Il-medjazzjoni tista' tkun partikolarment utli fi kwistjonijiet transfruntiera tal-familja u f'każijiet ta' sekwestru ta’ minuri mill-ġenituri. It-terminu "kwistjonijiet tal-familja" jkopri firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, minn dawk purament privati għal dawk li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi.
Il-medjazzjoni tal-familja transfruntiera hija proċess immexxi minn parti terza (jew diversi) kkwalifikata u imparzjali, il-medjatur. Il-medjatur ma għandux is-setgħa li jiddeċiedi iżda jgħin lill-partijiet biex jerġgħu jibdew jikkomunikaw u jgħinhom biex isolvu l-problemi tagħhom waħedhom.
Il-ftehim milħuq huwa soluzzjoni maħluqa apposta għall-kwistjoni tagħhom illi tiżgura illi d-deċiżjonijiet tagħhom bħala ġenituri jqisu l-aħjar interessi tat-tfal, jekk ikunu nvoluti t-tfal.
Il-kwistjonijiet tal-familja jinkludu: ir-responsabbiltà tal-ġenituri u d-drittijiet għall-aċċess, is-sekwestru tal-minuri, il-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, il-manteniment tat-tfal jew l-eks sieħeb u l-konsegwenzi l-oħra ta' divorzju jew separazzjoni.
Il-ġenituri huma mħeġġa jerfgħu ir-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet dwar il-familja tagħhom u biex l-ewwel jippruvaw jaslu għal ftehim mingħajr ma jersqu l-qorti.
Għalhekk il-medjazzjoni tista' toħloq ambjent li jwassal għal diskussjonijiet u tiżgura negozjati ġusti bejn il-ġenituri li jqisu wkoll l-aħjar interessi tat-tfal.
Ikkonsulta l-paġni li ġejjin għal aktar dettalji dwar:
- Il-prinċipji u l-istadji ewlenin tal-medjazzjoni
- Il-partikolaritajiet tal-medjazzjoni transfruntiera
- L-ispejjeż tal-medjazzjoni transfruntiera
- Il-kuntest ġuridiku tal-medjazzjoni transfruntiera
Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.
Bħala parti fil-kwistjoni tista' tapplika għall-medjazzjoni fl-Istati Membri kollha. F'xi Stati Membri l-imħallef jista' jistieden lill-partijiet biex jippruvaw il-medjazzjoni.
Jekk il-partijiet kollha jaqblu li jużaw il-medjazzjoni, il-medjatur magħżul ifassal l-iskeda għall-medjazzjoni. Il-mod li bih jintagħżel il-medjatur jiddependi mill-pajjiż partikolari - tista' ssib din l-informazzjoni fil-paġni nazzjonali rispettivi disponibbli fuq in-naħa tal-lemin ta' din il-paġna.
Ir-rappreżentanti legali jistgħu jilgħabu rwol importanti meta jagħtu l-informazzjoni legali neċessarja lill-partijiet biex jieħdu deċiżjoni infurmata.
Il-ftehimiet milħuqa bil-medjazzjoni jistgħu jsiru eżegwibbli fuq talba taż-żewġ partijiet. Dan jista' jinkiseb, pereżempju, permezz tal-approvazzjoni tal-qorti jew ċertifikazzjoni ta' nutar pubbliku.
Ir-rappreżentanti legali jistgħu jerġgħu jeżaminaw il-ftehim milħuq bil-medjazzjoni biex jiżguraw illi dan il-ftehim għandu effett legali fis-sistemi ġuridiċi konċernati.
Din il-ħolqa tieħdok fil-paġna Sib medjatur.
Meta jkun hemm indikazzjonijiet illi l-każ mhux adattat għall-medjazzjoni jew li wieħed mill-partijiet (jew it-tnejn) mhux lesti jippruvaw il-medjazzjoni, jkun meħtieġ l-intervent tal-awtoritajiet ġudizzjarji. Fl-iskrinjar tal-idoneità tal-każ, trid tingħata attenzjoni speċjali lill-identifikazzjoni tar-riskji possibbli bħal l-vjolenza domestika u kemm hi serja, l-abbuż tad-droga jew tal-alkoħol, l-abbuż tat-tfal, eċċ... L-idoneità tal-każ trid tiġi deċiża fuq bażi individwali flimkien ma' standards applikati mill-medjatur u l-organizzazzjoni ta' medjazzjoni.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Il-medjazzjoni hija rregolata mil-liġi tal-21 ta' Frar 2005. Il-medjazzjoni tal-familja, bħal kull medjazzjoni tista’ titwettaq fil-qafas ta’ proċedura ta’ proċedura ġudizzjarja (medjazzjoni ġudizzjarja) jew barra minnha (medjazzjoni volontarja).
Il-medjazzjoni mibdija wara talba ta’ waħda mill-partijiet jew proposta mill-imħallef huwa proċess li jirrikjedi ftehim tal-partijiet.
Il-partijiet jaqblu dwar il-ħatra ta’ medjatur (Artikolu 1734, l-ewwel inċiż tal-Kodiċi Ġudizzjarju) li jista’ jkun approvat mill-Kummissjoni Federali tal-medjazzjoni. Kull parti tista’ ttemm il-medjazzjoni f'kull mument (Art. 1729 C. jud.). Il-medjazzjoni tista’ sseħħ għal parti mit-tilwima jew għat-tilwima kollha (Art. 1735, §2 C. jud.).
Fil-kawżi kollha li jiġu mill-qorti tal-familja, hekk kif applikazzjoni tiġi ppreżentata, ir-Reġistratur għandu jinforma lill-partijiet dwar il-possibilità li jirrikorru għall-medjazzjoni u jagħtihom l-informazzjoni kollha rilevanti għal dan l-għan (Art. 1253 ter/1 C. jud.) F’materji ta’ divorzju minħabba separazzjoni irrimedjabbli, l-imħallef jista’ jordna sospensjoni għall-proċedura għal perjodu li ma jistax jaqbeż xahar sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar il-medjazzjoni (Art. 1255, §6, subparagrafu 2 C. jud.). L-awli ta’ ftehim bonarju tat-tribunal tal-familja madankollu huma koperti mill-kunċett ta’ konċiljazzjoni (Artikolu 731 tal-Kodiċi Ġudizzjarju): huma l-imħallfin li jkollhom jirrikonċiljaw lill-partijiet anki jekk ma jiġġudikawx il-kawża b’mod definittiv. Il-medjazzjoni fil-Kodiċi Ġudizzjarju fil-fatt ma jawtorizzax li mħallef ikun medjatur.
Il-medjazzjoni għandha ssir b’mod kunfidenzjali u l-medjatur għandu jkun soġġett għas-segretezza professjonali (Art. 1728, § 1 C. jud.).
Il-proċedura ta' medjazzjoni tikkonsisti fi tliet fażijiet:
- il-ħatra ta' medjatur mill-imħallef
- ir-rimessa tal-kawża għal data ulterjuri mill-imħallef li jistabilixxi d-dispożizzjoni abbażi tal-ħlas bil-quddiem ta’ kumpens
- l-eżitu tal-medjazzjoni: jekk il-medjazzjoni tkun waslet fi tmiem, it-termini ta’ dan il-ftehim huma s-suġġett ta’ ftehim bil-miktub mill-partijiet (ftehim ta’ medjazzjoni) li jista’ jiġi approvat mill-qorti. Jekk il-medjazzjoni tfalli, il-partijiet jistgħu jibdew (jew ikomplu) bil-proċedura ġudizzjarja jew jitolbu, bi ftehim komuni, il-ħatra ta’ medjatur ieħor.
L-ammont ta’ tariffa, imposta kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom huma stabbiliti minn qabel mill-partijiet u l-medjatur.
Link għas-sit nazzjonali fejn tista’ ssib lista ta’ medjaturi fi kwistjonijiet familjari: http://www.fbc-cfm.be/fr/trouver-un-mediateur
Link lejn sit nazzjonali li jipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja jew il-medjazzjoni ġenerali: http://www.fbc-cfm.be/fr/mediation
Link lejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-medjazzjoni ta’ xorta familjari: http://www.fbc-cfm.be/fr/content/national-0
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fir-Repubblika Ċeka, il-medjazzjoni hija rregolata mill-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni ("l-Att"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2012 u li jimplimenta d-Direttiva 2008/52/KE dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali.
L-Att jirregola l-arranġamenti legali għall-medjazzjoni f'materji ċivili (inklużi materji tal-familja). Biex wieħed jitqiegħed fir-reġistru tal-medjaturi u jkun awtorizzat jaħdem bħala medjatur b'konformità mal-Att, medjatur irid jgħaddi minn eżami speċjalizzat.
Meta jkun utli u xieraq, qorti tista' tordna lill-partijiet biex jiltaqgħu ma' medjatur irreġistrat għal massimu ta' tliet sigħat u, fl-istess ħin, tissospendi l-proċedimenti. Jekk parti tirrifjuta mingħajr raġuni valida li tattendi għal laqgħa ma' medjatur, il-qorti tista' tippenalizzaha billi tirrifjuta – kuntrarjament għall-prassi konswetudinarja - li tikkonċedilha parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha tal-proċeduri jekk dik il-parti terbaħ il-kawża.
Ħolqa għal sit Ċek li tipprovdi lista ta' medjaturi rreġistrati li jittrattaw materji tal-familja:
Ħolqa għal sit Ċek li jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-proċedimenti ta' medjazzjoni f'materji familjari jew il-medjazzjoni b'mod ġenerali:
Ma hemmx sit ta' dan it-tip.
Ħoloq għal siti li jipprovdu aċċess għal-leġiżlazzjoni Ċeka li tirregola l-medjazzjoni f'materji familjari:
https://www.psp.cz/sqw/sbirka.sqw?cz=202&r=2012
http://www.cak.cz/assets/zakon-o-mediaci_aj.pdf (it-test tal-Att bl-Ingliż)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Introduzzjoni qasira għall-medjazzjoni tal-familja fil-Ġermanja
Estratt mill-fuljett dwar il-"Liġi dwar iż-Żwieġ" ("Eherecht") ippubblikat mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (Bundesministerium der Justiz und für Verbraucherschutz), p. 73:
"6.2.5 Il-Medjazzjoni tal-Familja
Il-koppji li jkunu għaddejjin minn separazzjoni jew divorzju spiss ikunu jridu jġestixxu r-relazzjonijiet familjari tagħhom b'mod amikevoli. F'każijiet bħal dawn, il-medjazzjoni hija alternattiva eċċellenti għall-proċedimenti bil-qorti.
Il-qafas legali għall-medjazzjoni nħoloq mill-Att dwar il-Medjazzjoni (Mediationsgesetz), li daħal fis-seħħ fis-26 ta' Lulju 2012.
Il-medjazzjoni tgħin lill-partijiet isibu soluzzjoni amikevoli għall-kunflitt tagħhom bl-għajnuna ta' persuna newtrali (il-medjatur). Il-parteċipanti jieħdu r-responsabbiltà għas-soluzzjoni u l-medjatur ma għandux is-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet.
Dan ifisser li, b'differenza għal kawża ġudizzjarja, l-interessi u l-bżonnijiet reali ta' dawk involuti jistgħu jkunu ddeterminati u użati bħala l-bażi għal soluzzjoni li tkun adatta għall-kunflitt individwali. Hemm inqas probabbiltà li deċiżjonijiet ġudizzjarji jqisu l-interessi ta' dawk involuti. Soluzzjonijiet bħal dawn, għalhekk, jintlaqgħu iktar malajr minn dawk involuti u jkunu ġeneralment iktar effettivi fit-terminu t-twil. Il-medjazzjoni tista' twassal biex jitfasslu ftehimiet kuntrattwali relatati pereżempju mal-manteniment, il-beni, il-proprjetà, ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew id-drittijiet ta' aċċess.
Bħala parti mill-proċedimenti ta' divorzju, il-qorti tista' tordna li l-konjuġi, jew individwalment jew flimkien, jattendu sessjoni ta' informazzjoni libera fuq il-medjazzjoni, jew jieħdu sehem f'forma oħra ta' soluzzjoni ekstraġudizzjarja għat-tilwim għal materji relatati pendenti[1] bl-għajnuna ta' persuna jew korp innominat mill-qorti, u li jipprovdu konferma tal-parteċipazzjoni tagħhom (l-Artikolu 135 tal-Att dwar il-Proċedura f'Materji tal-Familja u f'Materji ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja – Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit, FamFG). Din l-ordni ma tistax tiġi infurzata bil-liġi. Madankollu, il-qorti tista' tqis in-nuqqas ta' konformità mal-ordni meta tiddeċiedi kif se tqassam l-ispejjeż (l-Artikolu 50(4) FamFG)."
L-istess japplika għal materji relatati ma' tfal skont l-Artikolu 156(1), is-sentenzi 3 u 5, u l-Artikolu 81(2), Nru 5 FamFG. F'każijiet bħal dawn, il-qorti tista' tordna lill-ġenituri jattendu sessjoni ta' informazzjoni dwar il-medjazzjoni jew jieħdu sehem f'forma oħra ta' soluzzjoni għat-tilwim ekstraġudizzjarju. Din l-ordni ma tistax tiġi infurzata bil-liġi, imma l-qorti tista' tqis in-nuqqas ta' konformità mal-ordni meta tiddeċiedi kif se tqassam l-ispejjeż relatati mal-kawża.
Ħoloq għal siti Ġermaniżi fejn tista' ssib medjaturi għal materji tal-familja
- Internationales Mediationszentrum für Familienkonflikte und Kindesentführung (MiKK e. V.), Fasanenstraße 12, 10623 Berlin, il-Ġermanja (medjazzjoni internazzjonali għat-tilwim tal-familja u l-ħtif ta’ minuri)
- Zentrale Anlaufstelle für grenzüberschreitende Kindschaftskonflikte beim Internationalen Sozialdienst im Deutschen Verein (ZAnK), Michaelkirchstraße 17/18, 10179 Berlin, il-Ġermanja (medjazzjoni għal kawżi transfruntieri li jinvolvu tfal)
Ħoloq għal siti Ġermaniżi fejn tista' ssib informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja jew il-medjazzjoni b'mod ġenerali
- Bundesverband Mediation e.V. (BM), Wittestr. (l-assoċjazzjoni tal-medjazzjoni) 30 K, 13509 Berlin
- Bundes-Arbeitsgemeinschaft für Familien-Mediation e.V. (BAFM), Spichernstraße 11, 10777 Berlin (l-assoċjazzjoni temporanja għall-medjazzjoni tal-familja)
Ħoloq għal-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar il-medjazzjoni tal-familja
- Bundesministerium der Justiz und für Verbraucherschutz, Mohrenstraße 37, 10117 Berlin (il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur)
- Att dwar il-Promozzjoni tal-Medjazzjoni u Forom Oħra ta' Soluzzjonijiet Ekstraġudizzjarji għat-Tilwim (Gesetz zur Förderung der Mediation und anderer Verfahren der außergerichtlichen Konfliktbeilegung) (BGBl. (Bundesgesetzblatt, il-Gazzetta tal-Liġi Federali) 2012, il-Parti I Nru 35 tal-25 ta' Lulju 2012)
[1] Materji relatati jinkludi tilwimiet relatati mar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, l-aġġustamenti tad-dritt għall-pensjoni, il-ħlasijiet tal-manteniment, id-dar matrimonjali u l-ispejjeż tal-abitazzjoni.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Is-servizz ta’ medjazzjoni tal-familja huwa maħsub għal ġenituri li sseparaw jew li jinsabu fil-proċess li jisseparaw, li għandhom mill-inqas wild minuri wieħed flimkien u li naqsu milli jilħqu ftehim dwar kwistjonijiet relatati mal-arranġamenti tal-għajxien tat-tfal (bħal arranġamenti ta’ kuntatt u manteniment). Il-medjatur tal-familja, bħala parti newtrali, jgħin lill-ġenituri jiskambjaw ideat u jilħqu ftehim reċiprokament sodisfaċenti. L-għan tal-proċedimenti ta’ medjazzjoni mhux tant il-ksib ta’ rikonċiljazzjoni iżda iktar li tinsab soluzzjoni li tista’ taħdem.
Il-medjazzjoni tal-familja hija aktar rapida, aktar favorevoli u aħjar għas-saħħa mentali tal-ġenituri u hija aktar ikkaratterizzata mill-benesseri tat-tfal; il-ftehimiet li jsiru bejn il-ġenituri permezz ta’ dan il-metodu huma aktar effettivi milli fil-proċedimenti tal-qorti. Mill-1 ta’ Settembru 2022, is-servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja kienu disponibbli wkoll mingħajr ħlas bħala servizz immexxi mill-Istat. Is-servizz jiġi aċċessat billi jiġi kkuntattjat il-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali. Imħallef jista’ wkoll jordna proċess ta’ medjazzjoni tal-familja fi proċedimenti ġudizzjarji.
Skont l-Att dwar is-Servizzi ta’ Medjazzjoni tal-Familja ffinanzjati mill-Istat (riikliku perelepitusteenuse seadus), medjatur tal-familja huwa:
Persuna li tmexxi direttament proċedura ta’ konċiljazzjoni f’relazzjoni kuntrattwali mal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali u li tassisti lill-ġenituri (minn hawn ’il quddiem “il-partijiet tal-medjazzjoni”) biex isibu soluzzjoni għal tilwima dwar l-arranġamenti tal-għajxien tat-tfal minorenni tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal.
Skont it-tifsira tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni (lepitusseadus), medjatur irid ikun wieħed minn dawn li ġejjin:
1) persuna fiżika li tkun ingħatat struzzjonijiet mill-partijiet biex tagħmilha ta’ medjatur f’tilwima bejniethom (bħal espert fil-psikoloġija jew fi kwistjonijiet soċjali (inklużi l-protezzjoni tat-tfal u l-ħidma soċjali) jew speċjalista legali). Il-medjatur jista’ jaġixxi permezz ta’ persuna ġuridika li magħha jkollu relazzjoni ta’ impjieg jew relazzjoni kuntrattwali oħra;
2) avukat li għamel dikjarazzjoni f’dan is-sens lill-bord tal-Kamra tal-Avukati Estonjana;
3) nutar li jkun għamel dikjarazzjoni f’dan is-sens lill-Kamra tan-Nutara;
4) fil-każijiet stabbiliti fl-Att, korp ta’ medjazzjoni tal-Istat jew tal-gvern lokali.
Fir-Repubblika tal-Estonja, l-organizzazzjoni tas-servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja hija mmexxija mil-leġiżlazzjoni segwenti:
Fl-Estonja, il-medjaturi tal-familja bħalissa huma rrappreżentati mill-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi Eesti Lepitajate Ühing) u l-
Istitut tal-Medjazzjoni (Lepituse Instituut). Ix-xogħol tal-medjaturi fis-servizz tal-medjazzjoni tal-familja ffinanzjat mill-Istat huwa kkoordinat mill-
Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Att dwar il-Medjazzjoni tal-2017 ma jkoprix speċifikament medjazzjonijiet transfruntiera, u skont l-Att f’kull każ il-medjazzjoni tkun volontarja. Jekk isseħħ medjazzjoni tal-familja transfruntiera fl-Irlanda, imbagħad japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Att.
L-Att dwar il-Medjazzjoni tal-2017 http://www.irishstatutebook.ie/eli/2017/act/27/enacted/en/html daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2018. L-Att fih dispożizzjonijiet għal qafas statutorju komprensiv biex jippromwovi r-riżoluzzjoni ta’ tilwim permezz tal-medjazzjoni bħala alternattiva għall-proċedimenti fil-qorti. L-għan sottostanti tal-Att huwa li jippromwovi l-medjazzjoni bħala alternattiva vijabbli, effettiva u effiċjenti għall-proċedimenti tal-qorti, u b’hekk inaqqas l-ispejjeż legali, iħaffef ir-riżoluzzjoni tat-tilwim u jnaqqas l-istress u r-riżentiment li ta’ spiss jakkumpanjaw il-proċedimenti tal-qorti.
L-Att:
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Att jinkludi l-proċedimenti ċivili kollha li jistgħu jitressqu quddiem qorti ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 3 tal-Att.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Medjazzjoni tal-familja
L-espressjoni "medjazzjoni tal-familja" tirreferi għal forma ta' soluzzjoni ekstraġudizzjarja għal tilwimiet familjari (jiġifieri tilwimiet finanzjarji u tilwimiet relatati ma' drittijiet ta' proprjetà bejn konjuġi, tilwimiet simili li jiġu mill-koabitazzjoni jew ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, u tilwimiet familjari oħrajn), fejn il-partijiet jingħataw għajnuna biex jaslu flimkien għal soluzzjoni aċċettabbli mit-tnejn.
I. L-istituzzjoni tal-medjazzjoni (διαμεσολάβηση) ġiet introdotta fis-sistema ġudizzjarja Griega bil-Liġi 3898/2010 dwar il-medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (Il-Gazzetta tal-Gvern, Sensiela I, Nru 211/16-10-2010), li implimentat id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008.
Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi 3898/2010, "tilwimiet tad-dritt privat jistgħu jingħaddew għall-medjazzjoni bi qbil bejn il-partijiet, sakemm is-suġġett tat-tilwima jkun għad-dispożizzjoni tal-partijiet", filwaqt li l-Artikolu 8 tal-istess Liġi jistipula li: "1. Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, jew fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-aġenti tagħhom, għandhom jattendu l-medjazzjoni flimkien mal-avukat tagħhom. 2. Il-medjatur għandu jintgħażel mill-partijiet jew minn parti terza tal-għażla tagħhom. 3. Il-proċedura tal-medjazzjoni għandha tkun iddeterminata mill-medjatur bi qbil mal-partijiet, li jistgħu jtemmuha xħin iridu. Il-proċess ta' medjazzjoni għandu jkun kunfidenzjali u ma jinżammux il-minuti. Tul il-medjazzjoni, il-medjatur jista' jikkomunika u jiltaqa' ma kull waħda mill-partijiet." Fi tmiem il-proċess, il-medjatur irid ifassal rekord tal-medjazzjoni (l-Artikolu 9 tal-Liġi 3898/2010), inkluż il-ftehim maqbul, iffirmat mill-medjatur, mill-partijiet u mill-avukati tal-partijiet. Jekk jintalab jagħmel hekk minn tal-inqas parti waħda, il-medjatur irid jiddepożita r-rekord ukoll mar-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza tal-post. Malli dan isir, ir-rekord isir eżekutorju.
Il-medjatur jiġi rrimunerat b'rata fis-siegħa, għal massimu ta' 24 siegħa, li jinkludi l-ħin imqatta' jħejji għall-medjazzjoni. Il-partijiet u l-medjatur jistgħu jaqblu dwar metodu differenti ta' rimunerazzjoni. Ir-rimunerazzjoni tal-medjatur titħallas mill-partijiet f'partijiet indaqs, sakemm ma jiftehmux mod ieħor. Kull parti tħallas ir-rimunerazzjoni tal-avukat tagħha. L-ammont tat-tariffa fis-siegħa jiġi stabbilit u rivedut b'deċiżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.
(Ara http://www.diamesolavisi.gov.gr/)
ΙΙ. Barra minn hekk, l-Artikolu 214B(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li ddaħħal bl-Artikolu 7 tal-Liġi 4055/2012, introduċa l-istituzzjoni tal-medjazzjoni ġudizzjarja (δικαστική μεσολάβηση); skont dak l-Artikolu, "tilwim tad-dritt privat jista' jiġi solvut b'rikors għall-medjazzjoni ġudizzjarja. Rikors għall-medjazzjoni ġudizzjarja huwa fakultattiv u jista' jsir qabel ma tinfetaħ kawża jew waqt li tkun pendenti." L-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 3 tal-istess Artikolu jgħid li "kull parti interessata tista' tippreżenta talba bil-miktub permezz tal-avukat tagħha, fejn titlob li l-kawża tiġi rinvijata quddiem imħallef medjatur." L-Artikolu jkompli, "4. F'kull ħin, skont il-kawża u wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi, il-qorti fejn il-kawża tkun pendenti tista' ssejjaħ lill-partijiet biex jirrikorru għall-medjazzjoni ġudizzjarja bil-ħsieb li jsolvu t-tilwima u, fl-istess ħin, jekk il-partijiet jaqblu, jiddiferixxu s-smigħ tal-kawża għal perjodu qasir, imma mhux għal iktar minn sitt xhur. 5. Jekk il-partijiet jaslu għal ftehim, jitfassal rekord tal-medjazzjoni. Ir-rekord għandu jkun iffirmat mill-medjatur, mill-partijiet u mill-avukati tal-partijiet u l-oriġinal jiġi ddepożitat fir-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza fejn tkun seħħet il-medjazzjoni ... Ladarba r-rekord tal-medjazzjoni jiġi ddepożitat fir-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza u sakemm dan juri li l-partijiet ikunu qablu, huwa għandu jikkostitwixxi titolu eżekuttiv b'konformità mal-Artikolu 904(2)(c) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili."
L-ispejjeż tal-medjazzjoni ġudizzjarja jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi dwar l-għoti tal-għajnuna legali liċ-ċittadini bi dħul baxx (il-Liġi 3226/2004).
Żewġ dispożizzjonijiet importanti huma l-Artikolu 116A tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, (miżjud mill-Artikolu 1(2) tal-Liġi 4335/2015), li jgħid li "f'kull ħin waqt kawża u fil-proċedimenti kollha, il-qorti għandha tħeġġeġ ... l-għażla tal-medjazzjoni bħala mezz ta' soluzzjoni ta' tilwim ekstraġudizzjarja", u l-Artikolu 214C tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li jgħid li "l-qorti għandha tissuġġerixxi li l-partijiet jirrikorru għall-medjazzjoni jekk ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ. Jekk il-proposta tal-qorti tkun aċċettata, is-smigħ tal-kawża għandu jkun differit għal perjodu ta' tliet xhur. L-istess għandu japplika jekk il-partijiet stess jiddeċiedu li jirrikorru għall-medjazzjoni waqt li l-kawża tkun pendenti."
Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni fil-Greċja li tirregola l-medjazzjoni tal-familja b'mod speċifiku. Għalhekk, ir-regoli li japplikaw huma r-regoli ġenerali dwar il-medjazzjoni u l-medjazzjoni ġudizzjarja stabbiliti fuq.
Koppji b'nazzjonalitajiet differenti — li jkunu miżżewġin jew jikkoabitaw fi sħubijiet ekstramatrimonjali — jirriżultaw f'familji bikulturali, u f'każ ta' divorzju jew tifrik tar-relazzjoni, flimkien mal-kwistjonijiet ordinarji marbuta mat-tilwim tal-familja (eż. ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-kustodja, il-kuntatt mat-tfal, il-manteniment tat-tfal, kwistjonijiet ta' proprjetà bejn il-miżżewġin), tista' tinqala' diffikultà iktar serja f'kawżi transfruntieri, dik tal-ħtif ta’ minuri. Ir-regoli spjegati fuq dwar il-medjazzjoni u l-medjazzjoni ġudizzjarja jistgħu jiġu applikati f'dawn il-kawżi; huma konsistenti mar-regoli diġà applikabbli tal-Artikolu 7(2)(c) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u l-Artikolu 55(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament "Brussell IIa").
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
1 Regolamentazzjoni tal-medjazzjoni
Fi Spanja ma hemmx regoli speċifiċi dwar il-medjazzjoni tal-familja. Madankollu, hija inkluża bħala materja ċivili fil-Liġi 5/12 tas-6 ta’ Lulju 2012, dwar il-medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, li tirregola, f’termini ġenerali, il-medjazzjoni f’dawk l-oqsma.
L-Artikoli 3 u 27 tal-Liġi 5/12 imsemmija hawn fuq jinkludu regoli speċifiċi dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet transfruntieri.
Ċerti komunitajiet awtonomi li għandhom ġuriżdizzjoni f’dan il-qasam irregolaw ukoll il-medjazzjoni b’mod li huwa simili għal leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni kollha dwar il-medjazzjoni fil-livell tal-Komunità Awtonoma hija disponibbli hawnhekk
2 Il-Proċedura tal-Medjazzjoni tal-Familja
Fi Spanja l-medjazzjoni tal-familja hija kompletament volontarja u hija rregolata, fost oħrajn, mill-prinċipji tal-kunfidenzjalità, tal-ugwaljanza bejn il-partijiet fil-kawża u tal-imparzjalità tal-medjatur.
Il-korpi ġudizzjarji għandhom is-setgħa li jirrapportaw dwar il-proċess ta’ medjazzjoni u li jistiednu jew jagħtu struzzjonijiet lill-partijiet biex jattendu sessjoni ta’ informazzjoni. Jistgħu jinkludu wkoll medjazzjoni bħala miżura f’deċiżjoni tal-qorti sabiex dan il-proċess jintuża bħala prerekwiżit biex tinbeda proċedura oħra jew tilwima dwar il-kwistjoni li tkun qed tiġi ttrattata. Xi leġiżlazzjoni tal-Komunità Awtonoma tippermetti lill-korpi ġudizzjarji jibagħtu lill-partijiet għal sessjoni ta’ informazzjoni fuq bażi obbligatorja, u tipprevedi l-possibbiltà li l-partijiet jinkludu klawżoli biex jattendu l-medjazzjoni fi proċedimenti suċċessivi (ara l-Artikolu 233-6 tal-Kodiċi Ċivili tal-Katalonja [Codi Civil de Cataluña]).
Sabiex tiffaċilita l-medjazzjoni fil-każijiet li jinvolvu, fost l-oħrajn, il-medjazzjoni transfruntiera tal-familja, il-leġiżlazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni tippermetti espressament li din titwettaq permezz ta’ vidjokonferenza jew mezzi elettroniċi oħra li jippermettu t-trażmissjoni tal-leħen jew tal-immaġni. Il-partijiet jistgħu jirrikorru għall-medjazzjoni qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-qorti, waqt li dawn ikunu għaddejjin, u anki wara li dawn jiġu konklużi, sabiex jibdlu l-eżitu jew biex jiffaċilitaw l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti.
Il-proċedura tal-medjazzjoni hija relattivament sempliċi, irrispettivament minn meta titwettaq. Il-partijiet jikkuntattjaw lill-medjatur tal-għażla tagħhom, jew jekk ikunu involuti fi proċedimenti tal-familja li għadhom għaddejjin, il-medjatur li kien maħtur mill-imħallef. L-ewwel, tinżamm seduta ta’ informazzjoni sabiex il-partijiet jitgħallmu dwar il-proċedura tal-medjazzjoni, u jekk it-tnejn jaqblu, din tkun tista’ tibda. Il-medjatur imexxi s-seduti tal-medjazzjoni sabiex jippermetti lil kull parti tistabbilixxi l-pożizzjoni tagħha u jipprova jilħaq ftehim. Il-proċedura tispiċċa bi ftehim jew mingħajru fuq il-kwistjonijiet kollha jew uħud minnhom. Ir-riżultat jitniżżel f’rapport u jekk ikun hemm ftehim, dan irid jiġi sottomess lill-awtorità ġudizzjarja għall-approvazzjoni, jew jekk ma jkunx hemm tfal minorenni jew b’diżabbiltà involuti, ir-rapport jista’ jiġi sottomess lil nutar, li jirreġistrah f’att pubbliku. Imbagħad jista’ jiġi eżegwit.
Jekk il-partijiet jattendu medjazzjoni qabel jinbdew il-proċedimenti tal-qorti u jilħqu ftehim, il-proċess legali jitħaffef għaliex il-partijiet jgħaddu għal proċedura ssimplifikata li fiha ż-żewġ partijiet jippreżentaw il-ftehim lill-Qorti tal-Familja (Juzgado de Familia), li tapprova l-ftehim jekk ma jkunx imur kontra l-liġi jew l-interessi tat-tfal minorenni jew b’diżabbiltà li jaf ikollha l-koppja. (Ara l-Artikolu 777 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)
Jekk il-proċedimenti tal-qorti jkunu nbdew mingħajr ma l-partijiet jirrikorru għall-medjazzjoni, l-imħallef, filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, jista’ jaqbel li l-partijiet jeħtieġ jirrikorru għall-medjazzjoni u l-Qorti tal-Familja tirreferihom għal seduta ta’ informazzjoni bla ħlas. Jekk jiddeċiedu li jirrikorru għall-medjazzjoni, il-proċedimenti legali ma jiġux sospiżi, sakemm il-partijiet ma jitolbux sospensjoni tal-proċedimenti, u jekk fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq ftehim, dan jiġi approvat mill-qorti. Madankollu, jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim jew il-partijiet ma ridux jużaw il-medjazzjoni, tingħata sentenza fuq dawk il-punti kollha li l-partijiet ma jaqblux dwarhom. (Ara l-Artikolu 770 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili)
Il-medjazzjoni tal-familja ma hijiex possibbli meta jkun hemm proċedimenti bejn il-partijiet minħabba vjolenza abbażi tas-sess.
Is-seduta ta’ informazzjoni hija bla ħlas, iżda l-medjazzjoni nnifisha tinvolvi spiża li għandha tiġġarrab mill-partijiet sakemm dawn ma jikkwalifikawx għall-għajnuna legali. L-informazzjoni kollha dwar il-kontenut u r-rekwiżiti għall-kisba tal-għajnuna legali hija disponibbli f’din il-link.
3 Il-Professjoni ta’ Medjatur tal-Familja u Aċċess għal Medjatur
Il-medjatur irid ikollu lawrea universitarja jew taħriġ vokazzjonali għoli u, barra minn hekk, irid ikollu taħriġ speċifiku biex jipprattika l-medjazzjoni li jingħata f’istituzzjonijiet akkreditati għal dak l-iskop.
Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ reġistrazzjoni f’xi reġistru sabiex wieħed ikun jista’ jipprattika l-medjazzjoni tal-familja, iżda ġew stabbiliti reġistri fejn il-medjaturi jistgħu jirreġistraw kemm fil-livell nazzjonali (ir-Reġistru tal-Medjaturi u l-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni li s-sit web tagħhom qiegħed jingħata aktar ’l isfel - Registro de Mediadores e Instituciones de Mediación) kif ukoll fil-livell tal-Komunitajiet Awtonomi.
F’dan il-livell tal-aħħar, kważi l-Komunitajiet Awtonomi kollha ħolqu servizz pubbliku ta’ medjazzjoni. Għal informazzjoni dwar dan, żur it-taqsima dwar il-medjazzjoni tas-siti web istituzzjonali tagħhom li fiha ssib spjegazzjoni fi gradi varji ta’ dettall dwar kif taħdem is-sistema tal-medjazzjoni u informazzjoni dwar u ħolqa għar-Reġistru tal-Medjaturi, meta jkun hemm tali reġistru. Normalment is-siti web ikollhom ukoll formoli għal rikjesta ta’ medjazzjoni li jirreferu għall-aġenziji speċjalizzati stabbiliti minnhom biex iwettqu l-medjazzjoni.
Sabiex issib medjatur tal-familja, trid tiddistingwi bejn jekk il-medjazzjoni hijiex se ssir waqt li l-proċedimenti jkunu bdew jew indipendentement mill-proċedimenti. Jekk il-medjazzjoni tintalab ladarba jkunu bdew il-proċedimenti, il-Qorti tal-Familja rilevanti tirreferi lill-partijiet lill-korpi ta’ medjazzjoni tal-familja marbuta mal-Qorti jew maċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni tal-Komunità Awtonoma rilevanti, filwaqt li jekk il-medjazzjoni tintuża qabel jew barra l-proċedimenti tal-qorti, il-parti jkollha tfittex medjatur tal-familja. Is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin jistgħu jkunu utli:
- Ir-Reġistru tal-Medjaturi u l-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni fil-livell nazzjonali msemmi qabel:
- L-istituzzjonijiet li ġejjin indikati mill-Ministeru tal-Ġustizzja:
- Is-Servizzi ta’ Medjazzjoni indikati għal kull provinċja mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial):
- Is-Servizzi ta’ Medjazzjoni stabbiliti mill-Komunitajiet Awtonomi differenti. Normalment, is-siti web istituzzjonali tal-Komunitajiet Awtonomi jinkludu informazzjoni.
Minbarra dan ta’ hawn fuq, aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ medjazzjoni tal-familja, il-leġiżlazzjoni applikabbli, is-servizzi ta’ medjazzjoni li jeżistu fil-Komunitajiet Awtonomi differenti u l-formalitajiet rilevanti huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-medjazzjoni internazzjonali tal-familja hija prevista fi strumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-familja (il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-25 ta’ Ottubru 1980 u r-Regolament Brussell IIb), sabiex jiġu ffaċilitati r-riżoluzzjonijiet bonarji għar-ritorn ta’ minuri f’każ ta’ ħtif internazzjonali, jew ftehim dwar l-eżerċizzju ta’ drittijiet ta’ aċċess tal-ġenituri.
Il-medjazzjoni transfruntiera tal-familja hija promossa permezz ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali, sabiex tkun iffaċilitata r-riżoluzzjoni bla xkiel u rapida ta’ tilwim. Id-Dipartiment għall-assistenza reċiproka, id-dritt internazzjonali privat u d-dritt tal-UE (Département de l’entraide, du droit international privé et européen – DEDIPE), l-awtorità ċentrali għall-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet internazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni tal-familja, jagħmel disponibbli lista ta’ medjaturi tal-familja internazzjonali (médiateurs familiaux) sabiex jiffaċilita l-użu tal-medjazzjoni f’każijiet transfruntieri. Huwa importanti wkoll li tiġi ppreżentata l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-medjazzjoni li tapplika għal każijiet transfruntieri.
Qafas regolatorju nazzjonali:
Il-medjazzjoni appuntata mill-qorti fi Franza kienet stabbilita skont il-Liġi Nru 95-125 tat-8 ta’ Frar 1995, segwita mid-Digriet Nru 2012-66 tat-22 ta’ Lulju 1996. Kwalunkwe qorti li tisma’ tilwima tista’, bi ftehim mal-partijiet, taħtar medjatur terz ikkwalifikat, imparzjali u indipendenti.
L-Ordinanza Nru 2011-1540 tas-16 ta’ Novembru 2011, li ttrasponiet id-Direttiva 2008/52/KE tal-21 ta’ Mejju 2008, kif emendata mil-Liġi tat-8 ta’ Frar 1995. Din il-liġi tiddefinixxi l-medjazzjoni bħala kwalunkwe proċess strutturat li permezz tiegħu żewġ partijiet jew aktar jippruvaw jilħqu ftehim, bil-ħsieb li tinstab riżoluzzjoni bonarja għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom bl-għajnuna ta’ parti terza. Din tistabbilixxi sistema komuni għak kull medjazzjoni.
Għal medjazzjoni tal-familja, hemm kwalifika nazzjonali maħluqa mid-Digriet tat-2 ta’ Diċembru 2003 (l-Artikoli R.451-66 et seq. tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u l-Familji) (Code de l’Action Sociale et des Familles) u s-sentenzi tat-12 ta’ Frar 2004 u d-19 ta’ Marzu 2012. Madankollu, attwalment, din il-kwalifika ma hijiex obbligatorja biex wieħed ikun jista’ jaħdem bħala medjatur tal-familja minħabba li l-medjazzjoni tal-familja ma hijiex professjoni rregolata.
Il-medjazzjoni tal-familja tista’ ssir:
1) minbarra intervent ġudizzjarju: hija medjazzjoni tal-familja magħrufa bħala medjazzjoni konvenzjonali; f’kawżi ta’ medjazzjoni “konvenzjonali” tal-familja, il-medjatur jintgħażel direttament mill-partijiet;
2) matul il-proċeduri ġudizzjarji (l-Artikolu 1071 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili Franċiż (Code de procédure civile), l-Artikolu 255 u l-Artikolu 373(2)(10) tal-Kodiċi Ċivili Franċiż (Code civil):
Il-ftehim li jinkiseb wara l-medjazzjoni familjari jista’ jiġi approvat mill-imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (l-Artikoli 1534 u 1567 et seq. tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-imħallef japprova l-ftehim għajr jekk huwa jsib li ma tħarsux biżżejjed l-interessi tal-minuri, jew li l-kunsens tal-ġenituri ma jkunx ingħata b’mod ħieles (l-Artikolu 373-2-7 (2) tal-Kodiċi Ċivili) jew b’mod aktar ġenerali li jista’ jkun kuntrarju għall-ordni pubbliku.
Medjazzjoni internazzjonali tal-familja:
Il-medjazzjoni internazzjonali tal-familja hija prevista fi strumenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-familja (il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-25 ta’ Ottubru 1980 u r-Regolament Brussell IIb), sabiex jiġu ffaċilitati r-riżoluzzjonijiet bonarji għar-ritorn ta’ minuri f’każ ta’ ħtif internazzjonali, jew ftehim dwar l-eżerċizzju ta’ drittijiet ta’ aċċess tal-ġenituri.
Il-partijiet involuti jistgħu jikkuntattjaw medjaturi li jaħdmu b’mod privat jew fis-settur volontarju. Il-lista tal-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ medjaturi internazzjonali tal-familja hija disponibbli pubblikament mingħajr ħlas. Din il-lista tinkludi professjonisti li jissodisfaw il-kriterji f’termini ta’ esperjezna fi kwistjonijiet tal-familja, bilingwiżmu u ħiliet multikulturali.
Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja dwar il-medjazzjoni internazzjonali tal-familja: Justice / Portail / La médiation familiale internationale
Lista ta’ medjaturi: http://www.justice.gouv.fr/art_pix/liste_mediateurs_familiaux_internationaux.pdf
Sabiex ikunu involuti f’medjazzjoni, mill-inqas wieħed mill-ġenituri jrid ikun joqgħod fi Franza u l-ieħor barra minn Franza, irrispettivament miċ-ċittadinanza tagħhom. Il-medjatur, meta jisma’ rikors għal medjazzjoni internazzjonali tal-familja mingħand ġenitur wieħed, iwassal il-proposta lill-ġenitur l-ieħor. L-inizjattiva għandha tkun volontarja: ma għandu jkun hemm l-ebda tfixkil fl-implimentazzjoni ta’ proċess ta’ medjazzjoni internazzjonali għall-familja. Il-medjaturi għandhom iwettqu dmirijiethom b’imparzjalità u b’diliġenza, u l-medjazzjoni għandha tkun soġġetta għall-prinċipju ta’ kunfidenzjalità.
Il-medjaturi huma ħielsa li jistabbilixxu t-tariffi tagħhom stess. Xi wħud japplikaw skala ta’ Fond ta’ Allowance tal-Familja (Caisse d’Allocations Familiales), li taġġusta t-tariffa skont l-introjtu tal-ġenituri.
Persuni interessati fil-medjazzjoni internazzjonali tal-familja fil-kuntest ta’ tilwim internazzjonali jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità ċentrali Franċiża permezz tal-email entraide-civile-internationale@justice.gouv.fr
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
MEDJAZZJONI
Il-qasam tal-konsulenza obbligatorja u l-medjazzjoni tal-familja huwa rregolat fil-Kroazja mill-Att dwar il-Familja (Obiteljski zakon) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 103/15, 98/19, 47/20, 49/23 – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja (Ustavni sud Republike Hrvatske), u 156/23).
Il-konsulenza obbligatorja hija mod kif tingħata għajnuna lill-membri ta’ familja biex jilħqu ftehimiet dwar relazzjonijiet familjari, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tar-relazzjonijiet familjari li jinvolvu wild minuri u lill-konsegwenzi legali f’każ li ma jintlaħaqx ftehim u t-tnedija tal-proċedimenti legali li fihom tittieħed deċiżjoni dwar id-drittijiet personali tal-wild minuri. Il-konsulenza obbligatorja ssir minn tim ta’ esperti mill-uffiċċju lokali rilevanti tal-Istitut Kroat għall-Ħidma Soċjali (Hrvatski zavod za socijalni rad) skont il-post tar-residenza permanenti jew temporanja tal-wild minuri jew il-post tal-aħħar residenza komuni permanenti jew temporanja tal-konjuġi jew tas-sħab ekstramatrimonjali. F’konformità mal-Att dwar il-Familja, il-konsulenza obbligatorja ma għandhiex issir qabel ma jinbdew il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni jew tal-garanzija. Il-membri tal-familja jipparteċipaw fil-konsulenza obbligatorja fil-kapaċità personali tagħhom u mingħajr prokura.
Issir konsulenza obbligatorja: 1. qabel ma jinbdew proċedimenti ta’ divorzju bejn konjuġi li għandhom wild minuri komuni u 2. qabel ma jinbdew proċedimenti oħra tal-qorti għall-eżerċizzju tal-kustodja tal-ġenituri u relazzjoni personali ma’ wild minuri. Qabel ma jinbdew il-proċedimenti tad-divorzju, ma ssirx konsulenza obbligatorja fir-rigward ta’ konjuġi wieħed jew taż-żewġ konjuġi li: 1. ikunu mċaħħda mill-kapaċità li jikkuntrattaw, jekk ma jkunux kapaċi li jifhmu s-sens u l-konsegwenzi tal-proċess anke bl-assistenza tal-esperti, 2. ikollhom sens ta’ ġudizzju indebolit jew 3. ma jkollhomx residenza permanenti jew temporanja magħrufa.
Il-konsulenza obbligatorja tinbeda permezz ta’ applikazzjoni ta’ parti waħda, li tiġi sottomessa lill-Istitut Kroat għall-Ħidma Soċjali bil-miktub jew irreġistrata bil-fomm. Malli jirċievi l-applikazzjoni għal konsulenza obbligatorja, l-Istitut Kroat għall-Ħidma Soċjali huwa obbligat li jippjana laqgħa u jsejjaħ lill-partijiet. B’deroga, jekk l-Istitut Kroat għall-Ħidma Soċjali jkun konxju ta’ vjolenza domestika jew jekk iqis li fiċ-ċirkostanzi partikolari laqgħa konġunta ma tkunx utli jew jekk parti waħda jew iż-żewġ partijiet jitolbu dan għal raġunijiet ġustifikabbli, jiġu skedati u mwettqa intervisti separati mal-partijiet.
Ladarba jintemm il-proċess ta’ konsulenza obbligatorja, l-Istitut Kroat għall-Ħidma Soċjali se jħejji rapport li jiddikjara dan li ġej: 1. min ħa sehem fil-proċedimenti, 2. ir-rieda ta’ kull parti li tilħaq soluzzjoni bonarja tat-tilwima, 3. min għandu l-ħsieb li jressaq proċedimenti fil-qorti, 4. fil-każ ta’ konsulenza obbligatorja qabel ma jinbdew il-proċedimenti tad-divorzju, il-koppja miżżewġa hijiex konxja tal-konsegwenzi legali jekk ma jintlaħaqx ftehim, jiġifieri pjan dwar il-kura kondiviża tal-ġenituri, u 5. allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika, jekk ikun hemm.
Ir-rapport dwar il-proċess ta’ konsulenza obbligatorja jibqa’ validu għal 6 xhur mid-data ta’ tmiem tal-konsulenza.
Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess li fih il-membri ta’ familja jipparteċipaw minn jeddhom.
Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess li fih il-partijiet jippruvaw isolvu tilwima familjari bi qbil, bl-għajnuna ta’ medjatur tal-familja wieħed jew aktar.
Medjatur tal-familja huwa persuna imparzjali u mħarrġa apposta li isimha jkun imniżżel fir-reġistru tal-medjaturi tal-familja. L-iskop ewlieni tal-proċess ta’ medjazzjoni tal-familja huwa li jintlaħaq qbil dwar pjan ta’ kustodja kondiviża tal-ġenituri u ftehimiet oħrajn fir-rigward tal-wild minuri. Apparti dak l-iskop, waqt il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-partijiet jistgħu jaqblu wkoll dwar kwalunkwe kwistjoni oħra relatata ma’ assi u kwistjonijiet oħra.
Il-medjazzjoni tal-familja ma ssirx: 1. fejn ikun hemm allegazzjonijiet ta’ vjolenza domestika, 2. jekk wieħed mill-konjuġi jew it-tnejn li huma jkunu mċaħħda mill-kapaċità li jikkuntrattaw, u ma jkunux jistgħu jifhmu s-sens u l-konsegwenzi legali tal-proċess anke bl-assistenza tal-esperti, 3. jekk il-ġudizzju ta’ wieħed mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma jkun indebolit u 4. jekk ir-residenza temporanja jew permanenti ta’ konjuġi ma tkunx magħrufa.
Il-medjazzjoni tal-familja tista’ ssir irrispettivament mill-proċedimenti tal-qorti qabel ma jinbdew il-proċedimenti tal-qorti, matulhom jew wara li l-proċedimenti tal-qorti jintemmu. F’konformità mal-Att dwar il-Familja, il-medjazzjoni tal-familja ma ssirx qabel ma jinbdew il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni jew tal-garanzija. B’deroga minn dan, matul il-proċess tal-eżekuzzjoni għall-fini tal-eżerċitar ta’ relazzjoni personali mal-wild minuri, il-qorti tista’ tipproponi lill-partijiet biex jidħlu f’medjazzjoni tal-familja. Għaldaqstant, wara li ssir intervista mal-partijiet u jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-qorti tista’ tipposponi l-eżekuzzjoni għal 30 jum u tordna li persuna professjonali titkellem mal-wild minuri jew tipproponi lill-partijiet biex isolvu t-tilwima billi jaslu għal ftehim; jekk ikun hemm bżonn, il-qorti tista’ toħroġ deċiżjoni fejn tispeċifika f’aktar dettall l-eżerċitar ta’ relazzjoni personali waqt l-intervista ma’ persuna professjonali jew il-medjazzjoni tal-familja, iżda l-qorti ma tipproċedix b’dan il-mod jekk it-tentattiv ta’ medjazzjoni tal-familja ma jkunx irnexxa jew jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti.
Il-medjatur tal-familja u persuni oħra involuti fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja huma obbligati li jissalvagwardjaw id-data u l-informazzjoni kunfidenzjali li jkunu saru jafu biha matul il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja f’rabta ma’ terzi persuni, għajr: 1. jekk ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi kkomunikata għall-fini tat-twettiq jew tal-eżekuzzjoni tal-ftehim jew 2. jekk ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi kkomunikata sabiex jitħares wild minuri li l-benesseri tiegħu jkun ipperikolat jew sabiex jitneħħa l-periklu ta’ ksur serju tal-integrità mentali jew fiżika ta’ persuna. Il-medjatur tal-familja huwa obbligat li jinforma lill-partijiet bl-ambitu tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità.
Fir-rigward tal-ftehim milħuq matul il-medjazzjoni tal-familja, l-Att dwar il-Familja jistipula li l-pjan għall-kustodja konġunta tal-ġenituri jew ftehimiet oħra milħuqa fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja jrid ikun bil-miktub u jkun iffirmat mill-partijiet kollha u li dawn ikunu ekwivalenti għal dokument eżekutorju jekk il-qorti tapprovahom fi proċedimenti mhux kontenzjużi fuq proposta tal-partijiet.
Jekk il-partijiet ma jilħqux ftehim dwar il-pjan ta’ kustodja kondiviża tal-ġenituri, jew dwar relazzjoni familjali kontenzjuża oħra, il-medjatur tal-familja jindika fir-rapport dwar is-sospensjoni tal-proċess tal-medjazzjoni tal-familja jekk iż-żewġ partijiet ikunux ipparteċipaw b’mod attiv. Ir-rapport dwar is-sospensjoni tal-medjazzjoni tal-familja jingħadda lill-parteċipanti. Il-medjatur tal-familja jgħaddi r-rapport dwar is-sospensjoni tal-medjazzjoni tal-familja lill-qorti li ssospendiet il-proċedimenti minħabba li kien qiegħed isir il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja.
F’każ li matul il-proċedimenti tal-qorti, il-partijiet jipproponu, bi qbil kunsenswali, li jsolvu t-tilwima permezz tal-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-qorti tista’ tissospendi l-proċedimenti, f’liema każ tistabbilixxi terminu perentorju ta’ 3 xhur li fih il-partijiet jistgħu jagħmlu tentattiv biex isolvu t-tilwima fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja. F’każ li matul il-proċedimenti tal-qorti, il-qorti tqis li hemm possibbiltà li jintlaħaq ftehim kunsenswali dwar it-tilwima familjali, din tista’ tipproponi wkoll il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja lill-partijiet. Jekk il-partijiet jaqblu li jidħlu fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-qorti tissospendi l-proċedimenti u tistabbilixxi terminu perentorju ta’ 3 xhur li matulu l-partijiet jistgħu jagħmlu tentattiv biex isolvu t-tilwima fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja. Jekk il-partijiet, tul it-terminu perentorju ta’ 3 xhur stabbilit minn qorti biex issir medjazzjoni tal-familja, ma jirnexxilhomx isolvu t-tilwima fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja jew jekk il-partijiet jipproponu li l-proċedimenti tal-qorti jkomplu qabel jagħlaq dak it-terminu perentorju, il-qorti tkompli bil-proċedimenti. Qabel ma tiddeċiedi dwar is-sospensjoni tal-proċedimenti, il-qorti hija obbligata li tivvaluta jekk is-sospensjoni hijiex xierqa billi f’kawżi li fihom ikunu qegħdin jiġu deċiżi d-drittijiet u l-interessi ta’ wild minuri tkun meħtieġa azzjoni urġenti.
Fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-medjatur tal-familja għandu l-obbligu li jinforma lill-parteċipanti li jridu jieħdu ħsieb il-benesseri tal-wild minuri, u huwa jista’ jippermetti lill-ulied jesprimu fehemthom fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja bil-kunsens tal-ġenituri tagħhom.
Il-medjatur tal-familja li jkun wettaq il-proċess ta’ medjazzjoni tal-familja ma jridx jipparteċipa fil-kitba ta’ opinjonijiet esperti jew valutazzjonijiet tal-familja jew jipparteċipa bi kwalunkwe mod ieħor fi proċedimenti tal-qorti li fihom tkun qed tiġi deċiża t-tilwima tal-partijiet li pparteċipaw fil-medjazzjoni tal-familja, ħlief f’każijiet stabbiliti fl-Att dwar il-Familja.
Jekk il-medjazzjoni tal-familja titmexxa minn medjaturi tal-familja impjegati fis-sistema tal-ħarsien soċjali, il-partijiet ma jħallsux għax-xogħol tal-medjaturi tal-familja. Jekk il-medjazzjoni tal-familja titmexxa minn medjaturi tal-familja li ma jkunux impjegati fis-sistema tal-ħarsien soċjali, il-partijiet iġarrbu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.
Il-medjazzjoni tal-familja hija rregolata wkoll, bħala servizz, mill-Att dwar l-Għajnuna Soċjali (Zakon o socijalnoj skrbi) (NN Nri 8/22, 46/22, 119/22, 71/23 u 156/23) u hija pprovduta bħala servizz lill-membri tal-familja bl-għan li jiġu nnegozjati kwistjonijiet biex jintlaħaq ftehim komuni.
Id-dispożizzjonijiet dwar il-medjazzjoni jiġu applikati fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja b’mod xieraq, sakemm l-Att dwar il-Familja ma jipprevedix mod ieħor.
Għal aktar informazzjoni ara:
L-Att dwar il-Familja (Nri NN 103/15, 98/19, 47/20, 49/23, – Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja, u 156/23)
L-Att dwar l-Għajnuna Soċjali (Nri NN 8/22, 46/22, 119/22, 71/23 u 156/23)
Ir-regoli dwar il-konsulenza obbligatorja (Pravilnik o obveznom savjetovanju) (Nru NN 123/15)
Ir-regoli dwar il-kontenut obbligatorju tal-formola għall-pjan ta’ kura tal-ġenituri kondiviża (Pravilnik o obveznom sadržaju obrasca plana o zajedničkoj roditeljskoj skrbi) (Nru NN 123/15)
Ir-regoli dwar il-kontenut u l-metodu taż-żamma tar-Reġistru tal-medjaturi tal-familja, dwar il-kundizzjonijiet ta’ kompetenza professjonali għall-medjaturi tal-familja, dwar il-kundizzjonijiet fir-rigward tal-bini u dwar il-metodu ta’ kif titwettaq il-medjazzjoni tal-familja (Pravilnik o sadržaju i načinu vođenja Registra obiteljskih medijatora, uvjetima stručne osposobljenosti obiteljskih medijatora, prostornim uvjetima i načinu provođenja obiteljske medijacije) (Nru NN 29/21)
L-Att dwar il-Medjazzjoni (Zakon o mirenju) (Nru NN 18/11)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-medjazzjoni tal-familja (mediazione familiare) hija proċess li l-konjuġi jew is-sħab li jgħaddu minn diffikultajiet jistgħu b’mod volontarju jiddeċiedu li jużaw sabiex isolvu t-tilwima tagħhom bl-involviment ta’ medjatur (mediatori) professjonali wieħed jew aktar. Il-kompitu tal-medjaturi huwa li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni u jgħinu lill-koppja tindirizza l-aspetti emozzjonali, materjali u legali tas-separazzjoni (id-diviżjoni tal-assi, il-ħlasijiet tal-manteniment, l-allokazzjoni tad-dar matrimonjali, laqgħat u aċċess għall-ulied minuri, eċċ.). Il-kompitu tagħhom jinkludi wkoll li jħeġġu lill-koppja tagħti struttura lill-ftehimiet li jissodisfaw l-aħjar il-bżonnijiet tal-membri ta-familja kollha.
Il-medjazzjoni hija rregolata, f’termini ġenerali, mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 28 tal-4 ta’ Marzu 2010, kif emendat, dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu 60 tal-Liġi Nru 69 tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar il-medjazzjoni għall-għanijiet ta’ soluzzjoni ta’ tilwim ċivili u kummerċjali.
Din il-liġi tistabbilixxi l-proċedura għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar drittijiet trasferibbli (diritti disponibili) barra mill-qorti. Għal uħud mill-materji msemmija espressament, il-medjazzjoni minn qabel hija prerekwiżit għall-ammissibbiltà tal-att promotur.
F’materji dwar il-liġi tal-familja, it-tilwim biss dwar ftehimiet ta’ negozju tal-familja (jiġifieri kuntratti li permezz tagħhom is-sid tan-negozju jittrasferixxi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-
impriża tiegħu lil dixxendent wieħed jew aktar) jirrikjedi medjazzjoni obbligatorja minn qabel.
Għal tilwim ieħor dwar kwistjonijiet tal-familja l-medjazzjoni hija volontarja.
Madankollu, fi proċedimenti ta’ kustodja tal-minuri l-qorti tista’ tipposponi d-deċiżjoni tagħha sabiex il-konjuġi, bl-għajnuna tal-esperti, ikunu jistgħu jagħmlu tentattiv ta’ medjazzjoni sabiex jilħqu ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tal-interessi morali u materjali tal-wild jew ulied.
Il-medjazzjoni tista’ ssir fi jew permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati mdaħħla debitament fir-reġistru tal-entitajiet ta’ medjazzjoni (registro degli organismi di mediazione) miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
Il-lista ta’ entitajiet ta’ medjazzjoni tinsab fuq is-sit web segwenti:
L-avukati rreġistrati mal-Kamra tal-Avukati Taljana huma medjaturi bid-dritt.
F’ħafna muniċipalitajiet, iċ-ċentri għal pariri dwar il-familja, is-servizzi soċjali jew l-awtoritajiet tas-saħħa lokali jipprovdu aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja (servizi di mediazione familiare).
Proċedura oħra — li hija differenti mill-medjazzjoni iżda li hija intiża wkoll biex jiġi solvut it-tilwim barra mill-qorti — hija n-negozjar assistit (negoziazione assistita). Dan huwa rregolat permezz tad-Digriet Liġi Nru 132 tat-12 ta’ Settembru 2014, ikkonvertit b’emendi permezz tal-Liġi Nru 162 tal-10 ta’ Novembru 2014.
In-negozjar assistit jirreferi għal ftehim (magħruf bħala “ftehim ta’ negozjar” (convenzione di negoziazione)) li permezz tiegħu l-partijiet jaqblu li “jikkoperaw f’bona fide biex isolvu t-tilwim bonarjament”. Sabiex il-ftehim ikun validu, irid isir bil-miktub bl-għajnuna ta’ avukat wieħed jew aktar, u jrid jikkonċerna drittijiet trasferibbli.
B’differenza mill-ftehimiet milħuqa permezz tal-medjazzjoni, il-ftehimiet ta’ negozjar assistit huma eżekutorji. Dan ifisser li jistgħu jiġu rreġistrati ipoteki ġudizzjarji (ipoteca giudiziale) biex ikopru s-selfiet rikonoxxuti mill-partijiet.
Bħall-medjazzjoni, in-negozjar jista’ jkun obbligatorju jew volontarju.
F’materji tal-liġi tal-familja, in-negozjar assistit huwa dejjem volontarju.
Il-liġi tirregola n-negozjar assistit f’materji dwar is-separazzjoni u d-divorzju, bl-għan li jinkiseb ftehim bil-kunsens jew emenda għall-kundizzjonijiet stabbiliti preċedentement.
Għall-koppji li ma jkollhomx ulied minuri (jew ulied adulti inabilitati), il-ftehim jintbagħat lill-prosekutur pubbliku fil-qorti kompetenti li, sa fejn ma jsib l-ebda irregolarità, jinnotifika lill-avukati li m’hemm ebda impediment għall-ftehim.
F’każ ta’ koppji b’ulied minuri (jew ulied adulti inabilitati), il-ftehim irid jintbagħat fi żmien 10 ijiem lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fil-qorti kompetenti sabiex dan jivverifika li l-ftehim jiggarantixxi l-interessi tat-tfal. Jekk il-valutazzjoni tkun pożittiva, il-prosekutur pubbliku jawtorizzah. Jekk le, huwa jibagħtu lill-president tal-qorti, li jsejjaħ lill-partijiet fit-30 jum ta’ wara.
Il-ftehim milħuq u awtorizzat b’dan il-mod ikollu l-effetti u jieħu l-post ta’ separazzjoni ġudizzjarja jew ta’ provvedimenti ta’ divorzju u jbiddel il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom.
Wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 76 tal-20 ta’ Mejju 2016, il-partijiet jistgħu wkoll jużaw in-negozjar assistit fil-każ ta’ xoljiment ta’ sħubija bejn persuni tal-istess sess .
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Hemm proċedura statutorja ta’ medjazzjoni f’Ċipru fi kwistjonijiet tal-familja, prevista mil-Liġi dwar il-Medjazzjoni fit-Tilwim dwar il-Familja tal-2019, il-Liġi 62 (Ι)/2019, li daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ April 2019. Ir-Regolamenti Speċjali (RAA 507/2022) inħarġu fit-30 ta’ Diċembru 2022 biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Liġi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim, ir-Repubblika tal-Latvja adottat il-Liġi dwar il-Medjazzjoni (Mediācijas likums - fis-seħħ mit-18 ta’ Ġunju 2014).
Il-mudell ta’ medjazzjoni rakkomandat mill-qorti fi proċedimenti ċivili daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015. L-imħallfin jiġu assenjati l-obbligu li joffru lill-partijiet l-għażla ta’ medjazzjoni biex isolvu t-tilwima fi stadji differenti tal-proċedimenti (wara li jingħata bidu għal kawża, meta tkun qed titħejja kawża għall-proċess u waqt is-smigħ tal-kawża preliminari, kif ukoll matul il-proċedimenti legali, sakemm jiġi kkompletat l-eżami dwar il-merti).
Diversi proġetti ġew implimentati biex jippromwovu l-medjazzjoni bħala mezz biex jissolva t-tilwim:
1. Proġett — Medjazzjoni bla ħlas f’tilwim familjari
Il-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati (Sertificētu mediatoru padome) qed ikompli jimplimenta l-programm “Medjazzjoni fit-tilwim tal-familja” fl-2023, kif ilu jagħmel mill-1 ta’ Jannar 2017. Skont il-programm iffinanzjat mill-baġit tal-Istat, l-individwi kienu eliġibbli għal appoġġ mill-Istat li jagħtihom l-opportunità li jattendu ħames sessjonijiet bla ħlas ma’ medjatur ċertifikat biex isolvu nuqqasijiet ta’ qbil bejn il-ġenituri li jaffettwaw l-interessi tat-tfal u jsibu modi biex itejbu r-relazzjonijiet bejn il-membri tal-familja. Fil-qafas tal-proġett, l-appoġġ mill-Istat jipprovdi għall-ewwel ħames sessjonijiet ta’ medjazzjoni (60 minuta kull sessjoni) ġestiti minn medjatur ċertifikat, li huma bla ħlas għall-partijiet. Jekk it-tilwima ma tiġix solvuta f’ħames sessjonijiet, l-ispiża ta’ aktar servizzi għandha tkun koperta mill-partijiet. Medjatur ċertifikat jew il-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati (Sertificētu mediatoru padome) għandu jiġi kkonsultat biex tiġi vvalutata l-eliġibbiltà ta’ persuna. L-informazzjoni dwar il-proġett issir disponibbli għall-persuni kkonċernati permezz tal-qrati, u tiġi trasferita lill-awtoritajiet lokali, is-servizzi soċjali, il-qrati tal-familja, eċċ.
Biex tapplika għas-servizz ta’ medjazzjoni tal-familja, ikollok tikkuntattja medjatur iċċertifikat tal-għażla tiegħek li jkun qed jieħu sehem fil-programm jew, jekk ikun impossibbli li taqbel dwar l-għażla tal-medjatur, tikkuntattja lill-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati bil-posta elettronika fuq
smp@smp.lv jew billi ċċempel 28050777.
Aktar dettalji dwar il-programm jinsabu hawnhekk.
2. Gwida
Kull min hu interessat jista’ jikseb gwida dwar il-medjazzjoni u l-applikazzjonijiet tagħha billi jikkuntattja lill-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati fuq smp@smp.lv jew billi jċempel fuq +371 28 050 777.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-Litwanja, il-medjazzjoni f’tilwim ċivili (inkluż tilwim tal-familja) hija regolata mill-Att dwar il-Medjazzjoni tar-Repubblika tal-Litwanja (verżjoni ġdida ta’ dan l-Att daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019). L-Att dwar il-Medjazzjoni japplika għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ċivili nazzjonali u internazzjonali u jimplimenta d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali.
Il-medjazzjoni hija proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ċivili li matulha medjatur wieħed jew aktar (persuni terzi imparzjali) jassistu lill-partijiet biex isolvu t-tilwima b’mod amikevoli. Il-partijiet jistgħu jużaw dan il-metodu kemm għat-tilwim li jkun għadu ma tressaqx fil-qorti (medjazzjoni extra-ġudizzjarja) kif ukoll għall-kawżi li jkunu diġà qed jinstemgħu fil-qorti (medjazzjoni ġudizzjarja).
Ir-rikors għall-medjazzjoni huwa soġġett għall-ftehim bil-miktub tal-partijiet fit-tilwima. L-użu tal-medjazzjoni jista’ jintlaħaq qbil fuqu biss għat-tipi ta’ tilwim li dwarhom, bil-liġi, il-partijiet jistgħu jikkonkludu ftehim ta’ soluzzjoni. Il-medjatur jinħatar b’mod konġunt mill-partijiet jew, fuq talba tal-partijiet, jista’ jiġi nnominat mis-Servizz ta’ Għajnuna Legali ggarantit mill-Istat.
B’effett mill-1 ta’ Jannar 2019, is-servizzi ta’ medjazzjoni jistgħu jiġu pprovduti biss minn persuni li jkunu għaddew minn eżami speċifiku (bi ftit eċċezzjonijiet), li jissodisfaw rekwiżiti oħrajn stabbiliti fl-Att (li jkollhom reputazzjoni tajba, lawrja universitarja, ikunu temmew taħriġ fil-medjazzjoni) u li jkunu mdaħħlin fil-lista ta’ medjaturi tar-Repubblika tal-Litwanja. Il-lista ta’ medjaturi hija ppubblikata fuq is-sit web tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali ggarantit mill-Istat (http://vgtpt.lrv.lt/). Il-medjaturi huma meħtieġa wkoll li jissodisfaw standards ta’ imparzjalità u professjonaliżmu. Skont il-ftehim milħuq, il-medjaturi jistgħu joffru s-servizzi tagħhom bi ħlas jew mingħajr ħlas. Il-partijiet u l-medjaturi jistgħu jaqblu fuq il-metodu u l-proċedura għar-riżoluzzjoni tat-tilwima. Kwalunkwe waħda mill-partijiet tista’ tirtira mill-medjazzjoni mingħajr ma tagħti r-raġunijiet.
Huwa importanti li jiġi enfasizzat li t-tnedija tal-medjazzjoni twassal għas-sospensjoni tal-perjodi ta’ limitazzjoni. Konsegwentement, anki jekk it-tilwima ma tkunx tista’ tissolva b’mod amikevoli, il-partijiet iżommu d-dritt tagħhom li jmorru l-qorti biex ifittxu rimedju. Jekk il-partijiet ikunu jistgħu jsolvu t-tilwima b’mod amikevoli bl-assistenza ta’ medjatur, jiġi konkluż ftehim ta’ soluzzjoni. Ladarba jiġi approvat minn qorti permezz ta’ proċedura ssimplifikata, dan il-ftehim ikun infurzabbli.
L-Att jistabbilixxi wkoll il-prinċipju tal-kunfidenzjalità bħala wieħed mill-prinċipji essenzjali tal-medjazzjoni. Dan ifisser li sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor, huma, il-medjaturi u l-amministraturi tas-servizzi ta’ medjazzjoni jridu jżommu l-informazzjoni kollha relatata mas-sigriet tal-medjazzjoni, ħlief l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi approvat jew implimentat il-ftehim ta’ soluzzjoni konkluż matul il-medjazzjoni u l-informazzjoni li n-nuqqas ta’ divulgazzjoni tagħha jmur kontra l-interess pubbliku. Din id-dispożizzjoni tiżgura li, minbarra l-eċċezzjonijiet imsemmija hawn fuq, kwalunkwe informazzjoni pprovduta matul il-medjazzjoni ma tkunx tista’ tintuża kontra l-parti li tipprovdiha.
L-Att dwar il-Medjazzjoni jirregola l-ispeċifiċitajiet ta’ medjazzjoni obbligatorja u ġudizzjarja u r-responsabbiltà dixxiplinarja tal-medjaturi.
Mill-1 ta’ Jannar 2020, il-medjazzjoni fit-tilwim tal-familja ser issir obbligatorja. Il-medjazzjoni obbligatorja u ġudizzjarja hija ffinanzjata mill-baġit tal-Istat (sa sitt sigħat) f’każijiet fejn l-għażla tal-medjaturi tiġi amministrata mis-Servizz ta’ Għajnuna Legali ggarantit mill-Istat. Il-partijiet iżommu d-dritt li jagħżlu medjatur biex jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni obbligatorji mil-lista ta’ medjaturi, iżda f’dan il-każ ikollhom iħallsu għalih huma stess.
Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-persuni li rrikorrew għall-medjazzjoni huma soġġetti għal miżati aktar baxxi meta jmorru l-qorti.
L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni u l-leġiżlazzjoni relatata tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (bil-Litwan).
http://tm.lrv.lt/lt/veiklos-sritys-1/civiliniu-gincu-taikinamasis-tarpininkavimas-mediacija
Informazzjoni dwar il-medjazzjoni fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (bl-Ingliż):
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Regolament
Il-medjazzjoni tal-familja hija rregolata mil-liġi tal-24 ta’ Frar 2012 dwar medjazzjoni ċivili u kummerċjali u mir-
Regolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi proċedura ta’ approvazzjoni ta’ medjatur legali u tal-familja, il-programm ta’ taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas.
L-Artikolu 1251-1, il-paragrafu (2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-kwistjonijiet li fihom jistgħu jiġu proposti “medjazzjoni tal-familja” lill-partijiet mill-imħallef. Dawn huma:
Proċedura
Il-partijiet jistgħu jirrikorru għal medjazzjoni konvenzjonali jew għal medjazzjoni ġudizzjarja tal-familji. L-ewwel tista’ tinbeda minn kull waħda mill-partijiet u independentement mis-suġġett, soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 1251–22(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, u mingħajr ebda proċedura ġudizzjarja jew arbitrali. L-arranġamenti għall-proċess ta’ medjazzjoni huma stipulati fi ftehim bil-miktub iffirmat bejn il-partijiet u l-medjatur. Il-medjazzjoni bi ftehim tawtorizza lill-partijiet biex jirrikorru jew għal medjatur approvat mill-Ministru tal-Ġustizzja jew medjatur li għadu ma ġiex approvat.
Meta l-imħallef jingħata kawża f’waħda mill-materji msemmija fl-Artikolu 1251–1(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, jista’ jipproponi lill-partijiet miżura ta’ medjazzjoni familjari. Jordna laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas li ssir minn medjatur approvat jew medjatur li jkun eżentat mir-rekwiżit għal approvazzjoni fil-Lussemburgu bil-kundizzjoni li jissodisfa l-ħtiġijiet ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 1251-3 (1)3 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili. Laqgħat sussegwenti jiswew EUR 57 (ammont stabbilit permezz ta’ regolament tal-Gran Dukat). L-imħallef jiffissa t-tul tal-medjazzjoni, li ma tistax taqbeż it-tliet xhur. Madankollu, tista’ tiġi estiża permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet. Il-persuni fiżiċi b’riżorsi insuffiċjenti jistgħu jiksbu assistenza finanzjarja għal kwalunkwe proċess ta’ medjazzjoni familjari ġudizzjarja.
Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ftehimiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni huma validi fil-liġi bħala deċiżjonijiet tal-qorti. Dawn il-ftehimiet ta’ medjazzjoni, jekk milħuqa barra mill-pajjiż jew fil-livell nazzjonali, jistgħu jiġu implementati fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2008/52/KE msemmija hawn fuq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali. L-approvazzjoni tal-ftehim kollu jew parti minnu mill-imħallef presedenti ta’ qorti distrettwali jagħti lill-ftehim is-saħħa ta' titolu eżekuttiv. Fir-rigward tal-medjazzjoni tal-familja, l-imħallef jivverifika jekk il-ftehim jikkonformax mal-ordni pubbliku, li ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal, jekk ikunx adatt għal riżoluzzjoni permezz ta’ medjazzjoni u jekk il-medjatur ġiex approvat għal dan l-għan mill-Ministru tal-Ġustizzja.
Links rilevanti:
Ministeru tal-Ġustizzja (informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni ċivili u kummerċjali)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Jekk jogħġbok żur il-paġna Il-medjazzjoni fl-Istati Membri, billi fiha wieħed isib informazzjoni dwar il-medjazzjoni disponibbli fi kwistjonijiet familjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-liġi li tirregola l-medjazzjoni
Il-liġi applikabbli f'Malta hija l-Kapitolu 474, jiġifieri l-Att dwar il-Medjazzjoni.
X'inhi l-medjazzjoni?
Meta l-membri ta' koppja jkollhom tilwima bejniethom rigward kwistjonijiet tal-familja, jistgħu jitolbu għall-għajnuna mingħand medjatur biex dan jgħinhom jaslu għal ftehim bi qbil mingħajr ma jirrikorru għal proċedimenti formali fil-Qorti. Skont il-liġi Maltija, il-medjazzjoni hija pass obbligatorju li l-koppja trid tgħaddi minnu qabel ma tiftaħ proċedimenti għal separazzjoni fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja).
Min hu l-medjatur u x'inhu r-rwol tiegħu?
Il-medjatur qiegħed hemm biex jgħin lill-partijiet jaslu għal ftehim bi qbil. Huwa jkun persuna imparzjali u indipendenti maħtura mill-Qorti. F'xi każijiet, il-partijiet jagħżlu l-medjatur huma stess u jħallsu ammont għalih. Il-medjaturi kollha jkollhom il-kwalifiki professjonali biex jagħmlu dan ix-xogħol. Ħafna minnhom ikunu wkoll terapisti tal-familja, assistenti soċjali jew avukati.
Medjatur qatt ma jista' jixhed fil-Qorti dwar dak li jkun intqal fil-proċedimenti ta' medjazzjoni jekk il-partijiet jipproċedu b'kawża l-Qorti.
Min jista' japplika għall-medjazzjoni?
Il-medjazzjoni tista' tintuża fil-każijiet li ġejjin:
Ma hemmx għalfejn li tkun miżżewweġ biex tapplika għall-medjazzjoni.
Kif jibdew il-proċedimenti tal-medjazzjoni u fiex jikkonsistu?
Biex tkun tista' tirrikorri għall-medjazzjoni, il-parti interessata trid tippreżenta ittra, indirizzata lir-Reġistratur tal-Qorti, fejn titolbu biex tiftaħ proċedimenti ta' medjazzjoni. L-ittra jridu ikun fiha isem iż-żewġ partijiet u l-indirizzi tagħhom u tal-inqas in-numru tal-karta tal-identità tal-persuna li qed tippreżenta din l-ittra. L-ittra ma hemmx għalfejn ikollha l-firma ta' avukat biex tkun valida. Din l-ittra tiġi ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja u dan il-proċess ikun kompletament bla ħlas.
Il-medjazzjoni tista' tinbeda wkoll b'nota. Madankollu, din il-proċedura tintuża meta ż-żewġ partijiet involuti ikunu diġà qed jaqblu fuq ħafna mill-kwistjonijiet legali. In-nota jkun fiha l-istess dettalji tal-ittra, bid-differenza li l-partijiet jippreżentaw ukoll kuntratt abbozzat mill-avukati tagħhom jew minn nutar komuni. In-nota trid tkun iffirmata miż-żewġ partijiet flimkien man-nutar tagħhom, jew mill-avukati tat-tnejn li huma u n-nutar tagħhom.
Ladarba tiġi ppreżentata ittra jew nota, jinħatar medjatur minn lista stabbilita mill-qorti. Il-medjatur jista' jintgħażel ukoll privatament mill-partijiet stess bi qbil reċiproku. Il-medjatur jibgħat għall-partijiet bil-posta b'data speċifika għalihom biex jidhru l-Qorti. Is-sessjonijiet isiru f'kamra privata mal-medjatur biss u jekk il-partijiet ikunu jixtiequ, ikun hemm l-avukati tal-partijiet ukoll. Il-medjazzjoni tista' ssir mingħajr il-preżenza ta' avukat ukoll.
Il-medjatur jesplora mal-partijiet il-possibbiltà li jkun hemm rikonċiljazzjoni. Jekk il-medjatur iħoss li jkun hemm it-tama li ż-żwieġ jew ir-relazzjoni tal-koppja tiġi salvata, jista' jibgħathom għal konsulenza u jissospendi l-medjazzjoni. Jekk il-partijiet iħossu li ż-żwieġ jew ir-relazzjoni tagħhom ma tistax tiġi salvata, il-medjatur imbagħad jipprova jgħin lill-partijiet jaslu għal ftehim dwar uliedhom u dwar il-beni tagħhom.
Jekk il-partijiet jirnexxilhom jaslu għal ftehim, il-medjatur jabbozza kuntratt u jaqrah lill-partijiet, u jekk il-partijiet ikunu ssodisfati bil-kontenut tal-kuntratt, il-medjatur, imbagħad, jippreżenta l-kuntratt formalment fir-Reġistru biex jarah l-Imħallef. Jekk l-Imħallef japprova l-kuntratt, il-partijiet, imbagħad, ikunu jistgħu jmorru għand nutar, li min-naħa tiegħu jippubblika l-kuntratt u jagħmlu uffiċjali.
Jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu, il-medjazzjoni tagħlaq u l-partijiet jingħataw l-awtorizzazzjoni li jipproċedu bil-kawża l-Qorti. Il-partijiet iridu jiftħu l-proċedimenti fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fi żmien xahrejn minn meta tagħlaq il-medjazzjoni. F'każ li jonqsu milli jagħmlu dan fil-ħin stipulat, il-koppja jkollha, għal darba oħra, tibda l-proċedimenti permezz tal-medjazzjoni.
X'jiġri f'każ li waħda mill-partijiet tkun tgħix barra?
Tilwima transfruntiera għandha tkun waħda li fiha għall-inqas waħda mill-partijiet tkun domiċiljata jew residenti abitwali f’Malta u l-parti l-oħra tkun domiċiljata jew residenti abitwali fi Stat Membru ieħor, fid-data li fiha:
F'dak il-każ, il-persuna li tkun domiċiljata jew residenti barra għandha jew tivvjaġġa lejn Malta jew tagħti prokura lill-avukat tagħha f'Malta biex jirrappreżentaha u mbagħad tivvjaġġa lejn Malta biss biex tiffirma l-kuntratt ta' separazzjoni. Mill-banda l-oħra, jekk il-persuna li tkun domiċiljata jew residenti Malta ma tkunx taf fejn jinsab is-sieħeb tagħha (pereżempju telaq minn Malta jew abbundanaha), trid tippreżenta ittra ta' medjazzjoni fejn tiddikjara dan il-fatt taħt ġurament, u l-ittra tingħalaq minnufih u tinfetaħ kawża l-qorti minn dik il-persuna kontra kuraturi għall-parti nieqsa, li jkunu maħtura mill-qorti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-medjazzjoni, il-partijiet isolvu l-kunflitt flimkien, taħt il-gwida ta’ medjatur indipendenti. Din tintuża primarjament fid-dritt ċivili u fid-dritt pubbliku. Hemm ħafna vantaġġi għal dan it-tip ta’ riżoluzzjoni ekstraġudizzjarja tat-tilwim: tilwima spiss tiġi solvuta aktar malajr milli kieku kellha tmur il-qorti. Il-medjazzjoni għandha t-tendenza wkoll li tkun irħas, u tgħin biex tinżamm ir-relazzjoni bejn il-partijiet minħabba li jippruvaw isibu soluzzjoni volontarjament.
Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi (Mediatorsfederatie Nederland)
Hemm diversi reġistri ta’ medjaturi fin-Netherlands. Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi (MfN) tamministra
r-Reġistru tal-Medjaturi (li qabel kien magħruf bħala r-Reġistru NMI). Il-MfN hija l-federazzjoni li tirrappreżenta l-akbar assoċjazzjonijiet tal-medjaturi fin-Netherlands. Ir-reġistru tal-MfN fih biss medjaturi li jissodisfaw standards ta' kwalità meqjusa bir-reqqa. Il-Gvern Netherlandiż juża l-istandards tal-MfN bħala l-bażi għar-reġistru tal-medjaturi li jaħdmu taħt is-sistema tal-għajnuna legali (
ir-reġistru tal-Bord tal-Għajnuna Legali). Is-sit tal-MfN fih ukoll informazzjoni indipendenti dwar il-medjazzjoni u l-medjatur fin-Netherlands.
Ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR
Hemm ukoll ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR, fejn tista’ tfittex il-medjaturi u ssib informazzjoni dwar suġġetti relatati mal-medjazzjoni.
Informazzjoni dwar il-medjazzjoni
In-Netherlands introduċew ukoll inizjattiva msejħa “Mediation naast rechtspraak” (Medjazzjoni flimkien ma’ proċedimenti ġudizzjarji). Dan ifisser li l-qorti distrettwali jew il-qorti tal-appell waqt li tisma’ l-kawża javżaw lill-partijiet bil-possibbiltà li jagħżlu l-medjazzjoni. Il-qrati jistgħu wkoll jirreferu l-partijiet f’kawżi dwar il-liġi tal-familja għall-proċedura ta’ investigazzjoni tal-ġenituri (ouderschapsonderzoek), li tinkludi l-użu ta’ medjazzjoni biex tinstab soluzzjoni possibbli għall-problema.
Korpi oħrajn li jipprovdu informazzjoni dwar il-medjazzjoni jinkludu l-Kunsill għall-Assistenza Ġuridika (Het Juridisch Loket) u
l-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand).
F'ċerti ċirkostanzi, l-ispejjeż tal-medjazzjoni jkunu jistgħu jiġu rifonduti kompletament jew parti minnhom. Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni ssussidjata.
Ħoloq relatati
Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi
Ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR
De Rechtspraak over mediation naast rechtspraak
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-kawżi tal-liġi tal-familja Awstrijaċi, il-qorti tagħmel mill-aħjar li tista' biex tinstab soluzzjoni amikevoli. Biex dan isir, tista' tordna sessjoni ta' informazzjoni inizjali dwar il-medjazzjoni jew tirrakkomanda l-medjazzjoni (l-Artikolu 107(3), Nru 2 tal-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi, Außerstreitgesetz). Għalkemm timijiet ta' medjaturi binazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-medjazzjoni tal-familja fl-Awstrija, huma jridu jiġu kkostitwiti fuq bażi ad hoc permezz tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz), bħala l-awtorità ċentrali, u l-assoċjazzjonijiet ta' medjazzjoni privata.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-proċedimenti tal-medjazzjoni f'kawżi tal-familja, tad-divorzju u tas-separazzjoni
Il-medjazzjoni hija forma ta' soluzzjoni għat-tilwim volontarja u kunfidenzjali fejn il-partijiet f'kunflitt jew tilwima jippruvaw jaslu għal ftehim bejniethom bl-għajnuna ta' medjatur newtrali u imparzjali. Il-kwistjonijiet li jiġu diskussi waqt il-medjazzjoni jagħżluhom il-parteċipanti. Il-kwistjonijiet li jrid jinstab qbil dwarhom jistgħu jkunu relatati: mar-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin, l-istipular tal-kundizzjonijiet għas-separazzjoni, il-forom ta' awtorità tal-ġenituri, id-dritt ta' aċċess, l-issodisfar tal-bżonnijiet familjari, il-manteniment inkluż tat-tfal, kif ukoll kwistjonijiet dwar proprjetà u abitazzjoni. Soluzzjoni ta' medjazzjoni tista' tistipula wkoll il-ħruġ ta' passaport, l-għażla tal-edukazzjoni tat-tfal, il-kuntatt ma' membri oħra tal-familja u/jew il-ġestjoni tal-proprjetà tat-tfal.
Il-benefiċċji tal-medjazzjoni
• Il-medjazzjoni tgħin biex jitnaqqas il-livell ta' emozzjonijiet negattivi u biex il-partijiet jifhmu l-bżonnijiet tagħhom stess u ta' xulxin, u b'hekk jonqos il-piż psikoloġiku marbut mal-kunflitt.
Kif tiġi riferuta kwistjoni għall-medjazzjoni?
• Il-medjazzjoni tista' ssir qabel ma l-kwistjoni tittella' l-qorti jew wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti, fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-qorti.
• Fi kwalunkwe każ, il-medjazzjoni hija suġġetta għall-kunsens tal-partijiet.
• Kull parti tista' titlob il-medjazzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti ġudizzjarji.
Min jiddeċiedi dwar l-għażla tal-medjatur?
• Il-medjatur jintgħażel mill-partijiet flimkien jew jitqabbad mill-qorti, wara li jiġu kkunsidrati l-ewwel l-individwi mil-lista tal-medjaturi permanenti.
Kemm tista' ddum il-medjazzjoni?
• Il-proċedimenti ta' medjazzjoni li jkunu ġew istitwiti wara deċiżjoni tal-qorti ma għandhomx idumu aktar minn tliet xhur, imma jistgħu jkunu estiżi wara talba konġunta jew minħabba kwalunkwe raġuni valida oħra jekk tkun tiffaċilita s-soluzzjoni.
Il-proċess ta' medjazzjoni
• Wara li jirċievi deċiżjoni mill-qorti, il-medjatur jikkuntattja lill-partijiet biex jiffissaw data u post biex jiltaqgħu.
• Il-medjatur jispjega r-regoli u l-andament tal-proċedimenti tal-medjazzjoni u jistaqsi lill-partijiet jaqblux mal-medjazzjoni.
• Il-medjazzjoni hija diskussjoni bejn il-partijiet fil-preżenza ta' medjatur. Jistgħu jsiru wkoll laqgħat ras imb ras bejn il-medjatur u kwalunkwe waħda mill-partijiet.
• Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux sehem fil-medjazzjoni.
• Il-medjazzjoni hija kunfidenzjali. Il-medjatur ma jridx jiżvela dettalji tal-medjazzjoni lil partijiet terzi. Il-minuti tal-medjazzjoni ma jkun fihom l-ebda sentenza jew pożizzjoni tal-partijiet.
• Medjatur ma jistax jixhed dwar il-fatti li jsir jaf bihom minħabba li jkun mexxa l-medjazzjoni, sakemm il-partijiet ma jirrilaxxawhx mill-obbligu ta' segretezza.
X'inhuma l-eżiti possibbli tal-medjazzjoni?
• Il-medjazzjoni tista' tirriżulta f'soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd iffirmata mill-partijiet.
• F'kawżi ta' divorzju jew separazzjoni, il-medjazzjoni tista' tirriżulta fir-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin u/jew fi ftehim bejniethom, jew fl-iżvilupp ta' pożizzjonijiet legali komuni. Dawn jipprovdu bażi għar-riżoluzzjoni tal-kawża mill-qorti.
• Il-medjatur jipprovdi kopja tal-minuti lill-partijiet.
• Il-medjatur jibgħat il-minuti u l-ftehim milħuq lill-qorti.
• Ftehim bil-medjazzjoni approvat mill-qorti għandu l-validità legali ta' soluzzjoni bil-qorti u jtemm il-proċedimenti.
• Il-qorti tirrifjuta li tapprova l-ftehim jekk ikun kontra l-liġi jew kontra l-prinċipji tal-ħajja komunitarja, ikun maħsub biex idur mal-liġi jew ikun fih konfużjonijiet jew kontradizzjonijiet.
• Jekk ftehim li jkun ġie ddikjarat eżekutorju ma jkunx ġie effettivament eżegwit, ikun jista' jiġi riferut lil uffiċjal eżekuttiv maħtur mill-qorti.
• Jekk ma tinstabx soluzzjoni, il-partijiet jistgħu jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi proċedimenti ġudizzjarji.
X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
MEDJAZZJONI FI KWISTJONIJIET TAL-FAMILJA FIL-PORTUGALL
Il-parteċipazzjoni volontarja u l-ħtieġa li l-ftehim jiġi approvat minn qorti jew minn reġistratur ċivili
Fil-Portugall il-medjazzjoni ssir fuq bażi volontarja. Il-partijiet għal kwistjoni rigward materji familjali dwar it-tfal jew il-konjuġi jistgħu jużaw medjazzjoni tal-familja pubblika jew privata bi ftehim bejniethom. Il-qorti wkoll tista’ tirreferi lill-partijiet għall-medjazzjoni, iżda ma tistax timponi dan mingħajr il-kunsens tagħhom.
Il-medjazzjoni tal-familja tista’ sseħħ qabel ma titressaq kawża quddiem il-qorti jew l-uffiċċju tar-reġistru ċivili (Conservatória do Registo Civil), jew wara li kawża tkun diġà pendenti. Fi kwalunkwe każ, ftehim rigward affarijiet tal-familja jrid jiġi approvat mill-qorti jew mir-reġistratur ċivili biex ikun eżegwibbli. Ir-rappreżentanti tal-partijiet (jekk ikun hemm) ukoll jistgħu jattendu s-sessjonijiet ta’ medjazzjoni — u fil-prattika xi kultant hekk iseħħ. Il-Liġi Nru 29/2013 tad-19 ta’ April 2013 tispjega fid-dettall il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-medjazzjoni.
Medjazzjoni fil-proċedimenti tal-qorti
Jekk il-partijiet jużaw il-medjazzjoni tal-familja qabel jiftħu l-kawża u jilħqu ftehim, huma għandhom jitolbu lill-uffiċċju tar-reġistru ċivili tal-għażla tagħhom biex japprova l-ftehim. Dawn il-ftehimiet jistgħu jkopru affarijiet li jirrigwardaw il-konjuġi (eż. divorzju, il-ħlas ta’ manteniment bejn il-konjuġi, id-dar matrimonjali, l-użu tal-kunjom tal-eks konjuġi) kif ukoll affarijiet li jirrigwardaw it-tfal (eż. ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri marbuta ma’ ftehim ta’ divorzju jew ftehim għal ħlas tal-manteniment ta’ tfal adulti). Qabel l-approvazzjoni mill-uffiċċju tar-reġistru, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ministério Público) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-ftehim, sa fejn ikollu x’jaqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri fuq it-tfal.
Jekk il-medjazzjoni tal-familja sseħħ qabel ma tinfetaħ kawża l-qorti bl-uniku tir li jintlaħaq ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq it-tfal (mingħajr ftehim ta’ divorzju jew ta’ separazzjoni legali mehmuż), il-partijiet iridu jitolbu lill-qorti kompetenti biex tapprova l-ftehim.
Jekk il-medjazzjoni tal-familja ssir waqt li l-kawża tkun għadha pendenti, hija tkompli kif ġej:
Jekk jintlaħaq ftehim bil-medjazzjoni waqt li jkunu għadhom pendenti l-proċedimenti fil-kawżi msemmija hawn fuq, il-partijiet iridu jitolbu l-qorti biex tapprovah.
Il-kawżi dwar kwistjonijiet tal-familja li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tar-reġistratur jridu jitressqu bil-kunsens minn qabel tal-partijiet, għaliex inkella jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati. Għal dik ir-raġuni, l-aċċess għall-medjazzjoni fuq inizjattiva tal-partijiet jista’ jkun utli qabel ma jibdew il-proċedimenti. Wara li jingħata bidu għall-proċedimenti fl-uffiċċju tar-reġistru ċivili, l-Artikolu 14(3) tad-Digriet Amministrattiv Nru 272/2001 tat-13 ta’ Ottubru 2001 jgħid illi r-reġistratur għandu jinforma lill-konjuġi li jridu divorzju bis-servizzi ta’ medjazzjoni. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-partijiet, sakemm il-proċedimenti ta’ divorzju bil-kunsens reċiproku jkunu pendenti quddiem l-uffiċċju tar-reġistru ċivili, jużaw il-medjazzjoni biex jirrikonċiljaw bejniethom jew biex jirrevedu l-ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, mehmuż mal-ftehim ta’ divorzju, fejn ikun hemm mozzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku f’dan ir-rigward.
Għażla ta’ medjatur pubbliku jew privat, tul u spiża tal-medjazzjoni
Bħala regola ġenerali, il-medjazzjoni tal-familja tista’ ddum massimu ta’ 3 xhur, f’konformità mal-Artikolu 272(4) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Il-medjazzjoni tista’ taqbeż dan il-perjodu biss f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq.
Jekk il-partijiet jużaw il-medjazzjoni privata, iridu jħallsu t-tariffi tal-medjatur. Dan l-ammont, ir-regoli u l-iskeda tal-medjazzjoni jiġu stabbiliti fil-protokoll tal-medjazzjoni iffirmat mill-partijiet u mill-medjatur fil-bidu tal-medjazzjoni. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jżomm lista tal-medjaturi pubbliċi u privati illi tista’ tiġi kkonsultata mill-partijiet sabiex jagħżlu medjatur privat.
Sabiex jirrikorru għal medjazzjoni pubblika, il-partijiet għandhom jikkuntattjaw lill- Uffiċċju għas-Soluzzjonijiet Alternattivi għat-Tilwim (Gabinete de Resolução Alternativa de Conflitos) tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja (Direcção Geral da Política de Justiça) u jitolbu appuntament għal sessjoni ta’ qabel il-medjazzjoni. Din is-sessjoni tista’ tiġi riżervata bit-telefown (+351 808 26 2000) jew permezz tal-
formola online. Fis-sessjoni pubblika ta’ qabel il-medjazzjoni, il-protokoll tal-medjazzjoni jiġi ffirmat mill-partijiet u mill-medjatur. Jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien, jiġu skedati s-sessjoniiet u jiġu spjegati r-regoli proċedurali.
L-ispiża ta’ sessjoni ta’ medjazzjoni pubblika tal-familja tiswa EUR 50 għal kull waħda mill-partijiet, irrispettivament min-numru ta’ sessjonijiet ippjanati. Din it-tariffa ta’ EUR 50 titħallas minn kull waħda mill-partijiet kif tkun se tibda l-medjazzjoni pubblika. It-tariffi tal-medjaturi li jaħdmu permezz tas-sistema pubblika ma jitħallsux mill-partijiet. Jitħallsu mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja, skont skeda statutorja.
Is-sessjonijiet ta’ medjazzjoni pubblika jistgħu jsiru fil-bini tad-Direttorat-Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja, jew fil-bini pprovdut fil-muniċipalità fejn jgħixu l-partijiet.
Fil-medjazzjoni pubblika, il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur minn lista ta’ medjaturi pubbliċi magħżula. Jekk ma ssirx għażla, l-Uffiċċju għas-Soluzzjonijiet Alternattivi għat-Tilwim tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika dwar il-Ġustizzja jagħżel medjatur mil-lista ta’ medjaturi pubbliċi b’mod sekwenzjali u skont kemm ikun viċin iż-żona fejn jgħixu l-partijiet. Bħala regola, din il-ħatra ssir elettronikament.
Jekk il-partijiet għandhom dritt għall-għajnuna legali, din tista’ tkopri l-ispiża tal-medjazzjoni.
Medjazzjoni transfruntiera u Komedjazzjoni
F’każ ta’ tilwim transfruntier, meta ma jkunx possibbli li jsiru sessjonijiet wiċċ imb wiċċ, il-medjazzjoni tista’ ssir b’vidjokonferenza.
Fil-Portugall, il-medjaturi mill-Istati Membri l-oħra mhux biss jistgħu jirreġistraw biex jiġu inklużi fil-lista ta’ medjaturi tal-familja kkumpilata mill-Ministeru għall-Ġustizzja (li tinkludi medjaturi pubbliċi u privati), iżda jistgħu jiġu magħżula wkoll għal-lista ta’ medjaturi tal-familja pubbliċi (permezz ta’ sejħa għall-offerti). Fiż-żewġ każijiet, dan isir skont l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-medjaturi nazzjonali.
Fil-Portugall, hija permessa l-komedjazzjoni, kemm fis-sistema pubblika u kemm fis-sistema privata ta’ medjazzjoni. Il-komedjazzjoni tista’ ssir b’għażla tal-partijiet, jew fuq suġġeriment tal-medjatur, jekk huwa jaħseb li dan ikun l-aħjar approċċ għall-każ.
Links utli / leġiżlazzjoni applikabbli
Jekk jogħġbok żur is-sit web tad-DGPJ għal links għal:
It-talbiet għal medjazzjoni pubblika jistgħu jsiru billi ċċempel (+ 351) 808262000 jew permezz tal- formola online.
Biex tkun taf kemm tiswa l-medjazzjoni pubblika, segwi din il-link:
Pedir mediação familiar |
Justiça.gov.pt (justica.gov.pt)
Il-prezzijiet għall-medjazzjoni privata jistgħu jvarjaw minn dawk elenkati għall-medjazzjoni pubblika.
Nota finali
L-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva hija ta’ natura ġenerali u mhijiex eżawrjenti. Din mhijiex vinkolanti fuq il-punt ta’ kuntatt, in-Network Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali, il-qrati jew xi persuna oħra. Mhijiex intiża li tissostitwixxi l-konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Liġi Nru 192/2006 tirregola l-medjazzjoni u l-organizzazzjoni tal-professjoni tal-medjatur u tinkludi d-dispożizzjonijiet ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar il-professjoni tal-medjatur (ċertifikazzjoni bħala medjatur, sospensjoni jew tneħħija mis-servizz, il-Kunsill tal-Medjazzjoni, organizzazzjoni u prattika tal-professjoni ta' medjatur, id-drittijiet u l-obbligi tal-medjatur, ir-responsabbiltà tal-medjatur), il-proċedura ta' medjazzjoni (il-proċedura qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-medjazzjoni, il-ftehim tal-medjazzjoni, il-proċess tal-medjazzjoni, it-tmiem tal-proċedura ta' medjazzjoni), u dispożizzjonijiet speċjali dwar it-tilwim familjari u materji kriminali.
Il-partijiet jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħa ta' informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-medjazzjoni, inkluż, meta applikabbli, wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti legali quddiem il-qorti kompetenti, bil-ħsieb li jiġi solvut tilwim bl-użu ta' dan il-metodu. Il-prova tal-parteċipazzjoni fil-laqgħa informattiva dwar il-vantaġġi tal-medjazzjoni hija ċ-ċertifikat informattiv maħruġ mill-medjatur li jkun ta l-informazzjoni. Il-proċedura għall-infurmar dwar il-vantaġġi tal-medjazzjoni tista' ssir mill-imħallef, il-prosekutur, il-konsulent legali, l-avukat jew in-nutar, u f'dawn il-każijiet tiġi ċċertifikata bil-miktub.
Is-suġġett tal-medjazzjoni ma jistax jinkludi drittijiet strettament personali, bħal dawk li jirrigwardaw l-istatus tal-persuna, jew kwalunkwe dritt ieħor li l-partijiet ma jistgħux jeżerċitaw skont ftehim jew kwalunkwe att ieħor.
L-attività tal-medjazzjoni titmexxa bl-istess mod għal kulħadd, irrispettivament mir-razza, il-kulur, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika, il-lingwa, ir-reliġjon, is-sess, l-opinjoni, is-sħubija politika, il-ġid jew l-oriġini soċjali.
Il-medjazzjoni hija attività ta' interess pubbliku. Fl-eżerċizzju ta' dmirijietu, il-medjatur ma għandux is-setgħa li jieħu deċiżjoni dwar il-kontenut tal-ftehim li jrid jinstab mill-partijiet, imma jista' jiggwidahom fil-verifika tal-legalità tiegħu. Il-medjazzjoni tista' ssir bejn żewġ partijiet jew iktar. Il-partijiet għandhom id-dritt li jagħżlu l-medjatur liberament. Il-medjazzjoni tista' ssir minn medjatur wieħed jew iktar. Il-korpi ġudizzjarji u ta' arbitraġġ, u kull awtorità oħra vestita bil-funzjonijiet ġuriżdizzjonali, jinfurmaw lill-partijiet bil-possibbiltà u bil-vantaġġi tal-użu tal-proċedura ta' medjazzjoni u jħeġġuhom jużaw dan il-mezz sabiex isolvu t-tilwim tagħhom.
Il-partijiet jistgħu jitolbu lin-nutar pubbliku jawtentika l-ftehim. Id-dokument imfassal min-nutar pubbliku, li jawtentika l-ftehim miksub fil-medjazzjoni, huwa eżekutorju.
Il-partijiet fil-ftehim ta' medjazzjoni jistgħu jidhru quddiem il-qorti sabiex jitolbu deċiżjoni li tappoġġa l-ftehim tagħhom. L-awtorità kompetenti hija jew il-qorti distrettwali b'ġuriżdizzjoni fejn kwalunkwe waħda mill-partijiet ikollha d-domiċilju/il-post ta' residenza/l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew il-qorti distrettwali b'ġuriżdizzjoni fejn ġie konkluż il-ftehim tal-medjazzjoni. Id-deċiżjoni li biha l-qorti tappoġġa il-ftehim tal-partijiet tingħata in camera u hija eżekutorja.
Dispożizzjonijiet speċjali dwar tilwim familjari. Il-medjazzjoni tista' tintuża biex ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn il-miżżewġin fir-rigward tat-tkomplija taż-żwieġ, it-tqassim tal-beni matrimonjali, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri, it-twaqqif tad-domiċilju tat-tfal, il-kontribuzzjonijiet ta' manteniment tat-tfal mill-ġenituri, jew kwalunkwe nuqqas ta' qbil ieħor bejn il-miżżewġin rigward id-drittijiet li jistgħu jgawdu skont il-liġi. Ftehimiet ta' medjazzjoni konklużi bejn partijiet f'materji/tilwim li jinvolvu d-drittijiet tal-ġenituri, il-kontribuzzjonijiet ta' manteniment għat-tfal mill-ġenituri, jew it-twaqqif tad-domiċilju tat-tfal jieħdu s-sura ta' sentenzi kunsenswali.
Il-ftehim bejn il-miżżewġin għall-ħall taż-żwieġ u l-ftehim għal kwistjonijiet anċillari tad-divorzju jintbagħtu mill-partijiet lill-qorti kompetenti biex toħroġ deċiżjoni ta' divorzju.
Il-medjatur jiżgura li l-eżitu tal-medjazzjoni ma jmurx kontra l-aħjar interessi tal-minuri, iħeġġeġ lill-ġenituri jiffukaw l-ewwel u qabel kollox fuq il-bżonnijiet tat-tfal u jiżgura li t-teħid tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew tas-separazzjoni jew divorzju de facto ma jkollhomx effett detrimentali fuq it-trobbija u l-iżvilupp tat-tfal.
Qabel ma jikkonkludi l-ftehim ta' medjazzjoni jew, meta applikabbli, matul il-proċedura, il-medjatur jwettaq id-diliġenza dovuta biex jara jekk kienx hemm relazzjoni abbużiva jew vjolenti bejn il-partijiet u jekk l-effetti ta' relazzjoni tali hux probabbli li jinfluwenzaw il-medjazzjoni, u jiddeċiedi jekk fiċ-ċirkostanzi tkunx xierqa soluzzjoni b'medjazzjoni. Jekk, waqt il-medjazzjoni, il-medjatur isir jaf b'fatti li jipperikolaw it-trobbija jew l-iżvilupp normali tat-tfal jew li jkunu ta' detriment konsiderevoli għall-aħjar interessi tal-minuri, huwa jrid jirrapporta l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti.
Il-Liġi Nru 217/2003 dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha fiha dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet li għandhom dmirijiet fir-rigward tal-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha (li huwa dmirhom li jiggwidaw lill-partijiet litiganti lejn il-medjazzjoni), l-istabbilimenti għall-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha (inklużi ċentri ta' appoġġ maħsuba għall-aggressuri, li jipprovdu konsulenza u servizzi ta' medjazzjoni familjari, bil-possibbiltà li kwistjonijiet ta' vjolenza domestika jiġu suġġetti għall-medjazzjoni fuq talba tal-partijiet), l-ordni ta' protezzjoni u l-finanzjament fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha.
Waqt il-proċedimenti ċivili, l-imħallef jirrakkomanda li l-partijiet isolvu t-tilwima b'mod amikevoli bil-medjazzjoni u, matul il-proċedimenti, jipprova jirrikonċilja l-partijiet, billi jipprovdilhom l-gwida meħtieġa.
F'tilwimiet li jistgħu jkunu suġġetti għall-proċedura ta' medjazzjoni, l-imħallef jista' jsejjaħ lill-partijiet biex jattendu l-laqgħa ta' informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-użu ta' din il-proċedura. Meta jqis li jkun hemm bżonn, skont iċ-ċirkostanzi tal-kawża, l-imħallef jirrakkomanda lill-partijiet li jużaw il-medjazzjoni biex jiżguraw is-soluzzjoni amikevoli tat-tilwima fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti ġudizzjarji. Il-medjazzjoni mhix obbligatorja għall-partijiet.
Jekk l-imħallef jirrakkomanda l-medjazzjoni, il-partijiet (jekk ma jkunux ippruvaw isolvu t-tilwima tagħhom bil-medjazzjoni qabel ma fetħu l-kawża) iridu jidhru quddiem il-medjatur sabiex ikunu infurmati bil-vantaġġi tal-medjazzjoni. Wara li jirċievu l-informazzjoni, il-partijiet jiddeċiedu jekk jaċċettawx li jsolvu t-tilwima tagħhom bil-medjazzjoni.
Jekk il-partijiet jirrikonċiljaw, l-imħallef jappoġġ il-ftehim tagħhom bis-sentenza tiegħu.
F'każ ta' divorzju, ir-rikors għal divorzju jista' jkun akkumpanjat minn ftehim milħuq mill-miżżewġin permezz tal-medjazzjoni dwar il-ħall taż-żwieġ u, meta applikabbli, dwar il-ftehim dwar kwistjonijiet anċillari tad-divorzju.
Il-Liġi Nru 272/2004 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tat-tfal (id-drittijiet u l-libertajiet ċivili, ambjent u ndukrar familjari alternattivi, is-saħħa u l-benessri tat-tfal, l-edukazzjoni, u l-attivitajiet rikreattivi u kulturali), dispożizzjonijiet dwar protezzjoni speċjali għat-tfal li jkunu temporanjament jew permanentement nieqsa mill-protezzjoni mill-ġenituri tagħhom (fostering, fostering ta' emerġenza, superviżjoni speċjalizzata u monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni speċjali), dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tat-tfal (refuġjati jew fil-każ ta' kunflitt armat, tfal li jkunu wettqu reat kriminali imma li ma jitqisux bħala responsabbli skont id-dritt kriminali, kontra l-abbuż, it-traskuraġni, jew l-isfruttament, inkluż l-isfruttament ekonomiku, kontra l-abbuż tad-droga u kull forma ta' vjolenza, tfal li l-ġenituri tagħhom qegħdin barra l-pajjiż fuq xogħol, u kontra l-ħtif jew kull forma ta' traffikar), dispożizzjonijiet dwar istituzzjonijiet u servizzi bi dmirijiet fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal fil-livell ċentrali u lokali, organizzazzjonijiet privati, u finanzjament għas-sistema ta' protezzjoni tat-tfal.
Is-servizz tal-kura soċjali pubbliku għandu l-obbligu li jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' riskju li jkunu jistgħu jirriżultaw fi tfal li jiġu sseparati mill-ġenituri tagħhom u biex jiġu pprevenuti mġiba abbużiva minn ġenituri u l-vjolenza domestika. Kull każ ta' tfal li jiġu sseparati mill-ġenituri tagħhom u kull restrizzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri jridu jkunu ppreċeduti mill-forniment sistematiku ta' servizzi u benefiċċji stipulati fil-liġi, b'enfasi partikolari fuq l-infurmar xieraq tal-ġenituri u l-konsulenza għalihom, u terapija jew medjazzjoni pprovduta taħt skema ta' servizz.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-medjazzjoni fis-Slovenja hija regolata mill- Att dwar il-Medjazzjoni f'Materji Ċivili u Kummerċjali (Zakon o mediaciji v civilnih in gospodarskih zadevah - ZMCGZ; Uradni list RS (Gazzetta Uffiċjali ta' RS); UL RS Nru 56/08) li tintuża, skont l-Artikolu 2(1) tagħha, għal medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja li jikkonċernaw talbiet li dwarhom il-partijiet jistgħu jiftiehmu fuqhom liberament Barra minn hekk, l-
Att dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim f'Materji Ġudizzjarji (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov - ZARSS; UL RS Nru 97/09 u 40/12 - ZUJF) japplika għar-relazzjonijiet familjali, u skont dak l-Att il-qorti trid tippermetti l-medjazzjoni bejn partijiet fi kwistjoni legali.
L-Artikolu 22(1) taz-ZARSS jistipula illi l-medjazzjoni fi kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal hija mingħajr ħlas għaliex it-tariffi tal-medjatur u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu huma koperti totalment mill-qorti - mhux mill-partijiet. Dan japplika wkoll f'każijiet fejn waqt il-medjazzjoni, flimkien mal-kwistjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, qed tinstab ukoll soluzzjoni dwar il-propjetà tal-konjuġi.
Skont l-Artikolu 2 tar-Regoli dwar medjaturi fil-programmi tal-qorti (Pravilnik o mediatorjih v programih sodišč; UL RS Nri 22/10 u 35/13), il-qorti responsabbli għal-lista ta' medjaturi skont iz-ZARSS tiddeċiedi, skont il-bżonnijiet tal-programm, in-numru massimu ta' medjaturi li jistgħu jitniżżlu fil-lista għal żona partikolari. Għall-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja, il-qorti trid, skont in-numru ta' medjaturi fuq il-lista, tikkunsidra l-fatt illi l-medjazzjoni fi kwistjonijiet bejn ġenituri u tfal tista' ssir minn żewġ medjaturi, wieħed li jkun għadda mill-eżami tal-warrant u l-ieħor li jkollu għarfien espert u esperjenza fil-qasam tal-psikoloġija jew qasam ieħor simili.
Fil-liġijiet tagħna ma hemmx aktar regolamenti dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja. Il-Kodiċi tal-Familja l-ġdid għandu jkollu dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja.
Il-lista ta' medjaturi għall-oqsma u l-qrati individwali hija aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-qrati individwali, kif ukoll mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jżomm reġistru ċentrali tal-medjaturi li jipparteċipaw fil-programmi tal-qorti taħt iz-ZARSS
Ħoloq elettroniċi relatati:
Informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni (ma hemmx ħolqa separata għall-medjazzjoni tal-familja)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
1. Informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni
Fir-Repubblika Slovakka, il-medjazzjoni fil-liġi tal-familja sseħħ biss abbażi ta' parteċipazzjoni volontarja; hija titmexxa minn medjaturi li mhumiex speċjalizzati fil-liġi tal-familja. Qorti ma għandhiex obbligu tordna jew tirrakkomanda l-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni ta' kwistjoni. Qorti tista' biss tagħti parir lill-partijiet biex jippruvaw il-medjazzjoni biex isolvu kwistjoni.
2. Ħolqa għal lista ta' medjaturi fis-Slovakkja
Ħolqa għas-sit elettroniku Slovakk fejn hemm lista ta' medjaturi hija disponibbli hawnhekk http://www.komoramediatorov.sk/, fejn huma mniżżla l-membri tal-Kamra tal-Medjaturi tas-Slovakkja (Slovenská komora mediátorov), kif ukoll fuq
https://www.najpravo.sk/, fejn il-medjaturi huma mniżżla skont ir-reġjun jew distrett fejn jinsabu. Fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovakkja hemm disponibbli lista ta' medjaturi li temmew taħriġ professjonali biex jaħdmu bħala medjaturi (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky)
https://www.justice.gov.sk.
3. Ħolqa għas-sit elettroniku dwar il-medjazzjoni fil-liġi tal-familja u l-medjazzjoni b'mod ġenerali
Informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kamra Slovakka tal-Medjaturi:http://www.komoramediatorov.sk/, kif ukoll hawnhekk
https://www.najpravo.sk/.
4. Ħolqa għal-leġiżlazzjoni Slovakka
Leġiżlazzjoni nazzjonali speċjali dwar il-medjazzjoni fil-liġi tal-familja għadha ma ġietx adottata. Il-proċedimenti ta' medjazzjoni f'dan il-qasam — kif ukoll fl-oqsma l-oħra kollha fejn il-medjazzjoni hija permessa għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet barra mill-qorti — isiru skont l-Att Nru 420/2004 dwar il-medjazzjoni u ċerti atti ta' emenda.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Finlandja għandha tliet tipi ta' proċeduri għall-medjazzjoni tal-familja:
1. Il-medjazzjoni barra mill-qorti
Skont l-Att dwar iż-Żwieġ (234/1929), il-kwistjonijiet u t-tilwim legali li jinqala' fil-familja għandu jiġi riżolt primarjament f'negozjati bejn il-membri tal-familja u konkluż bi ftehim. Jekk il-membri tal-familja jkollhom bżonn għajnuna minn persuni esterni biex isolvu l-problemi tagħhom, jistgħu ifittxu l-għajnuna mill-medjaturi tal-familja offruti mill-bords muniċipali tas-sigurtà soċjali. F'bosta każijiet, il-medjaturi tal-familja maħtura jkunu impjegati tas-servizzi ta' konsulenza tal-familja u tal-iżvilupp u servizzi soċjali oħra. Il-medjazzjoni tal-familja hija proċedura separata minn servizzi soċjali u ta' konsulenza tal-familja, bl-għan illi tinstab soluzzjoni għat-tilwim bejn il-partijiet permezz ta' diskussjoni reċiproka u negozjazzjoni. Minbarra l-muniċipalitajiet, is-servizzi ta' medjazzjoni jiġu pprovduti wkoll fiċ-ċentri ta' konsulenza tal-familja tal-Knisja kif ukoll minn organizzazzjonijiet u individwi oħra awtorizzati jipprovdu l-medjazzjoni.
Il-kompitu speċifiku tal-medjatur huwa li jissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal f'każijiet ta' divorzju. Il-medjatur jgħin lill-ġenituri biex jirranġaw b'mod amikevoli kull kwistjoni dwar it-tfal. Dan ifisser, fost affarijiet oħra, ftehimiet dwar jekk it-tfal għandhomx jibqgħu taħt il-kustodja konġunta taż-żewġ ġenituri, ma' min se jgħixu u kif se jiltaqgħu mal-ġenitur l-ieħor, u kif il-ġenituri se jaqsmu r-responsabbiltà biex irabbu lil uliedhom. Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim, il-medjatur jgħinhom ifasslu kuntratt. Sabiex il-ftehim ikun eżegwibbli, il-medjatur isaqsi lill-ġenituri biex jiġi konfermat minn uffiċjal għall-benessri tat-tfal. Ftehim konfermat huwa ekwivalenti għal deċiżjoni tal-qorti.
Il-medjazzjoni tal-familja hija volontarja, kunfidenzjali u mingħajr ħlas. Il-familja kollha jew il-konjuġi flimkien jew separatament jistgħu jikkuntattjaw lis-servizzi ta' medjazzjoni.
2. Il-medjazzjoni bil-qorti
Il-qrati jistgħu jservu ta' medjaturi fi kwistjonijiet relatati mal-kustodja, drittijiet ta' aċċess u appoġġ finanzjarju għat-tfal (l-Artikolu 10 tal-Att dwar il-medjazzjoni f'materji ċivili u l-konferma tal-ftehimiet fil-qrati ġenerali, 394/2011). Il-medjazzjoni hija proċedura separata mill-proċedimenti ġudizzjarji. Hija volontarja, iżda teħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri. Hija tieħu inqas żmien u tqum inqas flus minn proċedimenti l-qorti.
Il-medjazzjoni tibda meta l-partijiet jitolbu l-qorti għall-medjazzjoni. Il-medjazzjoni tista' ssir ukoll wara li jkunu bdew il-proċedimenti quddiem il-qorti. Il-medjazzjoni tista' tieqaf f'kull stadju. Il-medjatur ikun imħallef assistit minn espert, normalment psikologu jew ħaddiem soċjali. Waqt il-medjazzjoni l-partijiet jistgħu jiġu assistiti minn avukat tal-għażla tagħhom jew assistent ieħor. Għall-medjazzjoni bil-qorti, wieħed jista' japplika għall-għajnuna legali mill-fondi tal-Istat biex ikopru l-kumpens tal-assistenza. Fil-medjazzjoni bil-qorti, iridu jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tfal. Meta tiddeċiedi dwar jekk għandux jiġu konfermat il-ftehim, il-qorti trid tikkunsidra l-Att dwar il-kustodja u d-dritt ta' aċċess (361/1983) u l-Att dwar il-Manteniment tat-Tfal (704(1975). Ftehim konfermat huwa ekwivalenti għal deċiżjoni tal-qorti. Jekk ma jistax jintlaħaq ftehim, il-qorti tagħlaq il-każ. Jekk il-każ mill-proċedimenti l-qorti jkun intbagħat għall-medjazzjoni, jerġa' jmur lura quddiem il-qorti jekk il-medjazzjoni ma tkunx irnexxiet.
3. Il-medjazzjoni bħala parti minn proċess ta' implimentazzjoni
Din il-forma ta' medjazzjoni hija disponibbli biss meta wieħed mill-ġenituri jkun beda proċess ta' implimentazzjoni quddiem qorti distrettwali. F'dan il-każ, ikun hemm diġà deċiżjoni tal-qorti, li tkun għadha ma ġietx osservata mill-ġenitur l-ieħor.
Skont l-Att dwar l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-kustodja u d-dritt ta' aċċess għat-tfal (619/1996) il-qorti tiddeċiedi prinċipalment dwar il-medjatur f'każijiet fejn l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar kustodja jew dritt ta' aċċess tiġi mitluba lilha. Il-medjatur normalment ikun psikologu b'esperjenza fil-psikoloġija tat-tfal, ħaddiem soċjali b'esperjenza fil-protezzjoni tat-tfal jew uffiċjal għall-benessri tat-tfal. L-għan tal-medjazzjoni huwa li jiffaċilita l-kollaborazzjoni tal-ġenituri tat-tfal jew partijiet interessati oħra sabiex jiżguraw il-benessri tat-tfal. Il-medjatur jorganizza laqgħa bejn il-ġenituri u jitkellem separatament mat-tfal sabiex isir jaf dwar ix-xewqat u l-fehmiet tagħhom, jekk dan ikun possibbli tenut kont tal-età u l-livell ta' żvilupp tat-tfal. Il-medjatur jipprepara rapport dwar il-medjazzjoni għall-qorti. Jekk il-medjazzjoni ma twassalx għal ftehim bejn il-ġenituri, il-qorti tagħti deċiżjoni bbażata, fost affarijiet oħra, fuq ir-rapport tal-medjatur.
Dwar il-medjaturi
L-organizzazzjoni tal-medjazzjoni tal-familja hija r-responsabbiltà tal-bordijiet muniċipali tas-sigurtà soċjali. Għad-dettalji ta' kuntatt tal-muniċipalitajiet ara: http://www.kunnat.net/fi/Yhteystiedot/kunta-alan-yhteystiedot/kunnat/Sivut/default.aspx
Il-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja tħarreġ lill-avukati biex iservu ta' medjaturi fit-tilwim taħt il-liġi tal-familja.
Il-medjazzjoni bil-qorti hija r-responsabbiltà tal-qrati distrettwali. Għad-dettalji ta' kuntatt tal-qrati distrettwali, ara s-sit elettroniku tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja.
Dwar il-medjazzjoni
Il-medjazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja.
Il-fuljett tal-Ministeru tal-Ġustizzja dwar il-medjazzjoni bil-qorti f'każijiet ta' kustodja
Il-fuljett bl-Ingliż: https://oikeus.fi/en/index/esitteet/expert-assistedmediationofcustodydisputes_2.html
L-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa u l-Benessri, Manwal dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, medjazzjoni tal-familja:
Proċedura għar-riżoluzzjoni amikevoli tal-kwistjoni taħt il-liġi tal-familja mill-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja:
Il-Forum Finlandiż għall-Medjazzjoni:
http://www.ssf-ffm.com/index.php
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Fl-Atti li ġejjin huma inklużi dispożizzjonijiet separati dwar il-medjazzjoni tal-familja:
L-Att dwar iż-Żwieġ (234/1929):
L-Att dwar il-kustodja tat-tfal u d-dritt ta' aċċess (361/1983):
http://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1983/19830361
L-Att dwar l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal u d-dritt ta' aċċess (619/1996):
http://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1996/19960619
L-Att dwar il-medjazzjoni f'materji ċivili u l-konferma ta' ftehimiet fil-qrati ġenerali (394/2011):
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-medjazzjoni tal-familja
Huwa prinċipju ġenerali tal-liġi Żvediża illi s-soluzzjonijiet kunsenswali jitqiesu l-aħjar għat-tfal. Għalhekk ġew imfassla regoli b'mod illi l-ewwel irid isir tentattiv biex il-ġenituri jiġu persważi jiftiehmu fuq l-affarijiet li jikkonċernaw lit-tfal tagħhom.
Lil min tikkuntattja
Is-servizzi soċjali għandhom responsabbiltà speċjali u jridu, fost affarijiet oħra, joffru l-konċilazzjoni lill-ġenituri (samarbetssamtal). L-għan tal-proċess ta' konċiljazzjoni huwa sabiex jgħin lill-ġenituri jilħqu ftehim; ara aktar informazzjoni dwar il-konċiljazzjoni. Jekk il-ġenituri jiftiehmu, is-soluzzjoni kunsenswali tagħhom tiġi inkorporata fi ftehim li jiġi approvat mis-servizzi soċjali. Il-qrati wkoll għandhom dmir illi l-ewwel jaslu għal ftehim kunsenswali bejn il-ġenituri. Jekk dan ma jirnexxix, il-qorti tista' tordna l-konċiljazzjoni jew il-medjazzjoni (medling).
F'liema oqsma huwa ammissibbli jew aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?
Il-medjazzjoni tal-familja f'każijiet quddiem il-qorti hija intiża sabiex tintuża fejn, pereżempju, l-konċiljazzjoni ma tatx riżultati iżda għad hemm il-possibbiltà li l-ġenituri jiftiehmu dwar il-kwistjonijiet li jaffettwaw it-tfal tagħhom.
Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?
Il-qorti tiddeċiedi lil min taħtar bħala medjatur. Deċiżjoni li tordna l-medjazzjoni minnha nnifisha ma għandhiex bżonn il-kunsens tal-ġenituri, iżda jista' jkun diffiċli għall-medjatur biex iwettaq dmirijietu jekk ġenitur minnhom jopponi bis-sħiħ il-ħatra ta' medjatur. Il-medjatur jiddeċiedi, wara li jikkonsulta l-qorti, kif għandha tiġi organizzata l-medjazzjoni. Ma hemmx kodiċi ta' kondotta jew arranġament simili għall-medjaturi.
Informazzjoni u taħriġ
Ma hemmx organizzazzjoni nazzjonali tat-taħriġ għall-medjaturi.
Kemm tqum il-medjazzjoni?
Il-medjaturi għandhom dritt għal rimunerazzjoni xierqa għal xogħolhom, il-ħin u l-ispejjeż involuti. Dan jitħallas mill-Istat.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-proċedura tal-medjazzjoni tal-familja
Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess volontarju. Madankollu, minn April 2014 fl-Ingilterra u Wales, ir-rikorrenti kollha (mhux biss dawk li jirċievu fondi pubbliċi) għandhom jikkunsidraw l-użu tal-medjazzjoni billi jattendu għal Laqgħa ta’ Informazzjoni u Evalwazzjoni tal-Medjazzjoni (Mediation Information and Assessment Meeting - MIAM) qabel ma jkunu jistgħu jressqu rikors quddiem il-qorti, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet bħall-vjolenza domestika. Il-konvenut prospettiv huwa mistenni li jattendi jekk ikun mistieden jagħmel dan. Jekk r-rikorrent ikompli bil-qorti, huwa għandu jimla t-taqsima rilevanti fir-rikors tiegħu biex juri jew li huwa eżenti milli jattendi MIAM, jew li attenda MIAM u l-medjazzjoni ma kinitx ikkunsidrata xierqa, jew li attenda għal medjazzjoni u ma rnexxietx jew ma ġewx solvuti l-kwistjonijiet kollha.
Materjal ta’ informazzjoni pubblika addizzjonali dwar il-medjazzjoni tal-familja huwa disponibbli fuq is-sit web tal-Gvern tar-Renju Unit (UK Government website).
L-għajnuna legali tibqa’ disponibbli għall-medjazzjoni tal-familja u għall-parir legali biex tagħti appoġġ għall-medjazzjoni tal-familja. Tista’ tkun taf aktar dwar l-għajnuna legali, inkluż jekk tistax tkun eliġibbli għal għajnuna legali fuq is-sit web li ġej.
Il-professjoni tal-medjazzjoni tal-familja
Il-medjazzjoni tal-familja hija professjoni awtoregolata li tikkonsisti minn għadd ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija li magħhom huma affiljati l-medjaturi. Dawn l-organizzazzjonijiet membri huma rrappreżentati mill-organizzazzjoni kumplessiva, il-Kunsill tal-Medjazzjoni tal-Familja (Family Meditation Council (FMC)). Il-FMC ġie stabbilit biex jarmonizza l-istandards għall-medjazzjoni tal-familja fl-Ingilterra u f’Wales u jirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet membri tiegħu u lill-prattikanti fil-medjazzjoni tal-familja fit-trattazzjonijiet tal-professjoni mal-gvern.
Il-medjaturi tal-familja jiġu minn sfondi differenti, inklużi mis-servizzi legali, dawk terapewtiċi u dawk soċjali. Id-diversi organizzazzjonijiet ta’ sħubija/akkreditazzjoni jżommu s-settijiet tagħhom ta’ standards ta’ taħriġ u standards professjonali, li jinkludu rekwiżiti ta’ taħriġ. Il-Bord tal-Istandards tal-Medjazzjoni tal-Familja (Family Mediation Standards Board - FMSB)) ġie stabbilit biex jimmonitorja u jirregola l-istandards tal-medjazzjoni tal-familja tal-organizzazzjonijiet membri tal-FMC.
Il-FMC huwa korp mhux governattiv u għandu rwol ċentrali fost l-organizzazzjonijiet membri tiegħu, li huma organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet mhux governattivi u membri fundaturi tal-FMC. L-aktar prominenti fosthom huma:
• Assoċjazzjoni tal-Medjaturi tal-Familja (Family Mediators Association)
• Medjazzjoni Nazzjonali tal-Familja (National Family Mediation)
• Kulleġġ tal-Medjaturi (College of Mediators)
• Is-Soċjetà Legali (The Law Society)
Tista’ ssib medjatur akkreditat tal-familja fuq is-sit web tal-FMC.
Tista’ tidentifika medjatur fiż-żona lokali tiegħek billi taċċessa l-għodda Sib Medjatur Lokali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-proċedura tal-medjazzjoni għall-familja
Il-medjazzjoni għall-familja hija proċess kompletament volontarju u bħalissa ma hemm l-ebda rekwiżit fl-Irlanda ta’ Fuq biex wieħed jikkunsidra li jsolvi tilwima permezz tal-medjazzjoni qabel ma jressaq rikors il-qorti. Madankollu, il-qrati jappoġġjaw u jinkoraġġixxu l-użu tagħha f’każijiet xierqa. Għalkemm il-proċess li għandu jiġi applikat mhuwiex speċifikat b’mod statutorju, il-qrati x’aktarx jippermettu aġġornament f’kawżi fejn jidher li l-kwistjonijiet jistgħu jiġu solvuti permezz tal-medjazzjoni. Il-partijiet jistgħu jressqu rikors il-qorti biex ftehim medjat isir eżegwibbli daqslikieku kien ordni tal-qorti.
Il-finanzjament pubbliku huwa disponibbli f’xi każijiet. L-Aġenzija tas-Servizzi Legali tal-Irlanda ta’ Fuq (Legal Services Agency Northern Ireland) ħallset l-ispiża ta’ xi medjazzjoni minn fondi ta’ għajnuna legali u d-Dipartiment tas-Saħħa, is-Servizzi Soċjali u s-Sikurezza Pubblika (Department of Health, Social Services and Public Safety) attwalment jipprovdi finanzjament għal medjazzjoni qabel il-qorti f’tilwimiet tal-familja. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit web ta’Appoġġ għall-Familja fl-Irlanda ta’ Fuq (Family Support Northern Ireland).
Il-professjoni tal-medjazzjoni għall-familja
It-taħriġ u l-akkreditazzjoni ma humiex irregolati mill-gvern. Il-professjoni hija awtoregolata u r-rekwiżiti tal-kwalifiki u tal-esperjenza jvarjaw minn organizzazzjoni professjonali affiljata għal oħra. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-siti web ta’ fornituri u mill-ktejjeb ta’ informazzjoni Alternattivi għall-Qorti fl-Irlanda ta’ Fuq (Alternatives to Court in Northern Ireland) disponibbli fuq is-sit web NI Dirett (NI Direct).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-professjoni tal-medjazzjoni tal-familja
Il-Gvern Skoċċiż jinkoraġġixxi l-użu ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR), inkluża l-medjazzjoni, biex jiġi solvut it-tilwim tal-familja għalkemm il-medjazzjoni ma hijiex xierqa fejn ikun hemm abbuż domestiku. Il-medjazzjoni tal-familja ġeneralment hija proċess volontarju. Ma hemm l-ebda obbligu fl-Iskozja li tuża l-ADR jew il-medjazzjoni għalkemm ladarba kawża tal-familja tkun fil-qorti, l-imħallef jista’ jitlob li tinbeda l-medjazzjoni.
Jekk tixtieq li l-kontenut ta’ ftehim ta’ medjazzjoni jiġi eżegwit fl-Iskozja, tista’ ssegwi waħda mill-proċeduri li ġejjin:
• Tista’ tressaq rikors quddiem il-Qorti Suprema Ċivili (Court of Session) jew il-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court) biex titlob lill-Qorti “tintervjeni” bl-awtorità tagħha fil-ftehim medjat. Dan ifisser li l-qorti tuża s-setgħat tagħha biex tibdel il-ftehim ta’ medjazzjoni f’ordni tal-qorti.
• B’mod alternattiv, tista’ tirreġistra ftehimiet bil-miktub “awtoprobatorji” għall-eżekuzzjoni fil-Kotba tal-Kunsill u tal-Qorti Suprema (Books of Council and Session) jew fil-Kotba tal-Qorti tax-Xeriff (Sheriff Court Books). Dokument awtoprobatorju huwa wieħed li jissodisfa l-formalitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ffirmati mingħajr bżonn ta’ prova. Ir-regoli dwar id-dokumenti awtoprobatorji jinsabu fl-Att tal-1995 dwar ir-Rekwiżiti tal-Kitba (l-Iskozja) (Requirements of Writing (Scotland) Act 1995). Biex tirreġistra l-ftehim fil-Kotba tal-Kunsill u tal-Qorti Suprema (Books of Council and Session), għandek tapplika mal-Kustodju tar-Reġistri tal-Iskozja (Registers of Scotland).
Meta ftehim ikun irreġistrat għall-eżekuzzjoni, id-dokument isir strument awtentiku.
Ftehimiet li ġew approvati mill-Qorti jew irreġistrati b’wieħed mill-metodi msemmija hawn fuq jistgħu jkunu eżegwibbli fi Stati Membri oħra tal-UE.
Informazzjoni dwar il-Medjazzjoni fl-Iskozja tista’ tinstab fuq is-sit web tan-Network Skoċċiż għall-Medjazzjoni (Scottish Mediation Network).
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-medjazzjoni tal-familja
Peress li ma hemm l-ebda obbligu li tintuża l-medjazzjoni fit-tilwim tal-familja, hemm relattivament ftit leġiżlazzjoni nazzjonali.
Madankollu, l-Att tal-1995 dwar l-Evidenza Ċivili (Medjazzjoni tal-Familja) (Skozja) (Civil Evidence (Family Mediation) (Scotland) Act, 1995) jipprevedi l-inammissibbiltà ta’ informazzjoni dwar dak li seħħ matul il-medjazzjoni tal-familja bħala evidenza fi proċedimenti ċivili fl-Iskozja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess volontarju. Il-qrati f’Ġibiltà jinkoraġġixxu l-medjazzjoni f’kawżi fejn hemm possibbiltà reali li l-medjazzjoni tgħin lill-partijiet isolvu jew inaqqsu d-differenzi bejniethom. Hemm diversi prattikanti legali li huma medjaturi kwalifikati. Huma jistgħu jingħataw struzzjonijiet biex ikunu medjaturi f’tilwim tal-familja. Barra minn hekk, it-Tim tal-Familja u t-Tfal (Family and Children Team) tas-Servizzi Soċjali wkoll jagħmel medjazzjoni ma’ partijiet riferuti lilu mill-qrati. Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja.
Ma hemm l-ebda sit web li jipprovdi lista ta’ medjaturi tal-familja u lanqas ma hemm wieħed li jipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja jew il-medjazzjoni b’mod ġenerali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.