal-2015. L-Artikolu 39 tal-Att tal-2015 jipprevedi li individwi rilevanti fi ħdan tali korp (bħal direttur) jistgħu wkoll ikunu ħatja ta’ reat deskritt hawn fuq.
Kif meħtieġ mill-Att tal-2015, il-Lord Advocate ppubblika struzzjonijiet għall-prosekuturi dwar il-prosekuzzjoni ta’ vittmi ssuspettati jew ikkonfermati tar-reat ta’ traffikar tal-bnedmin u tar-reat skont l-Artikolu 4 (skjavitù, servitù u xogħol furzat jew obbligatorju). Is-COPFS ikompli japplika dawn l-istruzzjonijiet sabiex jiżgura li l-vittmi ma jiġux imħarrka għal reati mwettqa bħala konsegwenza ta’ dawn.
L-Ombudsman Skoċċiż tas-Servizzi Pubbliċi (Scottish Public Services Ombudsman (SPSO)) għandu mandat wiesa’. Huwa l-istadju finali għall-ilmenti dwar l-aktar servizzi pubbliċi devoluti fl-Iskozja. L-SPSO jipprovdi wkoll servizz ta’ rieżami indipendenti għall-Fond Skoċċiż tal-Protezzjoni Soċjali, bil-poter li jdawwar u jissostitwixxi deċiżjonijiet meħuda minn kunsilli dwar applikazzjonijiet għal Kura Komunitarja u għal Għotjiet ta’ Kriżi. L-SPSO għandu rwol limitat ħafna fil-kumpens. Normalment, l-eżiti jkunu fil-forma ta’ rakkomandazzjonijiet lis-servizzi pubbliċi li ikun qed isir l-ilment dwarhom. Is-setgħat u d-dmirijiet huma stabbiliti fl-Att dwar l-Ombudsman Skoċċiż tas-Servizzi Pubbliċi (Scottish Public Services Ombudsman Act) tal-2002.
Meta individwu jemmen li d-drittijiet tal-bniedem tiegħu jkunu nkisru, jaf ikun jixtieq jitlob parir legali indipendenti.
Id-Dikjarazzjoni Skoċċiża dwar id-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Art (Scottish Land Rights and Responsibilities Statement), ippubblikata mill-Gvern Skoċċiż kif meħtieġ mill-Att tal-Iskozja dwar ir-Riforma tal-Artijiet (Land Reform (Scotland) Act) tal-2016, tistabbilixxi sitt prinċipji sabiex jgħinu fit-tiswir tal-politika dwar kwistjonijiet relatati mal-art fl-Iskozja. L-ewwel wieħed minn dawn il-prinċipji huwa li: “Jenħtieġ li l-qafas ġenerali tad-drittijiet tal-art, tar-responsabbiltajiet u tal-ordni pubbliku jippromwovi, jissodisfa u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem rilevanti fir-rigward tal-art, jikkontribwixxi għall-interess u għall-benesseri pubbliċi, u jibbilanċja l-interessi pubbliċi ma’ dawk privati. Jenħtieġ li l-qafas jappoġġa l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, jipproteġi u jtejjeb l-ambjent, jgħin fil-kisba tal-ġustizzja soċjali u jibni soċjetà aktar ġusta.”
L-Att tal-2016 jirrikjedi li l-Ministri Skoċċiżi jirrieżaminaw b’mod regolari d-Dikjarazzjoni u jirrapportaw lill-Parlament.
It-tweġiba għall-mistoqsija 1 fiha informazzjoni dwar it-traffikar u l-isfruttament tal-bnedmin.
Ir-rimedji ġudizzjarji partikolari disponibbli għal ksur ta’ dritt tal-bniedem jiddependu minn jekk id-dritt huwiex kopert mid-dritt komuni jew mil-liġi miktuba.
L-Artikolu 2 tal-Att tal-Iskozja dwar it-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin 2015 tipprovdi għall-applikazzjoni tar-reat ta’ traffikar tal-bnedmin għal aġir fir-Renju Unit u fi bnadi oħra, li jirrifletti l-fatt li l-attività ta’ traffikar tal-bnedmin tista’ tinvolvi attività li sseħħ kompletament jew parzjalment barra mill-Iskozja.
L-Att tal-2015 jipprevedi wkoll li ċittadin tar-Renju Unit, persuna li fiż-żmien tar-reat kienet abitwalment residenti fl-Iskozja, jew korp inkorporat skont il-liġi ta’ parti mir-Renju Unit, iwettqu reat ta’ sfruttament tal-bniedem irrispettivament minn fejn isseħħ l-azzjoni rilevanti. Jekk persuna tkunx abitwalment residenti fl-Iskozja jiġi ddeterminat fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. Kwalunkwe persuna oħra twettaq ir-reat ta’ traffikar tal-bnedmin biss jekk kwalunkwe parti mill-azzjoni rilevanti sseħħ fir-Renju Unit jew l-azzjoni rilevanti tittieħdet bil-ħsieb li persuna tasal jew tidħol fir-Renju Unit, titlaq mir-Renju Unit jew inkella tivvjaġġa ġor-Renju Unit.
Il-kuntest regolatorju għan-negozju fl-Iskozja huwa simili f’ħafna modi għall-bqija tar-Renju Unit u tal-Ewropa, u varjetà ta’ regolaturi jiffokaw fuq attivitajiet tan-negozju. Is-setgħat ta’ eżekuzzjoni tagħhom huma mmirati lejn is-sanzjonar tan-negozju aktar milli l-appoġġar tal-vittmi, iżda minkejja dan hemm fis-seħħ mekkaniżmi permezz tal-pulizija u ta’ aġenziji governattivi oħra jekk ikun hemm element kriminali relatat mal-attività.
L-Iskozja għandha żewġ Istituzzjonijiet Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (NHRIs):
L-SHRC u l-EHRC għandhom mandat kondiviż dwar id-drittijiet tal-bniedem u t-tnejn għandhom rwoli importanti, għalkemm differenti, fil-promozzjoni u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment fil-livell nazzjonali. Is-setgħat rispettivi ta’ kull Kummissjoni huma deskritti fis-siti web tagħhom.
L-Ombudsman Skoċċiż tas-Servizzi Pubbliċi (SPSO) jittratta l-ilmenti tal-aħħar stadju dwar l-aktar servizzi pubbliċi devoluti fl-Iskozja. L-Ombudsman huwa uffiċċju indipendenti u, fl-eżerċizzju tal-karigi tiegħu, mhuwiex soġġett għad-direzzjoni jew għall-kontroll ta’ xi membru tal-Gvern Skoċċiż jew tal-Parlament Skoċċiż. L-SPSO jista’ jikkunsidra ksur allegat tad-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-kunsiderazzjoni tiegħu ta’ lment. Huwa improbabbli li korporazzjoni transnazzjonali Ewropea tkun tifforma wieħed mill-korpi elenkati li l-SPSO jista’ jirċievi lmenti dwarhom. L-SPSO jista’ jeżamina l-ilmenti dwar is-servizzi mogħtija mis-setturi privati jew volontarji jekk dawn jiġu pprovduti f’isem korp taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu.
Barra minn hekk, l-Artikolu 9(4) u (5) tal-Att dwar l-Ombudsman Skoċċiż tas-Servizzi Pubbliċi tal-2002 tkopri min jista’ jressaq ilment lill-SPSO. Dawn jeħtiġilhom ikunu residenti fir-Renju Unit fiż-żmien meta jsir l-ilment, jew l-azzjonijiet li jsir ilment dwarhom iridu jkunu seħħew waqt li l-persuna kienet preżenti fir-Renju Unit.
Ir-Renju Unit stabbilixxa Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) għal-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, li huma sett ta’ rakkomandazzjonijiet għal imġiba responsabbli fin-negozju li jkopri, fost affarijiet oħra, id-drittijiet tal-bniedem. Bħala parti mid-Dipartiment għall-Kummerċ Internazzjonali (Department for International Trade), l-NCP tar-Renju Unit huwa responsabbli biex iżid l-għarfien dwar il-Linji Gwida tal-OECD u sabiex jimplimenta l-mekkaniżmu assoċjat tal-ilmenti. Jekk kumpanija tkun qed tikser il-Linji Gwida tal-OECD, jista’ jsir ilment lill-NCP minn kwalunkwe parti interessata, u dan jinkludi l-impjegati tagħha jew it-trade unions tagħhom, u l-komunitajiet affettwati mill-attivitajiet tal-kumpanija. L-NCP ifittex li jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet, iżda fejn dan ma jkunx possibbli, tiġi ppubblikata u magħmula disponibbli għat-tixrid mal-pubbliku deċiżjoni dwar jekk il-kumpanija aġixxietx b’mod inkonsistenti mal-Linji Gwida. Informazzjoni dwar ilment tista’ tinkiseb mis-sit web tal-NCP.
Sorsi oħra ta’ servizzi ta’ pariri u ta’ medjazzjoni fir-Renju Unit jinkludu l-Uffiċċju tal-Pariri liċ-Ċittadini (Citizens Advice Bureaux) u
s-Servizz ta’ Pariri, Konċiljazzjoni u Arbitraġġ (Advisory, Conciliation and Arbitration Service).
L-għajnuna legali ffinanzjata mill-fondi pubbliċi tippermetti li n-nies jieħdu azzjoni sabiex jiddefendu d-drittijiet tagħhom jew iħallsu għad-difiża tagħhom meta ma jkunux jistgħu jagħmlu dan b’xi mod ieħor.
Ma hemm l-ebda rekwiżit li wieħed ikun residenti fl-Iskozja meta japplika għal għajnuna legali skont l-Att tal-Iskozja dwar l-Għajnuna Legali (Legal Aid (Scotland) Act) tal-1986. Hemm żewġ tipi ta’ għajnuna legali ċivili:
i. Permezz ta’ pariri u assistenza, avukat jista’ jipprovdi pariri, jagħmel domandi u jikkorrispondi ma’ oħrajn f’isem klijent. Pariri u assistenza huma disponibbli għal kwistjonijiet tal-Ordinament Ġuridiku tal-Iskozja (inkluż id-dritt tar-Renju Unit li japplika fl-Iskozja) iżda ġeneralment ma jistgħux jintużaw sabiex il-kwistjonijiet jiġu ppreżentati l-qorti.
ii. L-għajnuna legali ċivili hija disponibbli għal proċeduri quddiem il-qrati Skoċċiżi.
Iż-żewġ tipi ta’ għajnuna legali ċivili huma soġġetti għal kriterji ta’ eliġibbiltà statutorji. Il-pariri u l-assistenza huma disponibbli soġġetti għal kriterji ta’ eliġibbiltà finanzjarji. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà għal dawk li jaċċessaw l-għajnuna legali ċivili huma konsistenti u trasparenti, bit-talbiet ikunu soġġetti għal testijiet statutorji. L-ewwel żewġ testijiet jiġu applikati għall-merti legali tat-talba. Irid jintwera li hemm bażi ġuridika għall-każ li fih tintalab għajnuna legali (“kawża probabbli”) u li huwa raġonevoli li jintużaw fondi pubbliċi sabiex isostnu l-każ. It-tielet test jiġi applikat għaċ-ċirkustanzi finanzjarji tal-applikant.
Aktar informazzjoni tinsab mis-sit web tal-Bord Skoċċiż tal-Għajnuna Legali (Scottish Legal Aid Board).
L-Artikolu 9 tal-Att tal-Iskozja dwar it-Traffikar u l-Isfruttament tal-Bnedmin 2015 jagħti s-setgħa lill-Ministri Skoċċiżi sabiex jispeċifikaw il-perjodu li matulu l-adulti jeħtiġilhom jiġu pprovduti b’appoġġ u b’assistenza, meta jkun hemm motivazzjonijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li jkunu vittmi ta’ reat ta’ traffikar u ta’ sfruttament tal-bnedmin. Ir-Regolamenti li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2018 stabbilew dan il-perjodu ta’ appoġġ għal 90 jum u jinkludu l-għoti ta’ appoġġ u ta’ assistenza b’rabta ma’ (iżda mhux limitat għal):
L-Artikolu 10 tal-Att tal-2015 fiha setgħat għall-Ministri Skoċċiżi sabiex jagħmlu regolamenti dwar l-appoġġ u l-assistenza li jistgħu jiġu pprovduti lil adult li jkun, jew li jidher li jkun, vittma ta’ skjavità, ta’ servitù u ta’ xogħol furzat jew obbligatorju. Ir-regolamenti daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ April 2018 u stabbilew li l-proċess sabiex jiġi ddeterminat jekk adult ikunx vittma ta’ tali reat; li l-appoġġ u l-assistenza pprovduti; u li l-perjodu li jiġu pprovduti għalih jenħtieġ li jkunu identiċi għal dawk ta’ vittma ta’ reat ta’ traffikar u ta’ sfruttament tal-bnedmin.
Il-Gvern Skoċċiż għandu fis-seħħ ftehimiet ta’ finanzjament ma’ Migrant Help (li tappoġġja lil vittmi adulti ta’ traffikar u ta’ sfruttament, għajr vittmi nisa ta’ traffikar għall-finijiet ta’ sfruttament sesswali kummerċjali) u t-
Trafficking Awareness Raising Alliance (li tappoġġa lill-vittmi nisa ta’ traffikar għall-finijiet ta’ sfruttament sesswali kummerċjali).
The Anchor Service, li huwa parti mill-NHS Greater Glasgow and Clyde, huwa ffinanzjat ukoll sabiex jipprovdi servizz psikoloġiku lill-vittmi adulti kollha ta’ traffikar u ta’ sfruttament tal-bnedmin identifikati fl-Iskozja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.