Ġustizzja adattata għat-tfal tirreferi għal sistemi ġudizzjarja li tiggarantixxi r-rispett u l-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet kollha tat-tfal fl-ogħla livell li jista’ jinkiseb
Madwar 19% tal-popolazzjoni tal-UE (95 miljun) għandhom inqas minn 18 sena. Il-minuri jistgħu jiġu involuti direttament jew indirettament mas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri f’diversi modi, pereżempju meta jikkommettu reati, meta jkunu xhieda jew vittmi ta’ delitti, meta jitolbu l-asil, meta jkunu s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ adozzjoni jew meta l-ġenituri tagħhom ma jaqblux dwar il-kustodja.
Il-proċedimenti ġudizzjarji jista’ jkollhom impatt konsiderevoli fuq il-ħajja tal-minuri u n-nuqqas ta’ reazzjoni adattata għat-tfal jista’ jirriżulta f’restrizzjonijiet jew ksur tad-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, meta s-sistemi ġudizzjarji nazzjonali ma jkollhomx proċeduri u prattiki adattati għat-tfal, l-aktar tfal vulnerabbli (eż. tfal b’diżabilitajiet jew tfal migranti) jaffaċċaw ostakli partikolari fit-tgawdija tad-drittijiet tagħhom.
Jenħtieġ li d-dritt ta’ aċċess għall-ġustizzja jkun garantit għall-minuri kollha. Barra minn hekk, matul l-involviment tagħhom mas-sistema ġudizzjarja, jenħtieġ li t-tfal jiġu ttrattati b’rispett għall-età tagħhom, il-ħtiġijiet speċjali tagħhom, il-maturità u l-livell ta’ fehim tagħhom u b’konsiderazzjoni ta’ kwalunkwe diffikultà ta’ komunikazzjoni li jista’ jkollhom.
Hemm bżonn ta’ informazzjoni aktar ċara dwar in-nies u l-proċeduri involuti fil-ġustizzja li taffettwa lill-minuri, kif ukoll ta’ attenzjoni speċjali li tiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-minuri. F’dan ir-rigward, ġew identifikati żewġ kategoriji: tfal bħala persuni ġudizzjarji u proċeduri speċifiċi fis-seħħ fil-pajjiżi tal-UE, skont il-fergħa tal-liġi.
L-ewwel kategorija ġġib flimkien l-elementi ġenerali relatati mal-kapaċità personali tat-tfal, bħar-responsabbiltà kriminali jew ċivili, l-aċċess għal appoġġ legali, ir-relazzjoni mal-iskola/l-edukazzjoni, it-teħid ta’ deċiżjonijiet f’termini ta’ kura tas-saħħa, qrati/istituzzjonijiet speċjalizzati jew appoġġ finanzjarju meta jmorru l-qorti.
It-tieni kategorija għandha l-għan li tiġbor informazzjoni dwar kif il-minuri jiġu ttrattati fil-kuntest ta’ proċedimenti ġudizzjarji u n-natura speċifika tal-proċeduri kriminali, ċivili u amministrattivi fl-Istati Membri.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
Fil-Bulgarija, l-età minima tar-responsabbiltà kriminali hija ta’ 14-il sena. Għall-kwistjonijiet kollha, l-età minima biex attur jista’ jiftaħ kawża quddiem il-qorti f’ismu stess hija ta’ 14-il sena.
Ma hemm l-ebda speċjalizzazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja tat-tfal fil-qrati ġenerali tal-ġustizzja. Fil-qrati fejn il-persunal ikun biżżejjed biex jiggarantixxi l-prinċipju ta’ allokazzjoni aleatorja tal-kawżi, l-imħallfin jiġu allokati għal diviżjonijiet ċivili u kriminali u jittrattaw biss il-kawżi rispettivi. Fil-qrati reġjonali u distrettwali jistgħu jiġu stabbiliti diviżjonijiet, u l-allokazzjoni tal-imħallfin għalihom isseħħ fid-diskrezzjoni tal-kap amministrattiv tal-qorti.
Il-leġiżlazzjoni Bulgara tipprevedi definizzjoni legali ta’ “wild minuri”. Hija meħtieġa wkoll età minima biex wieħed jerfa’ r-responsabbiltà kriminali u hemm regoli speċjali li jirregolaw l-impożizzjoni ta’ sentenzi fuq il-minuri. Skont it-tifsira tal-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal “wild minuri għandu jkun kwalunkwe persuna fiżika li ma tkunx għalqet it-18-il sena”.
Il-minuri huma maqsuma f’żewġ gruppi – minn 14 sa 16-il sena u minn 16 sa 18-il sena. Ir-responsabbiltà kriminali tagħhom hija mmitigata meta mqabbla mar-responsabbiltà kriminali tal-adulti, peress li l-grad ta’ mitigazzjoni huwa aktar baxx fil-kategoriji tal-età ta’ bejn is-16 u t-18-il sena.
Il-minuri li jkunu għalqu s-16-il sena jistgħu jerfgħu responsabbiltà amministrattiva skont l-Att dwar ir-Reati Amministrattivi u l-Pieni u skont atti speċjali bħad-Digriet dwar il-Ġlieda kontra l-Ħuliganiżmu tal-Minuri.
L-organizzazzjonijiet rilevanti kollha jridu jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom sabiex jiksbu fehim komprensiv tat-tfal. L-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jirregola l-kompetenzi tal-Korpi għall-Protezzjoni tat-Tfal li huma l-Aġenzija tal-Istat għall-Protezzjoni tat-Tfal, id-Direttorati għall-Assistenza Soċjali fil-livell lokali, il-Ministru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali, il-Ministru tal-Intern, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xjenza, il-Ministru tal-Ġustizzja, Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, il-Ministru tal-Kultura, il-Ministru tas-Saħħa u s-sindki tal-muniċipalitajiet.
Il-professjonisti li huma involuti fil-proċess ġudizzjarju jridu jkunu kkwalifikati u b’esperjenza estensiva, speċjalment fil-ħidma mat-tfal. Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ taħriġ legali, iżda l-maġġoranza tal-ispeċjalisti ħadu korsijiet ta’ kwalifiki u taħriġ, li jagħtuhom ħiliet speċifiċi.
Min-naħa l-oħra, il-ħaddiema soċjali u l-pulizija jieħdu sehem fi studji, seminars u laqgħat differenti ospitati minn istituzzjonijiet pubbliċi, NGOs, eċċ. L-Aġenzija tal-Assistenza Soċjali, bħala istituzzjoni governattiva ewlenija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki għall-protezzjoni tat-tfal, torganizza ħafna taħriġ fuq livell lokali għat-titjib tal-kwalifiki tal-uffiċjali tagħha – il-ħaddiema soċjali.
Skont l-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, l-iżgurar tal-aħjar interess tagħhom huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni. L-aħjar interess tat-tfal huwa l-prinċipju ewlieni għall-involviment tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti lit-tfal l-opportunità li jkollhom rwol proattiv, li jesprimu opinjoni u li jieħdu sehem fit-teħid tad-deċiżjonijiet.
L-Att dwar il-Protezzjoni tat-Tfal jipprevedi li t-tfal għandhom dritt għal għajnuna legali u għal appell fil-proċedimenti kollha li jaffettwaw id-drittijiet jew l-interessi tagħhom.
It-tfal mingħajr kapaċità legali jistgħu jindirizzaw id-denunzji u l-appelli legali permezz tal-ġenituri jew tar-rappreżentanti legali tagħhom, li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom f’isimhom. Il-leġiżlazzjoni tipprovdi opportunità lil dawn ir-rappreżentanti biex jieħdu deċiżjonijiet, filwaqt li jżommu l-aħjar interess tat-tfal. Fil-każ ta’ tfal vittmi li jiddeċiedu li ma jiftħux kawżi, prosekutur jista’ jagħmel dan f’isimhom, billi jibda proċedimenti ta’ qabel il-proċess.
Ma hemm l-ebda regola speċifika dwar l-għajnuna legali għat-tfal. Japplikaw ir-regoli komuni tal-Liġi dwar l-Għajnuna Legali.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja bil-parteċipazzjoni ta’ firxa wiesa’ ta’ partijiet ikkonċernati abbozza Liġi ġdida dwar id-Devjazzjoni mill-Proċedimenti Kriminali u l-Impożizzjoni ta’ miżuri dixxiplinarji għall-minuri. L-għan tal-abbozz tal-Liġi huwa li jħeġġeġ l-imġiba legali tal-minuri f’kunflitt mal-liġi u li jipprovdi appoġġ għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà permezz tal-impożizzjoni ta’ miżuri dixxiplinarji u għall-inklużjoni tagħhom fi programmi edukattivi xierqa. F’konformità mal-istandards internazzjonali u l-aħjar prattiki, l-abbozz tal-Liġi jirregola s-sistema l-ġdida ta’ miżuri biex tiġi żgurata l-prevenzjoni ta’ reati sekondarji u ripetuti għal minuri b’imġiba illegali.
Element essenzjali tal-bidliet leġiżlattivi proposti huwa l-possibbiltà prevista li tintuża l-medjazzjoni. Dan se jippermetti l-introduzzjoni ta’ ġustizzja ta’ rkupru (restorattiva) li tbiegħed lill-minorenni minn proċedimenti kriminali sabiex jissewwew id-danni kkawżati mill-imġiba illegali u sa fejn ikun possibbli biex tiġi rrestawrata r-relazzjoni bejn it-trażgressur, il-vittma u s-soċjetà.
Il-leġiżlazzjoni Bulgara tal-adozzjoni ġiet riveduta b’konsegwenza tar-ratifika tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ulied u l-Kooperazzjoni f'Adozzjonijiet bejn Pajjiż u ieħor (il-Konvenzjoni ta’ The Hague). L-inklużjoni tal-adozzjonijiet u ta’ ġenituri adottivi f’reġistri speċjali ġiet introdotta bħala kundizzjoni għall-ammissjoni ta’ adozzjonijiet sħaħ permezz tal-emendi. Eċċezzjoni għal din ir-regola ġiet prevista fl-adozzjoni ta’ wild ta’ konjuġi u l-adozzjoni ta’ neputijiet min-nanniet.
Skont il-leġiżlazzjoni Bulgara, l-adozzjoni tista’ tkun jew “sħiħa” jew “sempliċi”:
F’każ ta’ adozzjoni sħiħa, bejn it-tfal adottati u d-dixxendenti tagħhom fuq naħa waħda, u l-ġenitur adottiv u l-qraba tiegħu fuq in-naħa l-oħra, għandu jkun hemm drittijiet u obbligi bħal bejn il-qraba oriġinali, u d-drittijiet u l-obbligi bejn it-tfal adottati u d-dixxendenti tagħhom mal-qraba oriġinali tagħhom għandhom jieqfu.
F’każ ta’ adozzjoni sempliċi, għandu jkun hemm id-drittijiet u l-obbligi bħal bejn il-qraba oriġinali bejn it-tfal adottati u d-dixxendenti tagħhom fuq naħa u l-ġenitur adottiv fuq in-naħa l-oħra biss, u għandhom jinżammu d-drittijiet u l-obbligi bejn it-tfal adottati u d-dixxendenti tagħhom mal-qraba oriġinali tagħhom, għandhom jibqgħu jeżistu. Id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri għandhom jgħaddu għand il-ġenitur adottiv.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fid-dritt privat, l-Att Nru 89/2012 (il-Kodiċi Ċivili) jiddikjara li l-kapaċità ta’ minorenni li jwettaq att legali speċifiku hija marbuta mal-maturità intellettwali u tar-rieda tal-persuni tal-età tagħhom. Din hija preżunzjoni konfutabbli, li tfisser li f’kull każ tista’ tingħata prova li turi bil-kontra. Il-kapaċità ġuridika sħiħa tinkiseb ta’ 18-il sena; f’ċerti kundizzjonijiet, qorti tista’ tagħti kapaċità ġuridika lil tfal ta’ 16-il sena. Jekk it-tfal ma jkollhomx kapaċità ġuridika, jeħtiġilhom ikunu rappreżentati mir-rappreżentant legali jew mit-tutur tagħhom. Dawk il-persuni jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal ċerti atti legali tat-tfal, f’liema każ it-tfal jitħallew jaġixxu waħedhom fi ħdan l-ambitu tal-kunsens tagħhom, sakemm dan ma jkunx ipprojbit b’mod speċifiku mil-liġi.
Skont il-Kodiċi Kriminali Ċek (l-Att Nru 40/2009), it-tfal taħt il-15-il sena ma jistgħux jinżammu responsabbli kriminalment. It-tfal li għandhom aktar minn 15-il sena, iżda li jkollhom anqas minn 18-il sena fiż-żmien tar-reat, jinżammu kriminalment responsabbli biss jekk il-maturità intellettwali u morali tagħhom fi żmien ir-reat kienet tippermettilhom jirrealizzaw l-illegalità tal-azzjonijiet tagħhom u jikkontrollaw dawk l-azzjonijiet.
It-tfal jistgħu jkunu involuti fi proċedimenti tal-qorti b’diversi modi. Fi proċedimenti ċivili, ir-rwol tat-tfal normalment ikun dak ta’ parteċipanti, iżda jistgħu jkunu xhieda wkoll. Dawn li ġejjin jindirizzaw ir-rwol tat-tfal bħala parteċipanti fi proċedimenti ċivili. Il-leġiżlazzjoni rilevanti hija l-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963) u l-Att dwar Proċedimenti Ġudizzjarji Speċjali (l-Att Nru 292/2013).
Il-proċedimenti ċivili jinqasmu fi proċedimenti kontradittorji u mhux kontradittorji. Filwaqt li t-tfal jistgħu jkunu involuti fiż-żewġ tipi ta’ proċeduri, spiss ikunu involuti fi proċedimenti mhux kontradittorji (pereżempju proċedimenti li jikkonċernaw il-kustodja). Il-kwistjonijiet ewlenin indirizzati fil-proċedimenti li jikkonċernaw il-kustodja huma relatati mal-isem u mal-kunjom tat-tfal, mal-manteniment, ma-dritt ta’ aċċess, mar-responsabbiltà tal-ġenituri u ma’ kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-kustodja. F’ħafna mill-każijiet, il-proċedimenti jistgħu jinfetħu fuq talba u minn qorti fuq inizjattiva proprja, ħlief għal kwistjonijiet relatati mar-rappreżentanza tat-tfal (f’liema każ il-proċedimenti jistgħu jinfetħu biss fuq talba tar-rappreżentant legali) jew sabiex tingħata kapaċità ġuridika (proċedimenti mibdijin biss fuq talba tat-tfal jew tar-rappreżentant legali tagħhom).
Bħal fid-dritt privat, il-kapaċità ġuridika tat-tfal fi proċedimenti ċivili hija marbuta mal-maturità intellettwali u tar-rieda tat-tfal fl-età tagħhom. Madankollu, jekk dan ikun meħtieġ minħabba ċ-ċirkustanzi tal-każ, qorti tista’ tiddeċiedi li t-tfal ikunu rappreżentati mir-rappreżentant legali jew mit-tutur tagħhom anki jekk ikunu jistgħu jaġixxu b’mod indipendenti fil-kwistjoni.
L-istatus legali tat-tfal huwa deċiż mill-qrati. Il-kawżi kontradittorji u mhux kontradittorji jiġu eżaminati mill-qrati ġenerali. Madankollu, l-imħallfin li jittrattaw kawżi mhux kontradittorji f’dawk il-qrati normalment ma jittrattawx kawżi kontradittorji. Fil-prim’istanza, il-proċedimenti jitwettqu minn qrati distrettwali, filwaqt li l-qrati reġjonali huma l-qrati tal-appell. Stħarriġ tal-appell ma huwiex permess f’kawżi li jikkonċernaw il-kustodja.
Fi proċedimenti ċivili relatati mat-tħaris ġudizzjarju tal-minorenni, ir-rwol ċentrali jitwettaq mill-awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal. Din il-kompetenza hija eżerċitata primarjament mill-uffiċċji tal-muniċipalitajiet b’kompetenza estiża. L-awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal tista’ tiftaħ il-proċedimenti elenkati hawn fuq u sussegwentement taġixxi bħala tutur ad litem f’dawk il-proċedimenti. Fl-istess ħin, l-awtorità tiżgura l-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal anki barra mill-proċedimenti ġudizzjarji, kemm jekk fil-kuntest ta’ attivitajiet preventivi jew konsultattivi jew permezz ta’ miżuri edukattivi. Il-kompetenza u l-mandat tal-awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal huma rregolati mill-Att dwar il-Protezzjoni Soċjali u Legali tat-Tfal (l-Att Nru 359/1999).
Fil-każijiet elenkati hawn fuq, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jiftaħ (jew jissieħeb fi) proċedimenti wkoll. Fil-każ ta’ tħaris ġudizzjarju tal-minorenni, jista’ jagħmel dan f’każijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ miżura speċjali relatata mat-trobbija tat-tfal, mal-kura istituzzjonali, mad-determinazzjoni tad-data tat-twelid, jew mas-sospensjoni, mar-restrizzjoni jew mal-irtirar tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew mal-eżerċitar tagħha. Jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiftaħ il-proċedimenti, huwa jaġixxi bħal kwalunkwe rikorrent ieħor. Jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jintervjeni fil-proċedimenti, jista’ jieħu l-passi kollha li jistgħu jittieħdu minn intervenjent fil-proċedimenti, bl-eċċezzjoni ta’ dispożizzjonijiet (bħall-irtirar ta’ rikorsi).
Prinċipju ġenerali li fuqu huma msejsin il-proċedimenti ċivili li jinvolvu t-tfal huwa l-enfasi mixħuta fuq il-ħarsien tal-interessi tat-tfal f’konformità mal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Jekk it-tfal involuti fil-proċedimenti jkunu kapaċi jsawru l-fehmiet tagħhom stess, il-qorti trid taċċerta l-fehmiet tat-tfal fuq il-kwistjoni. Meta tqis il-fehmiet tat-tfal, il-qorti trid tikkunsidra l-età u l-maturità intellettwali tat-tfal.
Il-proċedimenti kontradittorji ċivili jinkludu medda ta’ strumenti li jtejbu l-pożizzjoni tat-tfal. Wieħed minnhom huwa l-obbligu ta’ notifika tad-dokumenti lil tfal ta’ aktar minn 15-il sena. “Deċiżjonijiet formali” kontra tfal huma inammissibbli, u għalhekk ma jistgħux jingħataw sentenzi għar-rikonoxximent, sentenzi fil-kontumaċja jew ordnijiet għall-ħlas kontra tfal.
Fi proċedimenti mhux kontradittorji u fi proċedimenti li jikkonċernaw il-kustodja, l-enfasi hija fuq il-ħeffa tal-proċedimenti. F’każijiet li jikkonċernaw arranġament tar-relazzjonijiet mat-tfal, huwa possibbli li tinħareġ miżura provviżorja li trid tiġi deċiża minn qorti fi żmien 7 ijiem; f’każijiet ta’ theddida serja jew ta’ ksur tal-interessi vitali tat-tfal, qorti normalment tiddeċiedi dwar miżuri provviżorji f’temp ta’ 24 siegħa. Sussegwentement, proċedimenti ordinarji għandhom jinħarġu fi żmien 6 xhur mill-bidu tal-proċedimenti. Sabiex jiġu protetti l-interessi tat-tfal, l-awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal spiss tkun involuta fi proċedimenti bħala tutur ad litem.
Fir-Repubblika Ċeka, tfal taħt il-15-il sena ma jistgħux jinżammu responsabbli għal reati. Jekk tfal taħt il-15-il sena jwettqu reat li jitqies kriminali, dan jirriżulta fi proċedimenti ċivili straordinarji skont l-Att dwar Proċedimenti Ġudizzjarji Speċjali (l-Att Nru 292/2013) minflok fi proċedimenti kriminali skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (l-Att Nru 141/1961). Ir-regoli speċjali applikabbli għal każijiet li jikkonċernaw tfal taħt il-15-il sena huma stabbiliti fl-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni (l-Att Nru 2018/2003).
Każijiet li jikkonċernaw tfal taħt il-15-il sena jinstemgħu minn qrati tal-minorenni (imħallfin speċjalizzati fi qrati ordinarji). Dawn l-imħallfin speċjalizzati jirċievu taħriġ sabiex jiksbu għarfien dettaljat tar-regoli applikabbli għal proċedimenti bħal dawn u tal-approċċ li għandu jittieħed fir-rigward ta’ trażgressuri li jkollhom anqas minn 15-il sena. Il-prosekuturi pubbliċi u l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jeħtieġ ukoll li jkunu rċevew taħriġ speċjali dwar kif jittrattaw liż-żgħażagħ.
Il-proċedimenti jinfetħu wara talba mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew minn qorti ex ufficio. Minbarra t-tfal, il-proċedimenti jinvolvu l-awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal, ir-rappreżentanti legali jew it-tuturi tat-tfal, il-persuni li t-tfal ikunu ġew fdati taħt il-kura jew kustodja tagħhom, kif ukoll persuni oħrajn li d-drittijiet u l-obbligi tagħhom għandhom jiġu deċiżi fil-proċedimenti. Meta t-talba għall-bidu ta’ proċedimenti tkun ġiet ippreżentata mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (jiġifieri meta l-proċedimenti ma jkunux inbdew mill-qorti ex ufficio), l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun involut fil-proċedimenti wkoll. Fil-proċedimenti, it-tfal irid ikollhom tutur, li jkun avukat.
Meta tfal taħt il-15-il sena jwettqu reat li kieku jkun kriminali, qorti tal-minorenni tieħu l-miżuri rimedjali neċessarji. Qorti tista’ timponi fuq it-tfal obbligu edukattiv (pereżempju, sabiex tikkumpensa - b’mod porporzjonat għall-mezzi tat-tfal - għad-dannu kkawżat, sabiex iwettqu - fil-ħin tal-mistrieħ tagħhom u mingħajr ħlas - attività soċjalment utli), restrizzjoni edukattiva (pereżempju, li ma jiltaqgħux ma’ ċerti persuni, li ma jżurux ċerti postijiet, li ma jiħdux sehem f’logħob tal-azzard, li ma jużawx sustanzi li joħolqu dipendenza, eċċ.), toħroġ twiddiba bi twissija, tqiegħed lit-tfal fi programm terapewtiku, psikoloġiku jew edukattiv ieħor xieraq f’ċentru ta’ tutela edukattiva, tqiegħed lit-tfal taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjali tal-probation, taħt kura protettiva jew trattament mediku protettiv, tordna s-superviżjoni ta’ uffiċjal tal-probation, kura istituzzjonali protettiva jew trattament mediku protettiv. Qorti tista’ tagħżel li ma timponix miżuri jekk l-esperjenza tal-kawża fil-qorti stess tkun biżżejjed sabiex it-tfal jieħdu tagħlima u tiġi skoraġġuta kwalunkwe attività illegali fil-futur.
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor minn qorti tal-minorenni, kawżi li jikkonċernaw tfal taħt il-15-il sena jinstemgħu in camera. Fil-proċedimenti, issir enfasi fuq il-protezzjoni tal-privatezza tat-tfal. L-eżitu tal-proċedimenti jista’ jiġi ppubblikat fil-media pubblika ladarba d-deċiżjoni tkun saret finali (mingħajr ma jissemmgħu t-tfal jew il-parteċipanti l-oħrajn).
Il-proċedimenti f’kawżi li jikkonċernaw minorenni huma rregolati wkoll mill-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni. Minorenni tfisser persuna li għalqet il-15-il sena sa meta twettaq reat (imsejjaħ “trażgressjoni” [provinění] fil-każ ta’ minorenni) iżda ma tkunx għadha għalqet it-18-il sena. Il-minorenni huma kriminalment responsabbli, iżda biss dment li l-maturità intellettwali u morali tagħhom fi żmien it-twettiq tal-att tkun ippermettitilhom jagħrfu l-karattru illegali tal-azzjonijiet tagħhom u jikkontrollawhom.
Il-minorenni jeħtieġ li jkollhom avukat mill-mument li fih il-miżuri skont l-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni jew skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (inklużi azzjonijiet urġenti jew irripetibbli) jittieħdu kontrihom, sakemm ma jkunx impossibbli li tiġi posposta l-implimentazzjoni ta’ miżuri bħal dawn u l-avukat jiġi informat dwarhom.
Każijiet li jikkonċernaw minorenni jinstemgħu minn qrati tal-minorenni (imħallfin speċjalizzati fi qrati ordinarji). Skont l-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni, qorti tal-minorenni tista’ timponi miżuri fuq minorenni, bħal:
Il-miżuri jridu jikkunsidraw il-personalità tal-awtur minorenni tar-reati, l-età tiegħu u l-maturità intellettwali u morali, il-kundizzjoni tas-saħħa kif ukoll is-sitwazzjoni personali, tal-familja u soċjali tiegħu, u jridu jkunu proporzjonati għall-karattru u għas-serjetà tal-att imwettaq.
Fil-każ ta’ minorenni, il-proċedimenti jridu jitwettqu b’tali mod li ma jaffettwawx b’mod negattiv l-istat psikoloġiku tagħhom u - fid-dawl tal-età tagħhom - jipperikolaw l-iżvilupp emottiv u soċjali tagħhom. L-awtoritajiet involuti skont l-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni jikkooperaw mal-awtorità kompetenti għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal u mas-Servizz ta’ Probation u ta’ Medjazzjoni. L-awtoritajiet involuti skont l-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni dejjem ikunu obbligati javżaw lill-minorenni bid-drittijiet tagħhom b’mod adattat għall-età tagħhom u jipprovdulhom kull opportunità sabiex jeżerċitawhom.
Ir-rappreżentant statutorju jew it-tutur tal-mionrenni huwa intitolat jirrappreżenta lill-minorenni, b’mod partikolari sabiex jagħżlilhom konsulent, jagħmel proposti f’isem il-minorenni, jippreżenta talbiet u miżuri rimedjali f’isimhom; ir-rappreżentant statutorju huwa intitolat ukoll jieħu sehem f’azzjonijiet bħal dawn li fihom jista’ jieħu sehem il-minorenni skont l-Att. Għall-benefiċċju tal-minorenni, ir-rappreżentant statutorju jew it-tutur jista’ jeżegwixxi dawn id-drittijiet anki kontra r-rieda tal-minorenni. Ir-rappreżentant statutorju jew it-tutur tal-minorenni għandu wkoll id-dritt li jagħmel mistoqsijiet lill-persuni intervistati, jispezzjona l-fajls bl-eċċezzjoni tal-protokoll dwar il-votazzjoni u data personali ta’ xhieda sigrieti, sabiex jittieħdu siltiet u noti minnhom u jsiru kopji ta’ fajls jew ta’ partijiet tagħhom bl-ispejjeż imġarrbin minnu.
Fil-proċedimenti, issir enfasi fuq il-protezzjoni tad-data personali tal-minorenni; b’mod partikolari, l-informazzjoni li tista’ tirriżulta fl-iskoperta tal-identità tal-minorenni ma tistax issir pubblika mingħajr raġuni statutorja. L-awtoritajiet kollha involuti (awtoritajiet tal-pulizija, prosekuturi pubbliċi, imħallfin, uffiċjali tas-Servizz ta’ Probation u ta’ Medjazzjoni, kif ukoll assistenti soċjali, iridu jkunu rċivew taħriġ speċjali dwar kif jittrattaw liż-żgħażagħ. Fil-prinċipju, il-proċedimenti jsiru in camera.
Il-leġiżlazzjoni tagħmel distinzjoni bejn partijiet leżi u vittmi ta’ reati. Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jiddefinixxi lil partijiet leżi bħala persuni li jkunu ġarrbu ħsara fiżika, danni jew ħsara mhux materjali bħala riżultat ta’ reat, jew li għad-deteriment tagħhom id-delinkwent ikun ibbenefika mit-twettiq tar-reat. Il-partijiet leżi jgawdu minn medda ta’ drittijiet, inkluż id-dritt li jippreżentaw provi addizzjonali, li jispezzjonaw il-fajls, li jattendu s-seduta prinċipali, u li jikkummentaw fuq il-każ qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti. Kemm il-persuni fiżiċi kif ukoll dawk ġuridiċi jistgħu jkunu partijiet leżi.
Mill-2013, leġiżlazzjoni speċjali (l-Att Nru 45/2013 dwar il-Vittmi ta’ Reati) kienet applikabbli fir-Repubblika Ċeka għad-drittijiet tal-vittmi ta’ reati li, minbarra d-drittijiet tal-parti leża, tenfasizza l-approċċ partikolarment kawt għall-vittmi ta’ attività kriminali u tagħtihom medda ta’ drittijiet sabiex tgħinhom jimmitigaw l-impatt tal-atti kriminali fuq il-ħajjiet tal-vittmi. F’dan il-każ, huwa mifhum li l-vittmi huma persuni fiżiċi li ġarrbu (jew kienu se jġarrbu) ħsara fiżika, danni jew ħsara mhux materjali bħala riżultat ta’ reat, jew li għad-detriment tagħhom l-awtur tar-reat ikun ibbenefika (jew kien se jibbenefika) bit-twettiq tar-reat. Id-drittijiet speċjali tal-vittmi jinkludu b’mod partikolari appoġġ speċjali, id-dritt għall-informazzjoni, il-protezzjoni kontra periklu imminenti, il-protezzjoni tal-privatezza, il-protezzjoni kontra dannu sekondarju u assistenza finanzjarja. Il-vittmi għandhom ukoll id-dritt li jkunu akkumpanjati minn konsulent kunfidenzjali matul it-twettiq tal-miżuri fi proċedimenti kriminali. Il-konsulenti kunfidenzjali huma persuni li l-vittmi stess jagħżlu bl-għan li jiksbu appoġġ psikoloġiku.
Skont din il-leġiżlazzjoni speċjali, persuni taħt it-18-il sena jitqiesu vittmi partikolarment vulnerabbli u għalhekk jingħataw medda ta’ drittijiet minbarra l-istatus ta’ parti leża fi proċedimenti kriminali, kif ukoll minbarra d-drittijiet tal-vittmi. Id-drittijiet ta’ vittmi partikolarment vulnerabbli jinkludu l-assistenza mingħajr ħlas. Fil-prinċipju, it-talbiet tagħhom għall-prevenzjoni ta’ kuntatt mal-awtur tar-reat u sabiex l-intervista ta’ qabel il-proċess issir minn persuna tal-istess sess jew tas-sess oppost iridu jintlaqgħu. L-intervista ta’ qabel il-proċess ta’ vittmi vulnerabbli ssir minn persuni mħarrġin f’binja ddisinjata jew adattat għal dak l-għan; meta l-vittmi jkunu tfal, l-intervista ta’ qabel il-proċess dejjem titmexxa minn persuna mħarrġa biex tagħmel dan, ħlief meta l-azzjoni tkun urġenti u ma tkunx tista’ tinstab persuna mħarrġa (għall-intervistar ta’ tfal, ara aktar ’il quddiem).
Il-leġiżlazzjoni tipprovdi għal eċċezzjonijiet fir-rigward tal-intervistar ta’ persuni taħt it-18-il sena li kienu xhieda ta’ reati. It-tfal intervistati jeħtieġ li jiġu avżati bid-dritt tagħhom li jiċħdu li jixhdu u bl-obbligu tagħhom li jgħidu l-verità u ma jaħbu xejn. Fl-istess ħin, it-tfal jeħtieġ li jkunu avżati dwar il-konsegwenzi ta’ xhieda falza. Billi ma jistgħux jinżammu kriminalment responsabbli, tfal taħt il-15-il sena ma jiġux informati bil-konsegwenzi ta’ xhieda falza. Din l-informazzjoni trid tingħata b’mod li jkun xieraq għall-età, kif ukoll għall-maturità intellettwali u morali tat-tfal; huwa ċar li l-intervisti jridu jsiru b’kunsiderazzjoni tal-età u tal-livell intellettwali tat-tfal.
Meta t-tfal jiġu intervistati fir-rigward taċ-ċirkustanzi, li l-memorja tagħhom jista’ jkollha influwenza mhux favorevoli fuq l-iżvilupp psikoloġiku u morali tagħhom fid-dawl tal-età tagħhom, huwa neċessarju li l-intervista ssir b’attenzjoni partikolari u li l-kontenut tagħha jiġi ttrattat b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe bżonn ta’ ripetizzjoni tal-intervista fi proċedimenti ulterjuri.
L-awtorità għall-protezzjoni soċjali u legali tat-tfal jew kwalunkwe persuna oħra b’esperjenza fl-edukazzjoni taż-żgħażagħ u li tista’ tikkontribwixxi sabiex l-intervista ssir b’attenzjoni tiġi mistiedna tattendi għall-intervista. Il-ġenituri jistgħu jiġu mistidnin jattendu huma wkoll jekk il-preżenza tagħhom tista’ tikkontribwixxi biex l-intervista ssir b’attenzjoni.
Bħala regola, it-tfal jiġu intervistati fi kmamar speċjali tal-interrogazzjonijiet li suppost joħolqu atmosfera amikevoli u li tilqagħhom, u għalhekk jagħmluha aktar faċli li jiġi stabbilit kuntatt mat-tfal. L-intervisti jsiru minn uffiċjali tal-pulizija mħarrġin apposta. It-tfal taħt it-18-il sena jistgħu jsirulhom mistoqsijiet biss permezz ta’ awtorità tal-pulizija, sabiex ikunu protetti kontra mistoqsijiet mhux xierqa minn persuni neqsin mit-taħriġ speċjali.
Fi proċedimenti ulterjuri, it-tfal jistgħu jiġu intervistati għal darb’oħra biss jekk dan ikun meħtieġ. Skont deċiżjoni tal-qorti, fi proċedimenti tal-qorti huwa possibbli li titressqu provi billi jinqraw il-minuti jew billi jintwerew reġistrazzjonijiet vidjo jew jissemmgħu reġistrazzjonijiet awdjo tal-intervista bl-użu ta’ tagħmir tal-vidjokonferenzi.
Fir-rigward tal-persuni taħt it-18-il sena, il-leġiżlazzjoni tenfasizza wkoll il-protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza. Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali tiddikjara li b'rabta ma’ reat, ħadd ma jista’ jiżvela lill-pubbliku bi kwalunkwe mezz informazzjoni li tagħmilha possibbli li tinstab l-identità tal-parti leża (il-vittma) li jkollha anqas minn 18-il sena. Huwa pprojbit ukoll li jiġu ppubblikati immaġnijiet, reġistrazzjonijiet vidjo jew awdjo jew informazzjoni oħra matul il-proċedimenti tal-proċess jew seduta pubblika li tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata l-identità tal-parti leża (il-vittma). Is-sentenzi finali ma jistgħux jiġu żvelati lill-pubbliku permezz tal-media pubblika billi jiġu ddikjarati l-isem/ismijiet, il-kunjom u l-indirizz tar-residenza tal-parti leża. B’kunsiderazzjoni tal-persuna tal-parti leża, kif ukoll tan-natura u tal-karattru tar-reat imwettaq, il-president tal-awla jista’ jiddeċiedi dwar restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-pubblikazzjoni ta’ sentenza ta’ kundanna finali sabiex jiżgura l-protezzjoni xierqa tal-interessi tal-parti leża. Tittieħed azzjoni kriminali kontra ksur ta’ dawn l-obbligi.
L-adozzjoni tista’ tkun deskritta bħala l-aċċettazzjoni tat-tfal ta’ xi ħadd ieħor bħala tiegħek stess, li jiddistingwiha minn kunċetti legali oħrajn li jistabbilixxu l-paternità. L-adozzjoni tista’ sseħħ biss bħala riżultat ta’ deċiżjoni tal-qorti.
Il-Kodiċi Ċivili (l-Att 89/2012) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-adozzjoni li ġejjin:
Il-konsegwenzi tal-adozzjoni huma dawn li ġejjin:
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fid-Danimarka, l-età minima biex attur ikun jista’ jiftaħ kawża l-qorti f’ismu stess hija ta’ 18-il sena.
Fil-kawżi tal-liġi kriminali, ma hemmx fis-seħħ istituzzjonijiet speċjalizzati biex jittrattaw vittmi minuri u xhieda minuri. Is-servizzi normali tal-pulizija, tal-prosekuzzjoni u tal-qorti jittrattaw lil dawn il-persuni minuri.
Fid-dritt ċivili, ma hemm l-ebda istituzzjoni speċjalizzata li tittratta lill-minuri fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili fid-Danimarka.
Bħala regola ewlenija, l-ordinament ġuridiku Daniż huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li l-imħallfin u l-uffiċjali ġudizzjarji huma “ġeneralisti”. B’hekk, l-ebda mħallef jew uffiċjal ġudizzjarju speċjalizzat ma huwa involut fi proċedimenti li jikkonċernaw lill-minuri.
Il-qrati għandhom obbligu ġenerali li jsegwu kwalunkwe kawża bil-ħeffa meħtieġa.
Fl-2013, il-Gvern Daniż iddeċieda li jsaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ mill-abbuż. Meta wieħed jassumi li persuna minuri jew żagħżugħa teħtieġ appoġġ speċjali, il-kunsill muniċipali għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet tal-persuna minuri jew żagħżugħa jiġu eżaminati.
Għall-ġustizzja kriminali, ma hemmx fis-seħħ istituzzjonijiet speċjalizzati biex jittrattaw vittmi minuri u xhieda minuri.
Id-Danimarka tqis il-minuri mhux akkumpanjati bħala grupp partikolarment vulnerabbli u, għal dan l-għan, tfasslu linji gwida għall-ipproċessar ta’ dawn it-talbiet.
L-atturi minuri jiġu rrappreżentati mill-ġenituri jew mill-gwardjani tagħhom matul il-proċedimenti ġudizzjarji ċivili billi huma ma għandhomx il-kapaċità ġuridika proċedurali li jaġixxu. Il-persuni minuri li jissejħu bħala xhieda fil-qrati ċivili ordinarji ma għandhomx id-dritt li jitolbu għas-servizzi ta’ avukat mingħajr ħlas.
Fl-2013, il-Gvern Daniż alloka fondi għal inizjattivi li jsaħħu l-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ mill-abbuż. Waħda mill-inizjattivi kienet it-twaqqif ta’ 5 “Djar tat-Tfal” speċjali li jkopru l-muniċipalitajiet kollha fid-Danimarka.
Twaqqaf mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni f’każijiet ta’ kunflitt kbir bejn l-Amministrazzjoni Reġjonali tal-Istat u l-muniċipalitajiet.
Id-Deputati Mħallfin jipparteċipaw f’sensiela ta’ korsijiet ta’ taħriġ bażiku obbligatorju. Dawn il-korsijiet jinkludu taħriġ fl-immaniġġjar ta’ każijiet ta’ kustodja.
Fir-rigward tal-imħallfin, dan is-suġġett ġeneralment ikun inkorporat f’korsijiet ta’ taħriġ u seminars, meta jkun rilevanti.
Ma jeżisti l-ebda taħriġ obbligatorju tal-avukati li jirrappreżentaw lill-persuni minuri f’kawżi ċivili, kawżi kriminali jew kawżi fi ħdan is-sistema amministrattiva.
Id-Direttur tal-Prosekuzzjoni Pubblika joffri seminar bħala parti mit-taħriġ supplimentari tal-prosekuturi li jiġu f’kuntatt ma’ persuni minuri matul il-proċedimenti.
Il-Gvern Daniż jappoġġa kontinwament lill-muniċipalitajiet fil-ħidma tagħhom biex jipprovdu s-servizz xieraq għat-tfal u ż-żgħażagħ vulnerabbli u għall-familji tagħhom. Għalhekk, ġie allokat finanzjament annwali għall-edukazzjoni ulterjuri tal-ħaddiema soċjali muniċipali.
Skont l-Att Daniż dwar is-Servizzi Soċjali, il-muniċipalità hija obbligata li tipprovdi lil persuna minuri bl-appoġġ meħtieġ f’konformità mal-aħjar interessi tal-minuri. B’hekk, l-appoġġ irid jiġi adattat għas-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-minuri, jiġi pprovdut fi stadju bikri u fuq bażi kontinwa sabiex kwalunkwe problema tkun tista’ tiġi rrimedjata kemm jista’ jkun fid-dar tal-minuri jew fl-ambjent immedjat tal-minuri. Barra minn hekk, l-appoġġ irid ikun ibbażat fuq ir-riżorsi proprji tal-minuri.
Għall-ġustizzja kriminali, fir-rigward tal-vittma, meta jiġi rrapportat allegat reat lill-pulizija, il-pulizija għandhom obbligu ġenerali li jipprovdu gwida u informazzjoni lill-vittma rigward, fost l-oħrajn, id-dritt għall-għajnuna legali.
Sentenzi ċivili li jinvolvu persuni minuri bħala atturi jiġu eżegwiti skont ir-regoli normali tal-eżekuzzjoni mill-qrati tal-Uffiċjali Ġudizzjarji. L-atturi minuri ma għandhomx il-kapaċità ġuridika proċedurali li jaġixxu, għalhekk, jeħtieġ li jkunu rrappreżentati mill-ġenituri jew mill-gwardjani tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tal-attur minuri.
F’kawżi tal-liġi tal-familja, l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi dwar il-kustodja u r-residenza tal-minuri sseħħ mill-qrati tal-Uffiċjali Ġudizzjarji. L-eżekuzzjoni ma jistax iseħħ jekk is-saħħa fiżika u mentali tal-persuna minuri tkun esposta għal periklu serju.
Għal-liġi kriminali, meta jiġi rrapportat allegat reat lill-pulizija, il-pulizija għandhom obbligu ġenerali li jipprovdu gwida u informazzjoni lill-vittma rigward, fost l-oħrajn, id-dritt għall-għajnuna legali u informazzjoni dwar id-denunzji. It-talbiet għal kumpens jistgħu jiġu ttrattati waqt il-proċess kriminali.
Persuna minuri jista’ jkollha l-istatus ta’ attur, iżda minħabba n-nuqqas ta’ kapaċità proċedurali tagħha li taġixxi, ma tistax tressaq kawża b’mod indipendenti quddiem il-qrati domestiċi f’isimha stess.
Persuna minuri jista’ jkollha l-istatus ta’ konvenut, iżda l-azzjonijiet proċedurali kollha jridu jittieħdu mill-ġenituri jew mill-kustodju tal-persuna minuri f’isimha.
Kulħadd, inklużi l-minuri, huwa obbligat jixhed fi proċedura tal-qorti, jekk ikun mistieden jattendi bħala xhud mill-qorti. Mhuwiex meħtieġ il-qbil ta’ ġenitur/kustodju għall-parteċipazzjoni tal-persuna minuri fil-proċedimenti bħala xhud.
Il-persuni minuri jista’ jkollhom l-istatus ta’ atturi u konvenuti fil-proċedimenti tad-dritt ċivili. B’mod ġenerali, il-persuni minuri ma għandhomx il-kapaċità ġuridika proċedurali li jaġixxu u, għalhekk, il-ġenituri jew il-kustodji tagħhom jeżerċitaw id-drittijiet tal-atturi u l-konvenuti minuri, inkluż id-dritt ta’ appell.
Qabel ma tingħata approvazzjoni bħala ġenituri adottivi prospettivi, is-segretarjat tal-Kunsill Konġunt għandu jwettaq investigazzjoni bir-reqqa tal-applikanti. L-eżiti tal-investigazzjoni jiġu ppreżentati lill-Kunsill Konġunt, li, abbażi tal-investigazzjoni, jiddeċiedi jekk l-applikanti jistgħux jiġu approvati bħala ġenituri adottivi prospettivi jew le.
L-Att Daniż ta’ Diċembru 2015 dwar l-Adozzjoni jippermetti biss adozzjoni sħiħa. Fil-preżent, l-AAB Daniż jikkoopera biss mal-Istati tal-oriġini li l-leġiżlazzjoni tagħhom tippermetti adozzjonijiet b’saħħithom.
Fir-rigward tal-adozzjonijiet nazzjonali, l-Att Daniż dwar l-Adozzjoni jiddikjara li l-persuni minuri kollha li għandhom aktar minn 12-il sena jridu jagħtu l-kunsens tagħhom għall-adozzjoni.
F’każ li t-tfal ikollhom inqas minn 12-il sena, l-Amministrazzjoni tal-Istat trid, meta l-maturità tat-tfal u n-natura tal-każ jippermettu, tipprovdi informazzjoni dwar l-attitudni tat-tfal lejn l-adozzjoni.
Il-Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Intern huwa responsabbli għal-leġiżlazzjoni dwar l-adozzjoni.
Ġustizzja favur il-persuni minuri fid-Danimarka(499 Kb)Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont il-Parti Ġenerali tal-Att dwar il-Kodiċi Ċivili, il-persuni kollha għandhom kapaċità ġuridika passiva. Il-persuni taħt it-18-il sena għandhom kapaċità ġuridika attiva ristretta. Qorti tista’ testendi l-kapaċità ġuridika attiva ristretta tal-persuni minuri ta’ 15-il sena jew aktar jekk dan ikun fl-interess tal-minuri u jekk il-livell ta’ żvilupp tal-minuri ikun jippermettih. Fl-Estonja, l-età minima biex attur ikun jista’ jiftaħ kawża quddiem il-qorti f’ismu stess hija ta’ 15-il sena.
Fir-rigward tas-sistemi ġudizzjarji jekk jogħġbok ara l-paġna rispettiva tal-portal tal-e-Ġustizzja.
Persuni minuri taħt l-età minima għar-responsabbiltà kriminali (14-il sena) li jkunu kkommettew reati jiġu ttrattati mill-kumitati tal-minorenni. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-kumitati l-ewwel jiġu mistħarrġa mill-gvernatur tal-kontea u mbagħad l-appelli sussegwenti fi proċedimenti ġudizzjarji amministrattivi jiġu mistħarrġa mill-qrati amministrattivi. Huwa possibbli li ssir talba għal miżura xierqa meta l-kawża tkun ilha fil-qorti għal disa’ xhur jew aktar u l-qorti tkun għadha ma ressqitx proċediment meħtieġ abbażi ta’ ġustifikazzjoni raġonevoli. Barra minn hekk, jekk is-seduta tiġi posposta għal aktar minn tliet xhur mingħajr il-kunsens tal-partijiet, il-partijiet jistgħu jappellaw id-deċiżjoni. Hemm regoli speċifiċi dwar il-miżuri provviżorji, li jistgħu jiġu ordnati mill-qorti sabiex jipproteġu lill-persuna minuri mill-ħsara u jiggarantixxu l-azzjoni, u l-liġi tipprovdi eżenzjoni mis-smigħ ta’ tfal bi bżonnijiet speċjali.
Il-protezzjoni tal-minuri tiġi organizzata mill-Gvern tar-Repubblika, mill-kunsill għall-protezzjoni tal-minuri, mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali, mill-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali, mill-gvernaturi tal-kontej u mill-gvernijiet lokali abbażi tal-funzjonijiet previsti fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri.
It-taħriġ tal-imħallfin jiġi organizzat mill-Kunsill għat-Taħriġ Ġudizzjarju li jopera taħt il-Qorti Suprema f’konformità mal-Att tal-Qorti Estonjana. Il-Kamra tal-Avukati Estonjana hija membru tal-Kamra tal-Avukati Ewropea u tikkomunika ma’ Stati Membri oħrajn dwar it-taħriġ permezz tagħha.
Ħafna atti ġuridiċi jirreferu għall-interessi tal-minuri. L-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (it-taqsima 21) jippromulga l-obbligu li jiġu stabbiliti l-aħjar interessi ta’ persuna minuri bħala kunsiderazzjoni primarja.
Billi l-persuni minuri ma għandhomx kapaċità proċedurali attiva, huma ma jiġux infurmati personalment dwar is-sentenza u l-eżekuzzjoni tagħha mill-qorti. Ladarba s-sentenza ssir eżekutorja, ir-rappreżentant legali tal-minuri jista’ jissottometti talba għall-eżekuzzjoni lill-uffiċjal ġudizzjarju. Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni rigward il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni lill-persuna minuri hija preżunta li hija r-responsabbiltà tar-rappreżentant legali.
Fl-Estonja, il-persuni minuri involuti fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili jiġu rrappreżentati mir-rappreżentanti legali tagħhom, li huma preżunti li jaġixxu fl-aħjar interessi tagħhom. Għalhekk, fil-prinċipju, ir-rappreżentanti legali tal-minuri jistgħu jagħmlu sottomissjonijiet u jressqu appelli quddiem il-qorti f’isem il-minuri tagħhom mingħajr il-kunsens tal-istess minuri. Madankollu, jista’ jiġi dedott mil-liġi li persuna minuri tista’ wkoll tissottometti talba/appell lill-qorti f’isimha stess. Ġeneralment, ir-rappreżentant legali tagħha jkun mistenni li jissieħeb minnufih. Fi kwistjonijiet familjari fuq talba, persuna minuri ta’ 14-il sena jew aktar b’fehim suffiċjenti tal-proċedimenti għandha d-dritt li tappella kontra sentenzi tal-qorti mingħajr ma tkun irrappreżentata mir-rappreżentant legali tagħha.
Persuna li tkun tixtieq tadotta għandha tressaq petizzjoni għall-adozzjoni lill-gvern tal-kontea. Jekk il-gvern tal-kontea jippreżumi li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni jkunu rrispettati, il-persuna li tkun tixtieq tadotta għandha tressaq talba għall-adozzjoni lill-qorti. Talba għall-adozzjoni titressaq lill-qorti tar-residenza tal-persuna minuri adottiva. Jekk ir-residenza tal-ġenitur adottiv jew tal-persuna minuri ma tkunx fl-Estonja, il-qorti ma għandhiex tiddeċiedi dwar l-adozzjoni mingħajr il-kunsens tal-kumitat għall-adozzjonijiet internazzjonali ffurmat fil-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali tar-Repubblika tal-Estonja. Tfal li jkollhom mill-inqas 10 snin jistgħu jiġu adottati biss bil-kunsens tagħhom.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-Greċja, l-età minima tar-responsabbiltà kriminali hija ta’ 15-il sena. Persuna minuri fl-età ta’ bejn it-12 u l-15-il sena u li tkun ikkommettiet reat għandha d-dritt li tressaq ilment kontra deċiżjoni amministrattiva; ladarba din il-persuna tagħlaq is-17-il sena, dan id-dritt jitgawda esklussivament mill-persuna minuri.
L-età minima biex attur jista’ jiftaħ kawża l-qorti f’ismu stess hija ta’ 15-il sena għall-impjiegi, 18-il sena għall-ażil, il-migrazzjoni, is-sanzjonijiet amministrattivi u s-saħħa, 12-il sena fil-każijiet ta’ terminazzjoni tal-adozzjoni, 16-il sena fi proċedimenti mhux kontenzjużi u 18-il sena fil-każijiet l-oħrajn kollha, sakemm il-persuna minuri ma tkunx rikonoxxuta bħala li għandha kapaċità proċedurali limitata.
Fil-Greċja jeżisti Mħallef Kriminali tal-Minuri, Imħallef Investigattiv tal-Minuri u Prosekutur Pubbliku għall-Minuri f’kull Qorti tal-Prim’Istanza u kull Qorti tal-Appell, li jispeċjalizzaw f’kawżi kriminali li jinvolvu persuni minuri. Il-Qorti tal-Minorenni, komposta minn Imħallfin Kriminali tal-Minuri, tisma’ kawżi ta’ trażgressuri minuri.
Barra minn hekk, il-minuri huma protetti minn “Soċjetajiet għall-Ħarsien tal-Minuri”, li huma stabbiliti f’kull Qorti tal-Prim’Istanza u li l-impjegati tagħhom huma Mħallfin, Prosekuturi, Soċjologi, Għalliema, eċċ.
F’kull Qorti tal-Prim’Istanza u f’xi Qrati tal-Appell hemm Awli speċjalizzati ta’ Mħallfin tal-liġi tal-familja. Dawn l-Imħallfin jispeċjalizzaw fil-liġi tal-familja fis-sens li, meta jservu bħala Mħallfin tad-Dritt Ċivili, huma jisimgħu biss kawżi li jikkonċernaw il-liġi tal-familja. Dawn id-dmirijiet jiġu assenjati għal perjodu ta’ bejn sentejn u 4 snin.
Fil-ġustizzja amministrattiva, ma hemm l-ebda dispożizzjoni jew istituzzjoni speċjali għal-liġi tal-familja u l-minuri.
Is-servizz soċjali u l-qrati tal-familja huma f’kooperazzjoni mill-qrib bejniethom fi kwalunkwe stadju. Jitħejjew rapporti għall-Imħallfin u jsiru sessjonijiet ma’ psikologi, sabiex kawża tasal għand l-Imħallef fi stadju matur. Jekk ikun meħtieġ, l-Imħallef dejjem jista’ jitlob li l-persuna minuri u/jew il-ġenituri tagħha jkunu soġġetti għal eżami speċjali minn professjonist sabiex il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-ambjent tal-familja jiġu eżaminati bir-reqqa.
It-taħriġ bażiku dwar il-kwalifika ġudizzjarja ma jinkludix il-liġi tal-familja separatament minn oqsma oħrajn tal-liġi. Madankollu, il-liġi tal-familja tifforma parti minn taħriġ kontinwu organizzat minn korpi bħall-Iskola Nazzjonali tal-Imħallfin, il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati, Akkademiċi, eċċ. L-Imħallfin u l-Prosekuturi Pubbliċi li jispeċjalizzaw f’dan il-qasam huma mħeġġa jieħdu sehem f’dawn l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni.
It-taħriġ transkonfinali jiġi żgurat permezz tal-mezzi regolari, jiġifieri l-EJTN, l-ERA jew korpi jew istituzzjonijiet oħrajn li jittrattaw it-taħriġ ġudizzjarju f’livell Ewropew.
Il-miżuri kollha li għandhom jittieħdu u l-azzjonijiet kollha adottati minn korpi jew entitajiet tal-Istat, kif ukoll mill-qrati, għandhom ikunu konformi mal-prinċipju li dawn jaqdu l-aħjar interessi tal-minuri. Fil-qorti, huwa f’idejn l-Imħallef li jattwalizza dan il-kunċett fuq bażi ta’ każ b’każ.
Bħal fil-każ tal-adulti, il-persuni minuri jingħataw id-drittijiet kollha u jiġu infurmati bil-proċeduri kollha li jistgħu jiġu implimentati meta jkunu involuti f’kawża kriminali jew ċivili. Speċjalment fil-proċedimenti kriminali, il-Prosekutur Pubbliku jista’ “jiffriża” proċedura kriminali wara li jisma’ lill-persuna minuri, jekk dan ikun jista’ jevita li tiġi kkawżata ħsara irreparabbli lill-personalità tagħha.
Skont il-liġi Griega, il-persuni interessati li jadottaw tifel jew tifla partikolari għandhom iressqu talba fil-Qorti tal-Prim’Istanza tar-residenza tat-tifel/tifla biex l-adozzjoni tiġi ddikjarata legalment. Il-ġenituri bijoloġiċi jridu jagħtu l-kunsens tagħhom għall-adozzjoni tal-wild tagħhom mill-ġenituri adottivi prospettivi quddiem Imħallef fl-awla tiegħu. Tfal li jkunu se jiġu adottati u li jkunu laħqu l-età ta’ tnax-il sena jridu jagħtu l-kunsens tiegħhom ukoll. Waqt is-seduta tal-qorti irid jixhed xhud li l-applikanti huma f’kapaċità li jieħdu ħsieb u jrabbu il-minuri partikolari, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, l-edukazzjoni tagħhom u r-riżorsi finanzjarji tagħhom. L-istess japplika għall-adozzjonijiet internazzjonali. Din il-proċedura hija stabbilita fl-Artikolu 1542 et seq tal-Kodiċi Ċivili Grieg u fl-Artikolu 800 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Grieg.
Teżisti l-adozzjoni ta’ minuri u l-adozzjoni ta’ adulti. L-adozzjoni ta’ adulti hija eċċezzjonali u tikkonċerna biss lill-qraba sar-raba’ grad (jiġifieri kuġini) (l-Artikolu 1579 tal-Kodiċi Ċivili Grieg). Barra minn hekk, adulti miżżewġin jistgħu jiġu adottati biss bil-kunsens tal-konjuġi tagħhom (l-Artikolu 1583 tal-Kodiċi Ċivili Grieg).
Il-Qorti tal-Prim’Istanza Multimembri tal-post ta’ residenza tal-persuna minuri hija kompetenti għall-proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali u internazzjonali tal-adozzjoni (l-Artikolu 800 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). B’mod speċjali għall-adozzjoni internazzjonali, teżisti wkoll l-Awtorità Ċentrali tal-Adozzjonijiet Bejn Pajjiż u Ieħor, li taqa’ taħt il-kompetenza tal-Ministeru Grieg tax-Xogħol (l-Artikolu 19 tal-Liġi 3868/2010).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Artikolu 12 tal-Kostituzzjoni Spanjola stabbilixxa l-età maġġuri tal-Ispanjoli bħala ta’ 18-il sena. Fi Spanja, il-minuri/it-tfal huma kkunsidrati bħala dawk kollha taħt l-età ta’ 18-il sena.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (PPO) huwa responsabbli biex jiddefendi d-drittijiet tal-minuri rikonoxxuti bil-liġi. Il-miżuri li jistgħu jittieħdu kontra trażgressuri minorenni fl-età ta’ bejn l-14 u t-18-il sena huma miġbura f’liġi speċifika (il-Liġi Organika 5/2000, tat-12 ta’ Jannar, li tirregola r-responsabbiltà kriminali tal-minuri).
Meta l-awtur ikollu inqas minn erbatax-il sena, il-Liġi Organika msemmija li tirregola r-responsabbiltà kriminali tal-minuri ma tiġix applikata, iżda minflok jiġu applikati l-artikoli speċifiċi tal-Kodiċi Ċivili u l-bqija tar-regolament attwali.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa intitolat li jipparteċipa fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili li fihom ikunu involuti persuni minuri jew persuni b’diżabbiltà, sakemm jinħatar kustodju għalihom.
Għalkemm il-persuni minuri ġeneralment ma jkollhomx il-kapaċità li jibdew proċedimenti ċivili huma stess, l-Att jistabbilixxi li fejn miżura tista’ taffettwa l-interessi tagħhom u meta jkollhom maturità suffiċjenti, huma għandhom jinstemgħu u, fi kwalunkwe każ, meta jkollhom 12-il sena jew aktar jinstemgħu dejjem.
Fir-rigward ta’ separazzjoni jew divorzju, matul il-proċedimenti, il-qorti għandha dejjem tqis l-aħjar interessi tal-minuri.
Dawn li ġejjin huma proċedimenti amministrattivi li jinvolvu persuni minuri: il-protezzjoni ta’ minuri, l-adozzjonijiet, l-ażil, il-migrazzjoni, is-saħħa, l-edukazzjoni, is-sanzjonijiet amministrattivi.
B’mod ġenerali u għall-ġuriżdizzjonijiet kollha, sabiex jiġi evitat dewmien fil-proċedimenti li jinvolvu persuni minuri, il-Liġi Organika 1/1996 tal-15 ta’ Jannar dwar il-Protezzjoni Legali tal-Minuri (LOPJM) tiddikjara li, fil-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, id-dehra jew is-smigħ ta’ persuni minuri jingħataw prijorità u jitmexxew b’mod li jkun xieraq għas-sitwazzjoni u l-iżvilupp evoluzzjonarju tagħhom, bl-għajnuna, jekk ikun meħtieġ, ta’ professjonisti kkwalifikati jew esperti, li jippreservaw il-privatezza tagħhom u jużaw lingwaġġ li jinftiehem minnhom, f’formati aċċessibbli u adattati għaċ-ċirkostanzi tagħhom, filwaqt li jinfurmawhom kemm bil-kontenut tal-mistoqsijiet kif ukoll bil-konsegwenzi tal-opinjonijiet tagħhom, b’rispett sħiħ għas-salvagwardji proċedurali kollha.
Meta persuni minuri jkunu involuti fi proċedimenti tal-familja, ġeneralment jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni qabel is-sentenza, fl-aħjar interess tal-minuri affettwati, bħall-kustodja, l-ikel, l-aċċess, il-miżuri ta’ appoġġ finanzjarju, eċċ.
Il-leġiżlazzjoni Spanjola fiha xi dispożizzjonijiet importanti li jsaħħu l-miżuri maħsuba biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-minuri u huwa stabbilit qafas legali xieraq li jikkonċerna persuni minuri barranin, li jirrikonoxxi, għal dawk li jinsabu fi Spanja u irrispettivament mill-istatus amministrattiv tagħhom, id-drittijiet tagħhom għall-edukazzjoni, għall-kura tas-saħħa u għas-servizzi soċjali taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-minuri Spanjoli. B’rabta mal-minuri protetti minn Entitajiet Pubbliċi, ir-rikonoxximent tal-istatus assigurat tagħhom fir-rigward tal-assistenza għall-kura tas-saħħa jsir ex officio.
L-awtoritajiet pubbliċi huma obbligati jiżguraw li l-gruppi vulnerabbli, bħal minuri mhux akkumpanjati, dawk li jippreżentaw ħtiġijiet ta’ protezzjoni internazzjonali, tfal b’diżabbiltà u dawk li huma vittmi ta’ abbuż sesswali, sfruttament sesswali, pornografija tat-tfal, traffikar ta’ bnedmin, jiġu protetti, kif ukoll jiżguraw li d-drittijiet previsti mil-liġi jkunu ġew osservati.
L-LOPJM tiddikjara, bħala prinċipju gwida ta’ azzjoni amministrattiva, il-protezzjoni tal-minuri kontra kull forma ta’ vjolenza, inkluża waħda li ssir fl-ambjent tal-familja tagħhom, il-vjolenza sessista, it-traffikar tal-bnedmin u l-mutilazzjoni ġenitali femminili, fost l-oħrajn. Il-protezzjoni ta’ minuri vittmi ta’ vjolenza domestika hija wieħed mill-pilastri tal-Liġi l-ġdida dwar il-protezzjoni tal-minuri u tal-adoloxxenti ppubblikata fit-28 ta’ Lulju 2015.
L-Uffiċċji ta’ Assistenza għall-Vittmi, bħala unitajiet dipendenti fuq il-Ministeru tal-Ġustizzja jew fuq il-Komunitajiet Awtonomi, assumew kompetenzi fis-suġġett. Dawn l-uffiċċji jagħmlu valutazzjoni individwali tal-vittmi biex jidentifikaw il-ħtiġijiet speċjali tagħhom għall-protezzjoni, u jassistu lill-vittma fl-oqsma legali, psikoloġiċi u soċjali, bl-għan li jimminimizzaw il-vittimizzazzjoni primarja u jevitaw dik sekondarja. Jiġu pprovduti servizzi speċifiċi ta’ manteniment għat-tfal.
Fir-rigward tal-involviment tal-minuri fi proċedimenti ġudizzjarji; il-leġiżlazzjoni Spanjola tirrikonoxxi d-dritt li l-minuri jinstemgħu fi kwalunkwe kawża, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-età, diżabbiltà jew kwalunkwe ċirkostanza oħra, kemm fil-proċedimenti tal-familja kif ukoll fi kwalunkwe proċediment amministrattiv, ġudizzjarju jew ta’ medjazzjoni li jkun affettwat u li jwassal għal deċiżjoni li taffettwa l-isfera personali, familjari jew soċjali tagħhom, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-fehmiet tagħhom, skont l-età u l-maturità tagħhom. Għalhekk, il-persuna minuri trid tirċievi l-informazzjoni li tippermetti l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt b’lingwaġġ li jinftiehem u f’formati sempliċi adattati għaċ-ċirkostanzi tagħhom.
Billi l-prinċipju tal-“aħjar interess tal-minuri” kien prijorità, meta wieħed iqis: dritt sostantiv, prinċipju ġenerali ta’ interpretazzjoni u bħala regola ta’ proċedura; Il-leġiżlazzjoni Spanjola (LOPJM) tesiġi li għandha tiġi adottata kwalunkwe miżura fl-interess tal-minuri u li din tissalvagwardja b’mod speċjali l-protezzjoni tal-privatezza tal-minuri.
L-idea ġenerali hija li l-aħjar interess ta’ kull persuna minuri għandu jiġi evalwat u ddeterminat individwalment għal kull persuna minuri, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha li jikkonċernawha.
Id-definizzjoni u l-kriterji li jiddeterminaw l-aħjar interessi tal-minuri huma regolati u spjegati fid-dettall fl-Art. 2 tal-LOPJM.
Persuna minuri bħala trażgressur: L-għan aħħari tar-regolamenti kriminali għall-minuri huwa li dawn jerġgħu jiddaħħlu fis-soċjetà. Dan l-inseriment mill-ġdid irid ikun iffaċilitat permezz ta’ miżuri edukattivi u persunal speċjalizzat. L-għoti ta’ ġustizzja favur il-persuni minuri wara proċedimenti ġudizzjarji huwa fil-biċċa l-kbira kompetenza tal-Komunitajiet Awtonomi li għandhom ir-responsabbiltà primarja fir-rigward ta’ dawk il-miżuri ta’ riabilitazzjoni meħtieġa, is-servizz komunitarju jew l-edukazzjoni.
Persuna minuri bħala vittma: Il-persuni minuri li huma vittmi ta’ reati kriminali jingħataw servizzi soċjali adattati għall-każ partikolari tagħhom.
Il-Ġustizzja Ċivili:
Il-persuni minuri jistgħu jkunu partijiet fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili u, għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja tiġi kkomunikata lilhom u huma jistgħu jitolbu l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti, permezz tar-rappreżentanti legali tagħhom (minħabba li huma ma għandhomx il-kapaċità ġuridika biex jaġixxu), sakemm ma jkunux emanċipati.
Bħala konvenut: Il-persuni minuri jistgħu jkunu responsabbli għall-ksur ta’ kuntratti magħmula minnhom, filwaqt li jkunu responsabbli għall-proprjetà tagħhom stess.
Huwa importanti li wieħed jinnota li, skont il-liġi Spanjola, l-aċċess tar-reġim għar-riżorsi, bħal miżuri li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-minuri f’każ ta’ kunflitt ta’ interess mal-ġenituri tagħhom, huwa l-istess fil-ġuriżdizzjonijiet kollha.
Rikors fil-każ ta’ deċiżjoni li ma ssirx prosekuzzjoni: Hemm qafas ġuridiku wiesa’ ħafna għall-protezzjoni tal-vittmi taħt l-età fi Spanja, il-Liġi 4/15.
Il-persuni minuri kollha huma intitolati li jirċievu informazzjoni, li jiftħu kawża, li jressqu appell legali jew li jkollhom mekkaniżmi ta’ stħarriġ ġudizzjarju, kif ukoll li jitolbu kumpens għad-danni jew kumpens matul jew wara l-proċedimenti kriminali li fihom il-persuna minuri kienet vittma. Kwalunkwe persuna minuri b’nuqqas ta’ riżorsi tkun irrikonoxxiet id-dritt għal assistenza legali mingħajr ħlas.
Sabiex tiddefendi d-drittijiet u l-garanziji tagħha, il-persuna minuri tista’:
Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interess, il-liġi tipprevedi l-ħatra ta’ kustodju ġudizzjarju.
Fil-qrati ċivili tista’ tiġi fformulata oppożizzjoni għal deċiżjonijiet amministrattivi li jirrigwardjaw il-protezzjoni tal-minuri.
Ġustizzja favur il-persuni minuri fi Spanja(606 Kb) (606 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont il-liġi Franċiża, il-minuri taħt it-18-il sena mhumiex legalment kapaċi. Huma għandhom ikunu rrappreżentati mir-rappreżentanti legali tagħhom (normalment il-ġenituri tagħhom) meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Il-minuri jridu jkunu involuti fid-deċiżjonijiet kollha li jaffettwaw u huma rilevanti għalihom, skont l-età u l-livell ta’ ġudizzju tagħhom.
Il-persunal speċjalizzat, b’mod partikolari l-imħallfin speċjalizzati tal-qorti tat-tfal, huwa responsabbli għal każijiet li jinvolvu l-minuri. Il-Protezzjoni Legali taż-Żgħażagħ (Protection judiciaire de la jeunesse) u l-assoċjazzjonijiet awtorizzati jistgħu jintervjenu matul il-proċedimenti li jinvolvu minorenni.
Il-liġi tipprovdi li minuri jista’ jidħol f’tilwima mal-ġenituri tiegħu. F’dan il-każ, individwu indipendenti jista’ jinħatar bħala amministratur ad hoc
F’materji kriminali, il-minuri għandhom id-dritt li jikkonsultaw avukat mingħajr il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni tal-ġenituri. L-għajnuna legali tingħata mingħajr ħlas. L-avukati jitqiesu bħala l-ewwel punt ta’ aċċess għall-informazzjoni, u jkollhom rwol ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni fir-rigward tal-minuri. Huma jistgħu jitolbu li sentenza tinżamm in camera, li minorenni jkun ippożizzjonat sabiex ma jarax l-akkużat, li kwalunkwe eżami mediku addizzjonali jiġi sostitwit minn rieżami tal-fajl u li ċerti atti investigattivi (eż. ‘confrontation’) ma jseħħux.
— Fejn minorenni huwa konvenut jew parti fil-proċedura u jinkiser xi wieħed mid-drittijiet tiegħi, il-proċedura jew detenzjoni tista’ tiġi annullata. Il-minuri (ta’ aktar minn għaxar snin) jistgħu jiġu detenuti taħt is-superviżjoni ta’ professjonisti mħarrġa apposta f’bini riżervat għall-minorenni.
— Meta minorenni jkun xhud f’każ, l-imħallfin u l-uffiċjali tal-pulizija kriminali jridu jqisu l-vulnerabbiltà tagħhom. Minorenni taħt is-16-il sena ma għandhomx bżonn jieħdu ġurament.
— Minorenni li huma vittmi jingħataw protezzjoni speċjali. Barra minn hekk, jekk minorenni jkunu rikorrenti fi proċedura ċivili, huma jistgħu jitolbu danni għall-ħsara mġarrba. Jekk l-awtur tar-reat ħati mhuwiex solventi, il-vittma tista’ tirċievi kumpens minn fond ta’ garanzija (skont iċ-ċirkostanzi), il-Bord dwar il-Kumpens għal Korrimenti Kriminali (CIVI) u/jew is-Servizz ta’ Assistenza għall-Irkupru f’każ ta’ Kriminalità (SARVI).
F’materji ċivili, il-minorenni ġeneralment iridu jkunu rappreżentati mir-rappreżentant legali tagħhom. Jinħatar amministratur jekk ikun hemm kunflitt ta’ interess bejn il-minuri u l-ġenituri tagħhom. Il-ġenituri għandhom 15-il jum biex fihom jappellaw il-ħatra ta’ amministratur.
F’ċerti sitwazzjonijiet, il-liġi tipprevedi espressament li l-minuri jistgħu jaġixxu f’isimhom stess (b’mod partikolari fir-rigward tal-minuri f’riskju fir-rigward tal-assistenza edukattiva, tar-rikorsi għal dikjarazzjoni ġuramentata sabiex tiġi stabbilita d-dixxendenza, tar-rikorsi għall-emanċipazzjoni u tar-rikorsi għall-istabbiliment tan-nazzjonalità ta’ minuri barranin mhux akkumpanjati).
F’materji kriminali, il-Prosekutur Pubbliku jista’ jordna li l-minuri jikkomparixxi b’mod immedjat quddiem il-qorti tat-tfal, biex jiżgura li s-smigħ iseħħ f’perjodu ta’ żmien ta’ bejn għaxart’ijiem u xahrejn. Din il-proċedura hija possibbli biss jekk investigazzjoni dwar il-fatti ma tkunx aktar meħtieġa, fir-rigward ta’ reati speċifiċi u skont l-età tal-minuri u l-piena mġarrba. Barra minn hekk, komparizzjoni aktar kmieni jippermetti lill-Prosekutur Pubbliku li jordna smigħ quddiem il-qorti tat-tfal f’perjodu ta’ żmien ta’ bejn xahar u tliet xhur.
F’kawżi ċivili, ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika biex jitħaffu l-proċeduri fl-ewwel istanza f’każijiet li jinvolvu l-minuri, iżda fejn jiġi ppreżentat appell minn deċiżjoni tal-qorti tat-tfal, il-liġi tipprovdi li l-kawża għandha tinstema’ bħala kwistjoni ta’ prijorità.
L-interessi tal-minorenni huma ta’ importanza ċentrali fil-proċedimenti tal-qorti li jinvolvu t-tfal. Il-liġi ta’ spiss tafferma mill-ġdid li l-imħallfin iridu jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-bażi tal-kriterji essenzjali għas-salvagwardja tal-interessi tat-tfal. Huma jridu jqisu s-sitwazzjoni familjari, soċjali u ekonomika tat-tfal u l-opinjonijiet espressi. Madankollu, ma hemmx protokolli jew linji gwida li fihom jiġu ddefiniti l-aħjar interessi tat-tfal.
F’materji kriminali, l-awtorità ġudizzjarja tiġi mgħarrfa mill-awtoritajiet reġjonali fejn kien hemm jew huwa preżunt li minuri kien vittma ta’ trattament ħażin. Meta l-minorenni jkun safa vittma ta’ abbuż sesswali, il-prosekutur pubbliku jrid jinforma minnufih lill-imħallef tal-qorti tat-tfal u jitlob assistenza flimkien mar-riabilitazzjoni.
L-obbligi li jirriżultaw mill-privileġġ professjonali ma japplikawx f’każijiet ta’ abbuż jew privazzjoni tal-minorenni. Diversi reati kontra l-minuri għandhom termini perentorji itwal, li jibdew jiddekorru biss meta l-vittma tilħaq l-età maġġuri. Is-seduti ta’ smigħ li jinvolvu persuna minorenni jridu jsiru f’sessjoni in camera. Il-pubblikazzjoni tal-kontenut tas-smigħ hija pprojbita.
F’materji ċivili, l-imħallef tal-qorti tat-tfal huwa responsabbli mill-assistenza għar-riabilitazzjoni meta minorenni jkun f’riskju. Barra minn hekk, il-Kodiċi Ċivili jagħti setgħat wiesgħa lill-imħallfin tal-qorti tal-familja, li jridu jieħdu «ħsieb partikolari biex jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi tat-tfal».
F’materji kriminali, il-ġenituri u l-avukat tal-minoreni huma involuti direttament fl-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura. Għadd ta’ miżuri jistgħu jiġu ordnati mill-imħallef tal-qorti tat-tfal jew mill-imħallef tal-investigazzjoni matul il-fażi tal-investigazzjoni (għall-minuri ta’ bejn l-għaxar snin u t-18-il sena: miżuri ta’ kustodja, probation, kumpens u attivitajiet ta’ matul il-jum; għal minuri tal-età ta’ bejn it-13 u t-18-il sena: l-arrest preventiv, is-superviżjoni tal-qorti u s-sorveljanza residenzjali permezz ta’ monitoraġġ elettroniku).
Il-Qorti tal-minuri tista’ tordna r-ritorn ta’ minuri ta’ età ta’ bejn l-għaxar u t-18-il sena għand il-familja tiegħu, kumpens, is-sospensjoni bi probation, attivitajiet ta’ matul il-jum, miżuri ta’ kustodja jew il-protezzjoni mill-qorti. Għal minuri li għandhom bejn it-13 u t-18-il sena, il-qorti tista’ wkoll toħroġ inizjattiva jew twissija, tordna attivitajiet ta’ kumpens, attività ta’ matul il-jum (li tista’, għal minuri ta’ bejn is-16 u t-18-il sena, tikkonsisti f’servizz komunitarju), probation jew protezzjoni mill-qorti. Tista’ tiġi imposta penali fuq minuri ta’ bejn l-għaxar snin u t-18-il sena: projbizzjoni ta’ dħul ta’ ċerti postijiet, żjara lil ċerti persuni, kustodja u, bħala l-aħħar rimedju għal minuri li għandhom aktar minn 13-il sena, priġunerija (fit-taqsima tal-minuri ta’ ċentru ta’ detenzjoni proviżorja jew ċentru ta' detenzjoni għall-minorenni; iridu jkunu preżenti l-ħaddiema speċjalizzati fil-każ).
F’materji ċivili, id-deċiżjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-manteniment jew il-protezzjoni tal-minuri f’riskju huma infurzabbli immedjatament. Skont il-livell ta’ deċiżjoni tal-minuri, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-ġenituri jkollhom jinfurzaw is-sentenza. F’każ ta’ kunflitt mal-ġenituri u f’każijiet fejn qorti ma tkunx diġà tat deċiżjoni dwar din il-kwistjoni (eż. bil-ħatra ta’ tutur), l-amministratur ikun responsabbli għall-infurzar tal-miżuri fl-interess tal-minorenni.
L-adozzjoni tinvolvi diversi stadji: il-kisba ta’ approvazzjoni, it-tqabbil u l-konnessjoni bejn il-minorenni u min jadotta u l-proċedura legali li toħloq ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-ulied. Hemm żewġ tipi ta’ adozzjoni fi Franza: adozzjoni sempliċi (żamma tar-relazzjoni oriġinali bejn il-ġenituri u t-tfal) u adozzjoni sħiħa (għal tfal taħt il-15-il sena biss; is-sostituzzjoni tar-relazzjoni oriġinali bejn il-ġenituri u t-tfal mal-ġenituri adottivi).
It-Tribunal de Grande Instance għandha ġuriżdizzjoni fiż-żewġ każijiet u l-adozzjoni tista’ tiġi approvata biss jekk tkun fl-interess tal-minorenni. Minorenni li għandu iktar minn 13-il sena jrid jagħti l-kunsens għall-adozzjoni tiegħu.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-Kroazja, it-tfal għandhom kapaċità ġuridika (il-kapaċità li jkollhom drittijiet u obbligi) u kapaċità ta’ litigazzjoni (il-kapaċità li jkunu l-attur jew il-konvenut fi proċedimenti legali). It-tfal jiksbu l-kapaċità li jwettqu atti legali (il-kapaċità li jikkonkludu kuntratti u jipproduċu l-effetti legali li normalment jipproduċu mill-età ta’ 18-il sena) biss jekk jiżżewġu, isiru ġenituri (minn 16-il sena ’il fuq), jew jidħlu f’kuntratti ta’ impjieg (minn 15-il sena ’il fuq).
Il-partijiet ikkonċernati li ġejjin jistgħu jieħdu sehem fi proċedimenti kriminali li fihom ikunu involuti t-tfal:
Il-parteċipazzjoni tat-tfal u tal-minorenni (sal-età ta’ 23 sena) fil-proċedimenti tal-qorti f’kawżi fejn ikunu wettqu reat kriminali hija rregolata mill-Att dwar il-Qrati tal-Minorenni (Zakon o sudovima za mladež).
Il-qrati muniċipali (općinski sudovi) imexxu proċedimenti ċivili, inklużi dawk li jinvolvu t-tfal, minħabba li ma twaqqfet l-ebda qorti speċjali biex tiddeċiedi esklużivament tilwim li jinvolvi tfal u minorenni. Il-qrati muniċipali huma kompetenti fil-prim’istanza mill-aġġudikazzjoni tal-kawżi ta’ manteniment, l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ eżistenza ta’ żwieġ, l-annullament ta’ żwieġ u divorzju, l-istabbiliment jew il-kontestazzjoni tal-paternità jew tal-maternità, kif ukoll il-kustodja tat-tfal u l-kura tal-ġenituri.
Iċ-Ċentri għall-Kura Soċjali (Centri za socijalnu skrb) huma korpi pubbliċi li joperaw biex jipproteġu u jappoġġaw lit-tfal u li jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-qorti. Fil-proċedimenti tal-qorti ċ-Ċentri għall-Kura Soċjali jista’ jkollhom l-istatus legali ta’ parti jew jipparteċipaw bħala intervenjenti. Billi għandhom rwol sinifikanti fil-protezzjoni tat-tfal fil-proċedimenti ġudizzjarji, dawn iċ-Ċentri għandhom opportunitajiet differenti biex jiddefendu l-aħjar interessi tat-tfal.
L-Ombudsman għat-Tfal huwa awtorità indipendenti li twieġeb biss lill-Parlament bil-kompitu tal-protezzjoni, il-monitoraġġ u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal.
Ma twaqqfu l-ebda qrati jew istituzzjonijiet separati biex jittrattaw esklussivament id-drittijiet tat-tfal u tal-minorenni fi proċedimenti amministrattivi. Il-qrati amministrattivi (upravni sudovi) eżistenti għandhom kompetenza ġenerali biex isolvu tilwim amministrattiv, inkluż tilwim li jikkonċerna tfal/minorenni.
L-awtoritajiet kompetenti kollha involuti fi proċedimenti kriminali li jinvolvu tfal jew minorenni bħala akkużati jew vittmi jridu jaġixxu b’urġenza biex itemmu xogħolhom mill-aktar fis possibbli. Skont l-Att dwar il-Qrati tal-Minorenni (Zakon o sudovima za mladež), il-proċedimenti kriminali kontra minorenni jew adulti żgħażagħ jew il-kawżi ta’ protezzjoni legali tat-tfal huma urġenti u jridu jinfetħu mingħajr dewmien żejjed. Dan jgħodd ukoll għat-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti. Il-proċedimenti tal-qorti kontra delinkwenti minorenni, u l-investigazzjonijiet u l-proċeduri mill-pulizija u l-prosekuturi pubbliċi huma urġenti.
Id-dewmien fl-eżekuzzjoni tal-pieni imposti fuq il-minorenni jrid ikun il-minimu, u hija l-qorti li trid tibda tali proċedimenti mingħajr dewmien żejjed wara li d-deċiżjoni tal-qorti tkun saret finali u meta ma jkun hemm l-ebda impediment legali għall-eżekuzzjoni tagħha.
Il-proċedimenti li d-drittijiet personali ta’ minuri jridu jiġu deċiżi fihom huma urġenti u l-ewwel seduta għandha sseħħ fi żmien ħmistax-il jum minn dakinhar li jinfetħu l-proċedimenti. Deċiżjonijiet fi proċedimenti dwar miżuri interim, kustodja tal-ġenituri u relazzjoni personali ma’ minuri, u deċiżjonijiet dwar ir-ritorn ta’ minuri, għandhom jingħataw u jiġu kkomunikati fi żmien tletin jum mid-data tal-ftuħ tal-proċedimenti. Il-qorti tat-tieni istanza trid tagħti u tikkomunika d-deċiżjoni fi żmien tletin jum minn dakinhar li jasal l-appell.
F’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Zakon o kaznenom postupku), meta l-vittma tkun tfal jew minorenni, ikollhom id-dritt li jinstemgħu, li jixhdu u li jipparteċipaw fi proċedimenti kriminali. Barra minn hekk, it-tfal jew il-minorenni huma intitolati li jiġu infurmati bil-fatti rilevanti, li jippreżentaw evidenza fir-rigward tar-reat kriminali u l-proċedimenti kriminali, u li jappellaw. Huma intitolati jistaqsu mistoqsijiet lill-persuni suspettati, lix-xhieda u lix-xhieda esperti matul is-sessjonijiet tal-qorti u jissottomettu l-kummenti u l-ispjegazzjonijiet tagħhom rigward dik it-testimonjanza.
Fil-prattika, l-ispeċjalisti involuti fi proċedimenti għall-protezzjoni tat-tfal jivvalutaw l-aħjar interessi tal-minuri u jistgħu jipproponu miżura ta’ protezzjoni tat-tfal lill-qorti. Il-valutazzjoni tal-aħjar interessi tat-tfal hija bbażata fuq il-prinċipji u l-metodi ta’ ħidma tal-ħaddiema soċjali, il-psikologi, l-għalliema u oħrajn.
Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Eżerċizzju tad-Drittijiet tat-Tfal, qorti tista’ taħtar rappreżentant speċjali għat-tfal f’każijiet fejn id-detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri ma jkunx awtorizzat jirrappreżenta lill-minuri minħabba kunflitt ta’ interess. Dan ir-rappreżentant ġeneralment ikun avukat b’esperjenza sinifikanti fi proċedimenti li jinvolvu t-tfal. Jistgħu jinħatru rappreżentanti speċjali f’ċerti proċedimenti ġudizzjarji dwar il-kustodja tat-tfal jew minorenni, id-divorzju u l-adozzjoni, kif ukoll kawżi li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet personali u l-interessi tal-minuri.
Il-ħarsien tal-aħjar interessi tat-tfal huwa wieħed mill-prinċipji minquxa fil-Kostituzzjoni Kroata, li, fost l-oħrajn, tgħid li l-ġenituri għandhom jerfgħu r-responsabbiltà għat-trobbija, il-benessri u l-edukazzjoni ta’ wliedhom u huma responsabbli biex jiżguraw li wliedhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal żvilupp personali sħiħ u armonjuż. Skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, l-istat irid jieħu ħsieb b’mod speċjali tal-orfni u l-minorenni ttraskurati mill-ġenituri tagħhom u kulħadd għandu d-dmir li jipproteġi lit-tfal u li jinforma lill-awtoritajiet rilevanti bi kwalunkwe ħsara potenzjali kkawżata lilhom. Iż-żgħażagħ, l-ommijiet u l-persuni b’diżabbiltà huma intitolati jirċievu protezzjoni speċjali fuq ix-xogħol. Kulħadd għandu jkollu aċċess għall-edukazzjoni b’kundizzjonijiet ugwali. L-edukazzjoni obbligatorja hija mingħajr ħlas, f’konformità mal-liġi.
Il-Kroazja adottat l-Att dwar l-Eżekuzzjoni tal-Pieni Imposti fuq Minorenni Kkundannati ta’ Delitti u Reati (Zakon o izvršavanju sankcija izrečenih maloljetnicima za kaznena djela i prekršaje).
L-għan ta’ dak l-Att huwa li jistabbilixxi:
Ir-rappreżentanti taċ-Ċentru kompetenti għall-Kura Soċjali għandhom rwol sinifikanti fl-iżgurar li t-tfal/minorenni li wettqu reat jiġu ttrattati kif xieraq.
Iċ-Ċentru għall-Kura Soċjali huwa responsabbli wkoll biex iħarrek lit-tfal u jirreferihom għal kwalunkwe miżura korrettiva u biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni u appoġġ meħtieġ. L-għan tal-miżuri korrettivi huwa li jagħtu protezzjoni, indukrar, għajnuna, superviżjoni u edukazzjoni ġenerali u vokazzjonali lid-delinkwenti minorenni, u b’hekk jinfluwenzaw it-trobbija u l-iżvilupp tal-personalità kumplessiva tagħhom u jtejbu s-sens ta’ responsabbiltà tagħhom sabiex ma jerġgħux jiksru l-liġi.
It-tipi ta’ miżuri korrettivi huma: twiddiba tal-qorti, obbligi speċjali (bħal skuża lill-parti leża; rimedju għad-dannu kkawżat mir-reat kriminali sa fejn ikun possibbli għall-minuri; l-attendenza regolari ta’ skola; li ma jintilifx ix-xogħol; l-attendenza għal taħriġ għal okkupazzjoni xierqa għall-ħiliet u l-preferenzi tagħhom; l-aċċettazzjoni ta’ impjieg u li jippersistu fih; l-użu tal-introjtu tagħhom taħt is-superviżjoni u bil-parir tal-ġestjonarju tal-miżura korrettiva; l-involviment fil-ħidma ta’ organizzazzjonijiet umanitarji jew attivitajiet ta’ protezzjoni ambjentali jew lokali; li joqogħdu lura milli jżuru ċerti postijiet, milli jattendu ċerti avvenimenti jew milli jkunu fil-kumpanija ta’ ċerti individwi li jkunu influwenza ħażina għalihom; bi qbil mar-rappreżentant legali tal-minuri, li jsegwu trattament mediku jew trattament għal dipendenza fuq id-droga jew dipendenzi oħrajn; il-parteċipazzjoni f’terapija psikosoċjali individwali jew fi grupp f’ċentru ta’ konsulenza għaż-żgħażagħ; il-parteċipazzjoni f’korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali; li ma jitilqux il-post ta’ residenza permanenti jew temporanja tagħhom għal perjodu ta’ żmien estiż mingħajr l-approvazzjoni taċ-Ċentru għall-Kura Soċjali; riferiment liċ-ċentru tal-ittestjar tas-sewqan kompetenti għal eżami tal-għarfien tar-regolamenti tat-traffiku, biex il-vittma ma tiġix avviċinata jew tingħata fastidju), iżjed attenzjoni u superviżjoni, iżjed attenzjoni u superviżjoni waqt il-kura ta’ matul il-jum f’istituzzjoni korrettiva, riferiment lil ċentru dixxiplinari, riferiment lil istituzzjoni korrettiva, riferiment lil ċentru ta’ detenzjoni, riferiment lil istituzzjoni korrettiva speċjali.
Il-kustodja f’ċentru sigur għaż-żgħażagħ hija tip speċifiku ta’ ċaħda tal-libertà f’termini tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati biex tiġi imposta, it-tul u l-iskop tagħha, u r-restrizzjonijiet tal-piena. Trażgressuri tfal akbar fl-età (minorenni li kellhom mill-inqas 16-il sena iżda ma kellhomx 18-il sena meta twettaq ir-reat) jistgħu jingħataw sentenza ta’ kustodja f’ċentru sigur għaż-żgħażagħ jekk ikunu wettqu reat soġġett għal sanzjoni statutorja ta’ mill-inqas tliet snin priġunerija u, minħabba n-natura u s-serjetà tar-reat u l-livell għoli ta’ ħtija, miżura korrettiva ma tistax tiġi ġġustifikata.
Tfal jew minorenni li m’għandhomx kapaċità legali jiġu rrappreżentati mir-rappreżentanti legali tagħhom, li jipprovdulhom informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-qorti u l-eżekuzzjoni tal-pieni.
Matul il-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni, il-qrati għandhom is-setgħa li jordnaw miżuri protettivi biex jipproteġu lit-tfal jew lill-minorenni milli ssirilhom ħsara bla bżonn wara li jkunu twettqu proċedimenti ekstraġudizzjarji. Dawn il-miżuri protettivi huma: limitazzjoni ta’ kuntatt mhux xieraq jew kuntatt limitat ma’ ġenitur, nannu jew nanna, ħuhom jew oħthom (inkluż jekk minn ġenitur wieħed biss), jew mal-konjuġi tal-minuri.
Kulħadd għandu d-dritt li jappella kontra sentenza tal-qorti kompetenti f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Meta t-tfal jew il-minuri jkunu vittmi ta’ reat kriminali, huma — bħall-prosekutur pubbliku, l-akkużat u l-avukat tad-difiża — huma intitolati li jappellaw kontra s-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza. Il-parti leża tista’ tappella kontra s-sentenza abbażi tad-deċiżjoni tal-qorti rigward l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali jew it-talba għal kumpens. Madankollu, jekk il-prosekutur pubbliku jkun assuma r-responsabbiltà għall-prosekuzzjoni mingħand il-parti leża fejn jaġixxi bħala prosekutur privat, dan tal-aħħar jista’ jappella fuq kwalunkwe bażi li tista’ tiġi kkontestata deċiżjoni fuqha.
Il-persuni kollha intitolati li jappellaw kontra deċiżjoni li timponi sentenza fuq minuri, deċiżjoni li timponi miżura korrettiva kontra minuri, jew deċiżjoni li tissospendi l-proċedimenti, jistgħu jagħmlu hekk fi żmien tmint ijiem minn meta tiġi kkomunikata s-sentenza jew id-deċiżjoni. L-avukat tad-difiża jew il-prosekutur pubbliku, il-konjuġi, qarib fil-linja dritta, ġenitur adottiv, tutur, ħu l-minuri, oħt il-minuri jew il-ġenitur tal-fostering jistgħu jappellaw favur il-minuri anki kontra r-rieda tiegħu. Il-qorti tat-tieni istanza tista’ tbiddel id-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza billi timponi piena aktar stretta kontra l-minuri biss f’każ li dan ikun propost fl-appell.
It-tfal u l-minorenni involuti fi proċedimenti ġudizzjarji għandhom id-dritt iressqu denunzja, appell jew azzjoni skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) u l-Att dwar l-Obbligi Ċivili (Zakon o obveznim odnosima).
Peress li, b’mod ġenerali, it-tfal u l-minuri ma għandhomx kapaċità legali, il-ġenituri jew it-tuturi tagħhom iwettqu azzjonijiet speċifiċi f’isimhom bħala r-rappreżentanti legali tagħhom. Ir-rappreżentant legali tal-minuri huwa intitolat jieħu l-azzjonijiet proċedurali kollha f’isem il-minuri, inkluż il-preżentazzjoni ta’ appell. Jista’ jiġi ppreżentat appell kontra sentenzi maħruġa mill-qrati tal-ewwel istanza, u appell jissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti rilevanti. Appell jista’ jiġi ppreżentat minħabba ksur materjali tad-dispożizzjonijiet dwar il-proċedimenti ċivili, konstatazzjoni inkorretta jew inkompluta tal-fatti u applikazzjoni ħażina tal-liġi sostantiva. Iż-żmien biex jitressaq appell kontra s-sentenza ta’ qorti tal-ewwel istanza normalment ikun ta’ 15-il jum mid-data tal-komunikazzjoni tas-sentenza.
L-Att dwar il-Familja (Obiteljski zakon) jirregola l-adozzjoni bħala forma speċjali ta’ kura tal-familja u legali u l-protezzjoni tat-tfal li ma jkollhomx kura adegwata tal-ġenituri, li joħloq relazzjoni dejjiema bejn il-ġenituri u t-tfal u jagħti l-awtorità tal-ġenituri lill-ġenituri adottivi. Il-ġenituri adottivi jridu jkunu ċittadini Kroati (f’każijiet eċċezzjonali jistgħu jkunu ċittadini barranin jekk dan ikun fl-interess partikolari tat-tfal), ikollhom mill-inqas 21 sena, u tal-inqas 18-il sena akbar mit-tfal adottati. Minuri jista’ jiġi adottat b’mod konġunt minn koppji miżżewġin jew koppji mhux miżżewġin, minn wieħed mill-miżżewġin/membru ta’ koppja mhux miżżewġa jekk il-konjuġi l-ieħor/membru l-ieħor tal-koppja mhux miżżewġa ikun il-ġenitur jew il-ġenitur adottiv l-ieħor, bil-kunsens tal-konjuġi l-ieħor/tal-membru l-ieħor tal-koppja mhux miżżewġa, jew li tkun fi sħubija oħra.
L-adozzjoni tista’ tiġi stabbilita sakemm it-tfal jagħlqu tmintax-il sena, u t-tfal jistgħu jiġu adottati jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti legali għall-adozzjoni u jekk l-adozzjoni tkun fl-interess tal-benessri tagħhom. Tfal li jkunu laħqu l-età ta’ 12-il sena jridu jagħtu l-kunsens tagħhom għall-adozzjoni bil-miktub.
Il-proċedura tal-adozzjoni titwettaq miċ-Ċentru tal-Kura Soċjali tal-post tar-residenza permanenti jew temporanja tal-persuni adottivi prospettivi.
Jekk il-ġenitur adottiv jew il-minuri jkun barrani, l-adozzjoni tista’ tiġi stabbilita biss bil-kunsens minn qabel tal-ministeru responsabbli għall-benessri soċjali.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
F’Ċipru, l-età minima ta’ responsabbiltà kriminali hija ta’ 14-il sena. Għall-kwistjonijiet kollha, l-età minima biex attur jiftaħ kawża quddiem il-qorti f’ismu stess hija ta’ 18-il sena.
2.1. Il-ġustizzja kriminali
B’mod ġenerali, persuna minuri ma għandha l-ebda kapaċità ġuridika li tressaq persuna oħra l-qorti u, b’hekk, tista’ biss tagħmel rikors permezz tal-ġenituri/kustodju tagħha.
Fil-każ tal-Qrati, il-kawżi kriminali fejn il-vittma tkun persuna minuri fil-preżent qegħdin jiġu ttrattati mill-qrati kriminali ordinarji. Madankollu, jeżistu Liġijiet speċifiċi b’dispożizzjonijiet speċjalizzati sensittivi għat-tfal għall-protezzjoni ta’ vittmi/xhieda minuri.
2.2. Il-ġustizzja ċivili
Ma teżisti l-ebda istituzzjoni speċjalizzata li tittratta l-persuni minuri fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili.
2.3. Il-ġustizzja amministrattiva
Is-Servizzi ta’ Protezzjoni Soċjali tal-Ministeru tax-Xogħol, il-Protezzjoni Soċjali u l-Assigurazzjoni Soċjali jipprovdu servizzi għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-minuri matul il-proċess ġudizzjarju. Is-servizzi kollha pprovduti u l-politiki implimentati mis-Servizzi tal-Protezzjoni Soċjali għandhom bħala kunsiderazzjoni primarja l-aħjar interessi tal-minuri.
2.4. Il-miżuri legali u ta’ politika fis-seħħ sabiex jiġi evitat dewmien żejjed fl-immaniġġjar ta’ kawżi li jinvolvu persuni minuri
Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien li jikkonċerna meta jridu jinbdew jew jiġu tterminati l-proċedimenti ġudizzjarji ċivili, irrispettivament minn jekk tkunx involuta persuna minuri jew persuna adulta.
F’kawżi ċivili ordinarji, il-Qrati jipprovaw jipprijoritizzaw il-kawżi li jinvolvu persuni minuri sa fejn ikun possibbli, filwaqt li jitqies l-ammont kbir ħafna ta’ kawżi. Kwalunkwe ordni interim mitluba tiġi ttrattata mingħajr dewmien żejjed.
2.5 Mekkaniżmi speċifiċi ta’ manteniment għat-tfal
Fil-każ ta’ proċedimenti ġudizzjarji ċivili, ma hemm l-ebda arranġament fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-bini tal-qorti jkun addattat għall-minuri u ma jiġi offrut l-ebda appoġġ psikoloġiku jew appoġġ ieħor, sakemm ma tinstabx ħtieġa partikolari għal tali appoġġ.
Ma hemm l-ebda regolament li jesiġi li s-sessjonijiet tal-qorti jiġu adattati għall-pass u t-tul tal-attenzjoni tat-tfal. Jekk ikun hemm xi immaġini jew materjal ieħor li jridu jiġu ppreżentati fil-qorti li jistgħu jitqiesu bħala ta’ ħsara għall-persuna minuri, l-imħallef jista’ jordna li l-persuna minuri tinħareġ mill-awla. L-unika miżura protettiva għall-proċedimenti ċivili hija t-twettiq tal-proċess bil-magħluq.
F’kawżi ta’ vjolenza fil-familja, is-Servizzi ta’ Protezzjoni Soċjali jikkooperaw mas-servizzi rilevanti l-oħrajn kollha abbażi ta’ manwal ta’ rikavati interdipartimentali, kif approvat mill-Kunsill tal-Ministri fl-2002. F’kawżi ta’ abbuż sesswali fil-konfront ta’ minuri, is-Servizzi ta’ Protezzjoni Soċjali jikkooperaw mas-servizzi rilevanti l-oħrajn li jistabbilixxu approċċ multidixxiplinarju.
L-Akkademja tal-Pulizija ta’ Ċipru, li hija l-istituzzjoni edukattiva tal-Pulizija ta’ Ċipru, tipprovdi lekċers dwar l-immaniġġjar ta’ kawżi relatati mal-minorenni, fil-livelli kollha tat-taħriġ tal-Pulizija. Dawn il-lekċers, li għandhom l-għan li jedukaw lill-uffiċjali tal-pulizija ta’ kull grad, jiġu offruti fil-Programm ta’ taħriġ bażiku għar-reklutaġġ ta’ Uffiċjali tal-Pulizija, f’korsijiet avvanzati kif ukoll f’korsijiet speċjalizzati.
L-Uffiċjali tas-Servizzi Soċjali jirċievu taħriġ inizjali kif ukoll taħriġ kontinwu dwar kwistjonijiet relatati mal-minuri, jiġifieri intervista ma’ persuna minuri, l-immaniġġjar ta’ kawżi li jinvolvu minuri, eċċ.
Fir-rigward tal-imħallfin fil-qrati ċivili u kriminali ordinarji, ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ taħriġ li jappartjeni għat-trattament tal-minuri matul il-proċedimenti fil-qrati. L-imħallfin ġeneralment jattendu seminars ta’ taħriġ u konferenzi f’Ċipru u barra mill-pajjiż kif u meta jiġu organizzati.
F’kawżi fejn il-qorti jkollha bżonn tieħu deċiżjoni dwar l-aħjar interessi tal-minuri, il-qorti tista’ tqis rapport imħejji mis-Servizzi ta’ Protezzjoni Soċjali, li jkun fih mhux biss l-osservazzjonijiet magħmula mill-Uffiċjal għas-Servizzi Soċjali, iżda wkoll il-fehmiet tal-minuri.
Il-Liġi dwar it-Trażgressuri Minorenni mistennija tiġi riveduta b’mod komprensiv bl-għan li jiġu żgurati b’mod aktar speċifiku l-proċeduri favur it-tfal u ż-żgħażagħ. Dan se jtejjeb u jsaħħaħ il-proċedimenti li jinvolvu persuni minuri, għall-aħjar interessi tal-minuri.
Persuna minuri tista’ tikseb aċċess għal kwalunkwe kawża, appell legali jew stħarriġ ġudizzjarju skont il-proċeduri normali, permezz tal-ġenituri, il-kustodju legali jew ir-rappreżentant legali tagħha.
Fir-rigward tat-talbiet għal danni/kumpens matul jew wara proċedimenti kriminali li fihom il-persuna minuri kienet vittma, jekk issir talba ċivili ordinarja għal danni/kumpens, din trid issir f’isem il-persuna minuri mill-ġenitur jew il-kustodju legali tagħha. Fir-rigward tal-ordnijiet għal kumpens tal-vittmi fi ħdan il-proċedimenti kriminali attwali, il-qrati kriminali ordinarji għandhom setgħat limitati.
F’każ ta’ kunflitti ta’ interess bejn il-persuna minuri u l-ġenituri/kustodji tagħha, is-Servizz ta’ Protezzjoni Soċjali jista’ jieħu l-persuna minuri taħt il-kustodja tad-Direttur tas-Servizzi ta’ Protezzjoni Soċjali, li huwa l-kustodju tal-minuri u li jitqies bħala meħtieġ biex jiġi assenjat rappreżentant legali għall-minuri.
Fir-Repubblika ta’ Ċipru jeżistu tipi differenti ta’ adozzjoni:
Fil-każijiet kollha ta’ adozzjoni, l-aħjar interessi tal-minuri jitqiesu bħala l-akbar kunsiderazzjoni, abbażi tal-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont il-liġi tal-Latvja, persuni li laħqu l-età maġġuri, jiġifieri t-18-il sena, għandhom kapaċità ġuridika fi proċeduri ċivili. Il-kawżi relatati ma’ minorenni jitressqu quddiem il-qorti mir-rappreżentanti legali tagħhom. Ir-rappreżentanti legali ta’ spiss ikunu l-ġenituri jew it-tuturi tat-tfal.
Fil-każijiet stipulati mil-liġi, il-minorenni huma intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali ċivili tagħhom b’mod indipendenti. F’każijiet bħal dawn jistgħu jinġiebu rappreżentanti legali biex jassistu lill-minorenni bil-proċeduri legali. Għandu jiġi nnotat li t-tfal għandhom id-dritt li jesprimu liberament il-fehmiet tagħhom u, għal dan il-għan, li jirċievu u jibagħtu kwalunkwe tip ta’ informazzjoni, u għandhom ukoll id-dritt li jinstemgħu fi kwalunkwe azzjoni jew proċedura relatata magħhom. Jekk it-tfal ikunu kapaċi jifformulaw opinjoni, din għandha titqies f’konformità mal-età u l-maturità tat-tfal.
Il-ħidma tal-qrati hija organizzata sabiex tiżgura li l-kawżi li jinvolvu l-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tat-tfal jinstemgħu b’urġenza.
F’kawżi li jaffettwaw lit-tfal, eż. proċeduri ta’ divorzju, l-istabbiliment tal-filjazzjoni tat-tfal u affarijiet simili, il-liġi tipprovdi marġni wiesa’ ta’ manuvrar għad-divulgazzjoni tal-provi. Sabiex jiġu ċċarati l-fehmiet tat-tfal u jiġu sottomessi lill-qorti, ġeneralment tkun involuta l-awtorità muniċipali kompetenti, jiġifieri qorti tal-familja, li hija magħmula minn professjonisti mħarrġa b’mod speċjali li jiċċaraw il-fehmiet tat-tfal f’ambjent familjari.
Il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal hija implimentata f’kooperazzjoni mal-familja, il-korpi tal-gvern ċentrali u lokali, organizzazzjonijiet pubbliċi u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra.
F’konformità mal-Liġi dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, il-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-gvern ċentrali u lokali fi kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal u d-drittijiet tal-familja li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom hija kkoordinata mill-Ministeru għall-Ħarsien Soċjali.
Il-Latvja għandha proċedura speċifika (ir-Regolament tal-Kabinett Nru 545 tat-12 ta’ Settembru 2017 dwar il-kooperazzjoni istituzzjonali fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal) li tirregola l-organizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-gvern ċentrali u lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi f’dan il-qasam. Din hija organizzata bl-għajnuna ta’ gruppi kolleġġjali konsultattivi stabbiliti fil-muniċipalitajiet u l-Kunsill għall-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tat-tfal. Fost affarijiet oħra, il-gruppi ta’ kooperazzjoni jeżaminaw kawżi individwali relatati ma’ ksur possibbli tad-drittijiet tat-tfal f’kawżi fejn hemm ħtieġa għal azzjoni rapida u kooperazzjoni bejn diversi istituzzjonijiet u fejn is-sitwazzjoni ma tistax tissolva minn istituzzjoni waħda jew kienet impossibbli li tissolva għal perjodu ta’ żmien estiż.
Il-leġiżlazzjoni tipprovdi firxa wiesgħa ta’ speċjalisti (imħallfin, prosekuturi, avukati, uffiċjali ġudizzjarji u psikologi tal-qorti) li jivvalutaw l-istat mentali tat-tfal, flimkien ma’ nutara ċċertifikati, persunal tal-pulizija li jaħdem mat-tfal tfal, eċċ. - li jeħtiġilhom jiksbu għarfien speċjalizzat fil-qasam tal-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal. Taħriġ għall-imħallfin fi kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tat-tfal huwa organizzat mill-Ministeru għall-Ġustizzja.
Skont il-Liġi dwar il-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet u l-interessi tat-tfal jieħdu prijorità fil-kwistjonijiet legali kollha relatati mat-tfal. Fil-Latvja, l-azzjonijiet kollha li jinvolvu t-tfal eżerċitati minn istituzzjonijiet tal-gvern ċentrali jew lokali, organizzazzjonijiet pubbliċi, persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, qrati jew istituzzjonijiet oħra ta’ eżekuzzjoni tal-liġi jridu jirrispettaw id-drittijiet u l-interessi tat-tfal bħala prijorità.
L-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu ssalvagwardjati mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha fl-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet kollha li jaffettwaw, jew jistgħu jaffettwaw, direttament jew indirettament, lil dawk it-tfal. Meta jiġu ddeterminati l-aħjar interessi tat-tfal, l-għan għandu jkun li tinstab soluzzjoni sostenibbli għas-sitwazzjoni tat-tfal, filwaqt li titqies b’mod xieraq is-sitwazzjoni speċifika, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kriterji stipulati mil-liġi.
Malli sentenza li taffettwa d-drittijiet u l-interessi tat-tfal tidħol fis-seħħ jew jekk ikun meħtieġ li tiġi eżegwita immedjatament iżda ma tiġix eżegwita, ir-rappreżentant legali tat-tfal jista’ jissottometti dokument ta’ eżekuzzjoni lill-uffiċjal ġudizzjarju. Il-qorti ma tibgħatx dettalji tas-sentenza lit-tfal personalment. Huwa preżunt li l-ġenituri jew it-tuturi tat-tfal, fil-kapaċità ta’ rappreżentant legali, filwaqt li jaġixxu fl-aħjar interessi tat-tfal, se jispjegaw is-sentenza tal-qorti f’konformità mal-kapaċità tat-tfal li jifhmuha u jikkomunikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar il-progress miksub fl-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni. Meta jkun meħtieġ, għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet li jinħolqu minn drittijiet ta’ kustodja u ta’ aċċess, l-uffiċjal ġudizzjarju jikkoopera mal-qorti tal-familja, joħroġ struzzjonijiet li juru li l-informazzjoni meħtieġa għall-eżekuzzjoni tkun ipprovduta u jkun hemm attendenza għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni.
Fi proċeduri ċivili, kawżi li jinvolvu minorenni huma mmexxija mir-rappreżentanti legali tagħhom, li ġeneralment ikunu l-ġenituri jew it-tuturi tat-tfal. Meta l-liġi tippermetti lill-minorenni jeżerċitaw id-drittijiet proċedurali ċivili tagħhom b’mod indipendenti, ir-rappreżentanti legali tagħhom jkunu involuti wkoll.
Strument ta’ protezzjoni addizzjonali huwa pprovdut għal tfal bi sfond ta’ vjolenza fil-familja. Meta t-tfal ikunu l-mira ta’ vjolenza jew ta’ kontroll koerċittiv, jista’ jsir rikors għall-protezzjoni fl-aħjar interessi tat-tfal mhux biss minn wieħed mill-ġenituri jew mit-tutur tat-tfal, iżda anki minn qorti tal-familja jew prosekutur pubbliku. Dan ifisser li jekk, għal kwalunkwe raġuni, ir-rappreżentant legali tat-tfal jonqos milli jaġixxi biex jipproteġi d-drittijiet tat-tfal, tista’ ssir talba lill-qorti minn waħda mill-awtoritajiet kompetenti msemmija qabel. Għandu jiġi nnotat li l-protezzjoni kontra l-vjolenza tista’ tintalab fi kwalunkwe stadju tal-proċeduri ċivili, inkluż qabel il-preżentata ta’ rikors.
Fil-Latvja, tfal li huma minorenni jistgħu jiġu adottati meta dan ikun fl-aħjar interessi tagħhom. Il-bażi legali għall-adozzjoni hija stabbilita fil-Liġi Ċivili. Il-proċedura ta’ adozzjoni hija stabbilita mir-regolament tal-Kabinett. Adozzjoni hija approvata mill-qorti. It-tfal jistgħu jiġu adottati jekk, qabel l-approvazzjoni tal-adozzjoni, ikunu tqiegħdu taħt il-kura u s-superviżjoni tal-parti adottiva, u istituzzjoni ta’ tutela u kustodja stabbilita minn awtorità lokali - qorti tal-familja - tkun stabbiliet li t-tfal u l-parti adottiva jkunu kompatibbli b’mod reċiproku, u jkun hemm raġunijiet validi biex wieħed jemmen li l-adozzjoni se twassal għal relazzjoni ġenwina bejn tfal u ġenituri. It-tfal li jkunu laħqu l-età ta’ 12-il sena jeħtiġilhom jagħtu l-kunsens personali tagħhom għall-adozzjoni.
Persuna li tixtieq tadotta t-tfal jeħtiġilha tagħmel ir-rikors rilevanti lill-qorti tal-familja. Sabiex taċċerta l-adegwatezza għall-adozzjoni, il-qorti tal-familja twettaq investigazzjoni tal-familja adottiva f’konformità mal-proċedura ta’ adozzjoni. It-tfal jistgħu jitqiegħdu ma’ familja adottiva b’deċiżjoni ta’ qorti tal-familja.
Fil-kawżi u f’konformità mal-proċeduri stipulati mil-liġi, l-adozzjoni bejn pajjiż u ieħor hija possibbli fir-rigward ta’ stat barrani li huwa marbut mill-Konvenzjoni ta’ The Hague tad-29 ta’ Mejju 1993 dwar il-Ħarsien tat-Tfal u l-Kooperazzjoni fir-Rigward tal-Adozzjoni bejn Pajjiż u Ieħor u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989 li miegħu l-Latvja kkonkludiet trattat bilaterali li jiddefinixxi l-aspetti speċifiċi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja reċiproka fil-qasam tal-adozzjoni barranija. L-adozzjoni bejn pajjiż u ieħor fir-rigward ta’ stat barrani tista’ sseħħ ladarba tasal opinjoni mill-Kummissjoni għall-Adozzjoni Barranija li tikkonkludi li l-proċess ta’ adozzjoni bejn pajjiż u ieħor huwa konsistenti mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal stipulati f’din il-Liġi u fl-aħjar interessi tat-tfal.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-Lussemburgu, l-età minima biex attur ikun jista’ jiftaħ kawża l-qorti f’ismu stess hija ta’ 18-il sena għall-oqsma kollha tal-liġi. Teżisti eċċezzjoni għall-minuri emanċipati li jistgħu jippreżentaw ilment f’isimhom stess.
Fil-Lussemburgu, teżisti sistema ġudizzjarja speċjalizzata li tittratta r-reati mwettqa minn tfal taħt l-età minima tar-responsabbiltà kriminali (MACR), li fil-Lussemburgu hija 18-il sena. Dan ifisser li minuri taħt it-18-il sena ma jwettaqx “reati” skont il-liġi Lussemburgiża; minflok, iwettaq “atti kkwalifikati bħala reati”, li għalihom hemm ġuriżdizzjoni speċjalizzata, il-Qorti tal-Minorenni (Tribunal de la jeunesse), li hija responsabbli għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kustodja, protezzjoni u/jew edukazzjoni.
Ħlief għal ċerti materji li jirrigwardjaw il-protezzjoni tal-minuri u l-familja, il-kawżi tad-dritt ċivili jinstemgħu quddiem il-qrati ċivili. Ma hemmx qrati speċjali tal-familja u taż-żgħażagħ fil-qasam tal-ġustizzja amministrattiva. Huma biss id-deċiżjonijiet dwar l-ażil u l-migrazzjoni li jiġu mistħarrġa mill-qrati amministrattivi.
Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika sabiex jiġi żgurat li l-proċedimenti ġudizzjarji ċivili li jinvolvu t-tfal jiġu mħaffa kif xieraq. F’termini ta’ skadenzi proċedurali, japplikaw ir-regoli ġenerali (applikabbli għall-adulti). Dawn ir-regoli jvarjaw skont il-qorti li tisma’ l-kawża.
Dan is-servizz jista’ jipprovdi appoġġ lill-minuri biex jikseb aċċess għal rimedji legali. Il-minuri jista’ jiġi assistit ukoll minn avukat.
Il-valutazzjoni tal-aħjar interessi tal-minuri taqa’ fil-kompetenza tal-imħallfin. L-imħallfin jistgħu jqisu diversi fatturi meta jivvalutaw l-aħjar interessi tal-minuri, inkluż, pereżempju, il-benessri tal-minuri, fatturi soċjali, eċċ. Minkejja r-rekwiżit legali fis-seħħ, il-qorti tista’ tqis il-fehmiet tal-minuri meta tiddetermina filwaqt l-aħjar interessi tiegħu. Il-minuri jista’ jesprimi l-fehmiet tiegħu meta jkun qed jinstema’ f’materji ċivili, pereżempju fir-rigward tal-awtorità tal-ġenituri.
Il-qrati kollha jikkonformaw ma’ strumenti legali internazzjonali bħall-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Eżerċizzju tad-Drittijiet tal-Minuri, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.
It-tfal ma jistgħux ifittxu l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti f’isimhom stess. Ir-rappreżentant legali tagħhom jeżerċita dan id-dritt f’isimhom.
Meta tkun inħarġet deċiżjoni kontra konvenut minuri, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni trid isseħħ kontra l-assi separati tal-minuri. Il-konvenuti minuri li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom li joħorġu mid-deċiżjoni tal-qorti, ma jistgħux ikunu soġġetti għall-miżura koerċittiva ta’ detenzjoni.
F’kawżi ta’ protezzjoni ta’ minuri, il-minuri rrappreżentat minn avukat jista’ jfittex l-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti f’ismu stess.
Minuri li jixtieq jippreżenta lment, appell legali jew stħarriġ ġudizzjarju quddiem qorti ordinarja jrid ikun irrappreżentat mir-rappreżentant legali tiegħu. Issir eċċezzjoni għal minuri emanċipati, li jistgħu jippreżentaw ilment huma stess.
Billi r-rappreżentant legali tal-minuri jirrappreżenta lill-minuri u jaġixxi f’ismu, huwa jista’ jagħmel sottomissjonijiet jew appelli mingħajr il-kunsens tal-minuri. Il-qorti tista’ taħtar amministratur ad hoc jekk ikun hemm kunflitt ta’ interess bejn il-ġenituri u l-minuri.
Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti tal-Minorenni jistgħu jiġu wkoll appellati mill-minuri bl-appoġġ ta’ avukat.
Fil-Lussemburgu, l-adozzjoni hija miftuħa għar-residenti kollha tal-Lussemburgu, kemm jekk ikunu ċittadini nazzjonali kif ukoll jekk le, kif ukoll għal dawk li mhumiex residenti u li jixtiequ jadottaw individwu residenti l-Lussemburgu.
Ir-rekwiżiti għall-adozzjoni huma rregolati mil-liġi nazzjonali tal-ġenitur(i) adottiv(i).
Fil-każ ta’ adozzjoni minn koppja miżżewġa li ma għandhomx l-istess nazzjonalità jew li huma apolidi, tapplika l-liġi tar-residenza abitwali komuni tagħhom fil-mument tat-talba.
Għall-persuni adottati, tapplika l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tagħhom, sakemm l-adozzjoni ppjanata ma tagħtihomx in-nazzjonalità ta’ min jadottahom. Jekk ikun hemm regoli dwar il-ġuriżdizzjoni konfliġġenti, tapplika l-liġi tal-pajjiż fejn l-adozzjoni tiġi konkluża b’mod validu.
Kwalunkwe persuna li tixtieq tadotta minuri trid l-ewwel tikkuntattja lill-Ministeru għall-Edukazzjoni Nazzjonali, it-Tfulija u ż-Żgħażagħ (Ministère de l’éducation nationale, de l’enfance et de la jeunesse – MENJE) sabiex tressaq talba għall-adozzjoni. Il-“kors preparatorju għall-adozzjoni” jiġi qabel il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-applikanti biex jadottaw.
Iċ-Ċentru tal-Adozzjoni (Maison de l’Adoption) huwa servizz ta’ konsulenza għal persuni affettwati bl-adozzjoni (ġenituri adottivi prospettivi, persuni adottati, familji adottivi, professjonisti involuti fl-adozzjonijiet).
Dan jipprovdi appoġġ kemm matul kif ukoll wara l-proċedura tal-adozzjoni permezz ta’ konsultazzjonijiet personalizzati.
Il-proċedura tal-adozzjoni fil-Lussemburgu tinvolvi diversi stadji.
Child-friendly justice in Luxembourg (in English and French) (989 Kb)
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Hemm diversi definizzjonijiet ta’ xi tqis il-liġi bħala “persuna minuri” (il-kapaċità ġuridika tal-minuri) fil-qafas ġuridiku Malti kollu.
F’Malta, l-età minima tar-responsabbiltà kriminali hija ta’ 14-il sena. Għall-kwistjonijiet kollha, l-età minima biex attur jista’ jiftaħ kawża quddiem il-qorti f’ismu stess hija ta’ 18-il sena.
B’referenza għat-trażgressuri minorenni, il-qorti speċjalizzata li tittratta ma’ minuri fil-Qasam Kriminali hija l-Qorti tal-Minorenni. Fir-rigward ta’ vittmi minuri, dawn jinstemgħu permezz ta’ links bil-vidjo. Proċedimenti Ċivili: Il-minuri taħt l-età ta’ tmintax-il sena ma jistgħux iħarrku lil ħaddieħor jew jiġu mħarrkin, ħlief permezz ta’ ġenitur, tutur, kuratur jew kustodju. Madankollu, f’kawżi tal-qorti li jittrattaw separazzjoni jew divorzju personali, matul il-proċedimenti, il-qorti għandha dejjem tqis l-aħjar interess tal-minuri. Dawn li ġejjin huma proċedimenti ġudizzjarji amministrattivi li jinvolvu persuni minuri: il-protezzjoni ta’ minuri, l-adozzjonijiet, il-fostering, l-applikanti għall-ażil mhux akkumpanjati u l-persuni minuri fi proċedimenti tal-ażil.
Il-miżuri legali u ta’ politika fis-seħħ sabiex jiġi evitat dewmien żejjed fl-immaniġġjar ta’ kawżi li jinvolvu persuni minuri jvarjaw skont iċ-ċirkostanzi: kawżi kriminali: persuna minuri bħala vittma u persuna minuri bħala trażgressur, f’kawżi ċivili u f’kawżi tal-familja jiġi kkunsidrat l-aħjar interess tal-minuri. Fir-rigward tal-kawżi amministrattivi li jikkonċernaw minuri, meta jinħarġu ordnijiet għall-ħarsien, dawn jitressqu quddiem il-Qorti tal-Minorenni, li hija qorti speċjalizzata.
Ma teżisti l-ebda regola ġenerali fil-liġi Maltija li tispeċifika l-kundizzjonijiet li fihom persuna minuri vulnerabbli għandha tinstema’ matul il-proċedimenti kriminali jew amministrattivi differenti kollha li jeżistu. Hemm liġijiet li jinsabu fi status u proċeduri differenti applikati mill-korpi ġudizzjarji jew kważiġudizzjarji li jagħmlu l-proċedimenti amministrattivi u kriminali rispettivi konformi mal-Artikolu 12 tal-UNCRC. F’Malta, kull persuna minuri tista’ tagħti x-xhieda tagħha; madankollu, huwa essenzjali li l-qorti tkun sodisfatta li x-xhud minuri jifhem li huwa ħażin li tingħata xhieda falza.
Il-monitoraġġ u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fi proċedimenti li jinvolvu persuni minuri jiddependu fuq it-tip ta’ kawża, skont il-Liġi Maltija, wieħed isib il-liġi kriminali li ġejja: l-għoti ta’ sentenza, ordnijiet għall-ħarsien, ordnijiet ta’ probation u parole. Fir-rigward tal-proċedimenti ċivili, id-deċiżjonijiet li jinvolvu persuni minuri bħala atturi jew konvenuti jiġu eżegwiti bl-istess mod bħad-deċiżjonijiet li jinvolvu persuni adulti bħala atturi jew konvenuti. B’referenza għall-proċedimenti amministrattivi skont il-Liġi Maltija, il-persuni minuri ma jistgħux iħarrku lil ħaddieħor jew jiġu mħarrkin, ħlief fil-persuna tal-ġenitur li jeżerċita awtorità tal-ġenituri, jew, fin-nuqqas ta’ tali ġenitur, ta’ tutur jew kuratur. Il-kawżi ta’ protezzjoni ta’ minuri jistgħu jinbdew mid-dipartiment legali tal-Aġenzija Appoġġ jew minn avukat privat.
Skont il-Liġi Maltija, fil-proċedimenti kriminali ma hemm l-ebda dritt speċifiku għall-vittmi minuri. Dan id-dritt joħroġ mil-liġi nnifisha u japplika għall-vittmi kollha, kemm jekk ikunu minuri kif ukoll jekk adulti. Fir-rigward tal-proċedimenti ċivili/amministrattivi, persuna minuri tista’ tikseb aċċess għal kwalunkwe ilment, appell legali jew mekkaniżmu ta’ stħarriġ ġudizzjarju permezz ta’ ġenitur, tutur, kuratur jew kustodju. Matul il-proċedimenti kontenzjużi bejn id-detenturi tad-drittijiet tal-ġenituri quddiem il-Qorti tal-Familja, jista’ jinħatar avukat tal-minuri biex jirrappreżenta l-interess tal-minuri.
Il-proċedura tal-adozzjoni f’Malta tinvolvi diversi stadji.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Awstrija jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għas-smigħ ta’ minorenni, jiġifieri persuni taħt it-18-il sena, fi proċedimenti ċivili. Il-prinċipji jservu sabiex jissodisfaw il-ħtieġa partikolari għall-protezzjoni tal-minorenni meta jiffaċċjaw sitwazzjonijiet ta’ intervisti stressanti. Fil-każ ta’ minorenni, is-smigħ jista’ jiġi rrinunzjat, totalment jew parzjalment, fuq talba jew ex officio, jekk l-eżami fih innifsu jkun jipperikola l-benessri tal-minorenni, b’kunsiderazzjoni tal-maturità mentali, tas-suġġett tal-eżami u tar-relazzjoni mill-qrib tal-minorenni mal-partijiet fil-kawża u jekk ma jkun hemm l-ebda mod ieħor kif jiġu protetti. Fil-każ li smigħ ikun jipperikola l-benessri ta’ minorenni biss jekk isir fil-preżenza tal-partijiet jew tar-rappreżentanti tagħhom, jista’ jsir smigħ separat, jiġifieri wieħed f’post differenti, u jekk ikun meħtieġ dan għandu jsir minn esperti kwalifikati kif suppost. Persuna li tkun fdata mill-minorenni tista’ takkumpanjahom fis-seduta jekk dan ikun fl-interessi tal-minorenni. Jekk is-suġġett tal-azzjoni ċivili jkollu konnessjoni materjali ma’ proċedimenti kriminali u vittma ta’ dawk il-proċedimenti kriminali li tkun minorenni taħt l-14-il sena tkun se tinstema’ fi proċedimenti ċivili, jeħtieġ li jinħatar awtomatikament espert kwalifikat kif xieraq sabiex imexxi l-intervista. Intervista f’seduta orali pubblika tista’ ssir, jekk meħtieġ, bl-esklużjoni tal-pubbliku.
Reat ta’ minorenni huwa att imwettaq minn persuna bejn l-14 u t-18-il sena (l-Artikolu 1(1)(2) u (3) tal-Att dwar il-Qorti tal-Minorenni [Jugendgerichtsgesetz, JGG]).
Reati mwettqin minn minorenni taħt l-14-il sena huma esklużi minn kwalunkwe prosekuzzjoni. B’reazzjoni għal atti bħal dawn, il-qorti tat-tutela / il-qorti tal-familja tista’ tieħu biss miżuri sabiex tissalvagwardja u tippromwovi l-iżvilupp personali tal-minorenni (l-Artikolu 4(1) JGG).
Barra minn hekk, minorenni (persuni bejn l-14 u t-18-il sena) li jwettqu reat ma jkunux punibbli jekk:
1. għal raġunijiet partikolari, ma jkunux maturi biżżejjed sabiex jagħrfu l-illegalità tal-att jew sabiex jaġixxu kif xieraq, jew
2. iwettqu reat qabel ma jkunu għalqu s-16-il sena, jekk ma jkunux ħatja ta’ mġiba ħażina serja u ma jkun hemm l-ebda raġuni speċifika li teħtieġ l-applikazzjoni ta’ ġustizzja għall-minorenni sabiex jiġu skoraġġuti milli jwettqu reati.
Il-prinċipju ta’ gwida tal-ġustizzja għall-minorenni, li huwa minqux primarjament fil-JGG, huwa li d-delinkwent ma jitħalliex iwettaq aktar reati, u b’hekk jingħata l-għajnuna biex isir ċittadin responsabbli li jobdi l-liġi (l-Artikolu 5(1)). Ċerti dispożizzjonijiet proċedurali tal-JGG u ċerti limitazzjonijiet dwar is-severità tal-pieni japplikaw ukoll għal persuni ta’ bejn it-18 u l-21 sena li jitqiesu “adulti żgħażagħ” (l-Artikoli 1(5) u 19 JGG).
Bħala regola, fi proċedimenti kontra delinkwenti minorenni u, f’ħafna każijiet, kontra adulti żgħażagħ, il-perjodu massimu ta’ priġunerija u l-multa massima għal kull jum jitnaqqsu bin-nofs. Ma hemm l-ebda piena minima. Il-multi kkalkolati fuq il-bażi ta’ valur, ta’ benefiċċju jew ta’ dannu, inkluż il-kumpens għall-valur u għall-konfiska, jistgħu jiġu imposti biss sa fejn ma jipperikolawx l-iżvilupp ulterjuri tal-imputat (l-Artikolu 5(4), (5) u (6) JGG).
Id-delinkwenti minorenni u adulti żgħażagħ ma jistgħux jingħataw sentenza ta’ għomor il-ħabs. Reat punibbli b’għomor il-ħabs u reat punibbli b’10 snin sa 20 sena ħabs huma punibbli b’bejn sena u 15-il sena ħabs f’każijiet li fihom minorenni ta’ 16-il sena jew aktar ikun wettaq ir-reat, u bi priġunerija ta’ bejn sena u 10 snin (l-Artikolu 5(2) JGG). Reat punibbli bi priġunerija ta’ bejn 10 snin u 20 sena huwa punibbli bi priġunerija ta’ bejn 6 xhur u 10 snin (l-Artikolu 5(3) JGG).
Il-proċedimenti kriminali għall-minorenni fl-Awstrija, li jistgħu jiġu deskritti bħala “dekriminalizzazzjoni proċedurali”, jipprovdu għall-possibbiltà li ma ssirx prosekuzzjoni jew li tiġi rrinzunzjata. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jeħtieġlu jżomm lura milli jieħu azzjoni kriminali kontra delinkwent minorenni ta’ reat jekk ir-reat ikun punibbli biss b’multa jew bi priġunerija sa 5 snin u ma jkunx jidher li jkunu neċessarji miżuri oħrajn sabiex iżommu lid-delinkwent minorenni milli jwettaq reati ulterjuri. Madankollu, l-allegat awtur ta’ reat dejjem jeħtieġ li jkun soġġett għal azzjoni kriminali jekk l-att irriżulta fil-mewt ta’ bniedem (l-Artikolu 6(1) JGG). Taħt l-istess kundizzjonijiet, wara li jinbdew il-proċedimenti preliminari jew jinħareġ l-att tal-akkuża, il-qorti trid twaqqaf il-proċedimenti fir-rigward ta’ reat permezz ta’ digriet sakemm tintemm il-kawża prinċipali (l-Artikolu 6(3) JGG).
Jekk ikun jidher li huwa meħtieġ li l-allegat awtur ta’ reat jiġi infurmat dwar in-natura illegali ta’ ċerti atti bħall-att irrapportat u dwar il-konsegwenzi possibbli tiegħu, il-qorti tat-tutela trid tagħmel dan fuq talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (l-Artikolu 6(2) JGG).
Barra minn hekk, bil-kundizzjoni ġenerali li r-reat imwettaq mid-delinkwent ma jitqiesx bħala serju, li r-reat ma rriżultax fil-mewt ta’ persuna u li piena ma tidhirx li hija meħtieġa sabiex l-imputat jiġi skoraġġut milli jwettaq aktar reati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa meħtieġ joffri lill-persuna akkużata miżuri ta’ diverżjoni.
Hemm erba’ tipi ta’ miżuri ta’ diverżjoni: il-ħlas ta’ multa (l-Artikolu 200 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali [Strafprozessordnung, StPO], servizz komunitarju (l-Artikoli 201 u 202 StPO), perjodu ta’ probation bl-appoġġ ta’ uffiċjal tal-probation u b’ċerti kundizzjonijiet (l-Artikolu 203 StPO), u b’medjazzjoni bejn id-delinkwent u l-vittma (l-Artikolu 204 StPO). Taħt l-istess kundizzjonijiet, il-qorti tista’ tagħlaq il-proċedimenti kriminali u tordna miżuri ta’ diverżjoni.
Ir-rispons possibbli li jmiss huwa sentenza ta’ ħtija mingħajr piena (l-Artikolu 12 JGG) jew soġġetta għal piena (l-Artikolu 13 JGG). L-għoti ta’ direzzjoni, servizzi ta’ probation u digrieti tal-qorti jistgħu jifformaw parti mill-kundizzjonijiet.
Skont l-Artikolu 12 JGG, il-qorti għandha taqta’ l-kawża b’kundanna biss jekk tkun se tiġi imposta sentenza ħafifa fuq delinkwent minorenni u jista’ jiġi preżunt li l-kundanna tkun suffiċjenti minnha nnifisha sabiex tiskoraġġixxi lid-delinkwent milli jwettaq reati oħrajn.
Skont l-Artikolu 13 JGG, ma tista’ tiġi imposta l-ebda piena għal reat imwettaq minn minorenni matul perjodu ta’ probation ta’ bejn sena u 3 snin jekk wieħed jista’ jassumi li l-kundanna u t-theddida tal-piena, minnhom infushom jew flimkien ma’ miżuri oħrajn, ikunu kapaċi jiskoraġġixxu lill-awtur ta’ reat milli jwettaq reati ulterjuri.
Il-possibbiltà ta’ kundanna kondizzjonali jew mhux kondizzjonali hija l-aħħar waħda fil-katalogu ta’ miżuri ġudizzjarji għad-delinkwenza minn minorenni.
Jekk ikun jidher neċessarju li l-allegat awtur ta’ reat jiġi informat bin-natura illegali ta’ ċerti atti bħall-att irrapportat u bil-konsegwenzi possibbli tiegħu, il-qorti tat-tutela jeħtiġilha tagħmel dan fuq talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (l-Artikolu 6(2) JGG).
Sabiex jiġu evitati l-konsegwenzi negattivi, b’mod partikolari, tad-detenzjoni għal terminu qasir, arrest preventiv għandu jiġi impost biss jekk ikun neċessarju u ma tkun possibbli l-ebda miżura oħra. Arrest preventiv ma jistax jiġi impost fil-każ ta’ kontravvenzjonijiet.
Il-prosekuturi u l-imħallfin huma obbligati jivvalutaw b’mod regolari jekk arrest preventiv ikunx neċessarju. Għaldaqstant, u sabiex jiġu esplorati possibbiltajiet proċedurali oħrajn, jeħtieġ li jiġu organizzati konferenzi li jinvolvu n-network soċjali ta’ delinkwenti żgħażagħ (konferenza tan-network soċjali) sabiex ikun jista’ jiġi evitat arrest preventiv.
Barra minn hekk, valutazzjoni individwali (“studju ta’ sfond taż-żgħażagħ”) trid issir kważi f’kull każ, li għandha tqis, b’mod partikolari, il-personalità u l-maturità, l-isfond ekonomiku, soċjali u tal-familja – inkluż l-ambjent tal-għajxien – u l-vulnerabbiltà partikolari tad-delinkwent minorenni.
Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, il-liġi kriminali Awstrijaka dwar il-minorenni tiżgura li l-imħallfin u l-prosekuturi li jittrattaw proċedimenti kriminali kontra minorenni ikollhom kompetenzi partikolari f’dan il-qasam u jistgħu jaċċessaw taħriġ speċifiku.
Bħala konklużjoni, l-“istrumenti” tal-Att Awstrijak tal-Qrati tal-Minorenni jippermettu lill-prosekuturi u lill-imħallfin jieħdu l-aħjar deċiżjonijiet possibbli fi proċedimenti kriminali kontra delinkwenti minorenni u jiżguraw il-livell massimu ta’ miżuri ta’ ġustizzja restorattiva.
It-traspożizzjoni fid-dritt nazzjonali tad-Direttiva dwar il-proċedimenti kriminali għall-minorenni (id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali, ĠU L 132, 11.5.2016, p. 1) żgurat ukoll li l-minorenni li jkunu rappreżentati b’mod attiv minn avukat fl-ewwel smigħ mill-pulizija (dan kien previst fi kwalunkwe każ fil-proċedimenti kriminali kollha għal reat mingħajr eċċezzjoni). Barra minn hekk, l-intervisti mill-pulizija u minn awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi iridu jkunu rrekordjati b’mod awdjoviżiv jekk dan ikun proporzjonat (b’mod partikolari jekk ma jkun hemm l-ebda konsulent legali preżenti), u d-drittijiet ta’ informazzjoni tal-minorenni suspettati ġew estiżi f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-proċedimenti kriminali għall-minorenni. Id-dispożizzjonijiet li jifdal tad-Direttiva jipprevedu d-drittijiet li diġà jinstabu fil-JGG.
Fil-proċedimenti kriminali tal-Awstrija, minbarra d-drittijiet ġenerali tal-vittmi (l-Artikolu 66 et seq. StPO), hemm medda wiesgħa ta’ drittijiet u ta’ miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-vittmi tfal, bħal:
L-assistenza psikosoċjali u ġudizzjarja hija disponibbli:
L-appoġġ għall-vittmi huwa neċessarju sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-vittmi u jrid jiġi żgurat mill-istituzzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi.
L-assistenza psikosoċjali tinkludi t-tħejjija tal-vittma għall-proċedimenti kriminali u għall-piż emottiv assoċjat, kif ukoll l-akkumpanjament tagħha f’intervisti bħala xhud, l-għoti ta’ assistenza ġudizzjarja u ta’ pariri legali, u r-rappreżentanza legali tal-vittma fi proċedimenti kriminali minn avukat (l-Artikolu 66b StPO). Persuni li l-integrità sesswali tagħhom setgħet ma ġietx irrispettata u li għadhom ma għalqux l-14-il sena jingħataw appoġġ psikosoċjali awtomatikament.
Il-Ministru Federali għall-Ġustizzja huwa awtorizzat iqabbad istituzzjonijiet xierqa u ferm stabbiliti sabiex jipprovdu appoġġ lill-persuni msemmijin fil-paragrafu 1, wara li jivverifika r-rekwiżiti legali (l-Artikolu 66b(3), l-ewwel nofs sentenza, StPO). Il-Ministeru Federali għall-Ġustizzja qabbad għadd kbir ta’ istituzzjonijiet xierqa ferm stabbiliti sabiex jipprovdu assistenza psikosoċjali u/jew ġudizzjarja, li ħafna minnhom, bħal ċentri għall-protezzjoni tat-tfal, ċentri għall-prevenzjoni tal-vjolenza u ċentri ta’ intervent, jispeċjalizzaw fil-ħidma mat-tfal.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Skont il-Kodiċi Ċivili (Código Civil), il-minuri, jiġifieri l-persuni li jkunu għadhom m’għalqux it-18-il sena, bħala regola, m’għandhomx kapaċità ġuridika. Il-kapaċità tal-minuri tista’ tinkiseb permezz tar-responsabbiltà tal-ġenituri kif ukoll permezz tat-tutela. Dawn huma forom ta’ rappreżentanza legali fejn xi ħadd jaġixxi f’isem u fl-interess tal-minuri.
Il-minuri taħt it-18-il sena, bħala regola wkoll, m’għandhomx kapaċità ġuridika. Huma jistgħu jkunu rrappreżentati fil-qorti mir-rappreżentanti tagħhom, ħlief fir-rigward ta’ atti li jistgħu jwettqu personalment u b’mod liberu. Il-minuri li r-responsabbiltajiet tal-ġenituri tagħhom huma kondiviżi miż-żewġ ġenituri għandhom ikunu rrappreżentati fil-qorti mill-ġenituri tagħhom, u jkun meħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri biex tinfetaħ kawża.
Il-konsegwenzi għat-tfal u ż-żgħażagħ li jwettqu atti meqjusa bħala reat skont il-liġi kriminali jqisu l-kategoriji tal-età, li jiddependu fuq l-applikazzjoni ta’ skemi legali differenti. Għalhekk, jekk tali atti jitwettqu:
L-istruttura ġudizzjarja Portugiża tinkludi qrati speċjalizzati għal minuri li jittrattaw materji bħar-regolamentazzjoni tar-responsabbiltajiet tal-ġenituri, l-obbligi ta’ manteniment, l-adozzjoni, l-applikazzjoni ta’ miżuri protettivi, u materji oħra. Il-kawżi dwar l-ażil, l-immigrazzjoni u r-refuġjati li jinvolvu minuri jiġu eżaminati mill-qrati amministrattivi.
Il-punti 3 u 4 huma eżempji ta’ adattamenti tal-proċedimenti tal-qorti li jinvolvu minuri. Eżempju ieħor huwa l-emendi għall-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali li jirriżultaw mit-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/800:
F’materji ċivili:
F’materji kriminali:
Fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili u f’materji relatati mar-regolamentazzjoni tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-minuri jrid jinstema’ jekk ikollu aktar minn 12-il sena jew jekk ikun iżgħar u jkollu l-kapaċità li jifhem il-materji diskussi, b’kont meħud tal-età u l-maturità tal-minuri. Barra minn hekk, il-prinċipju tas-smigħ u tal-parteċipazzjoni tal-minuri huwa wieħed mill-prinċipji gwida tal-proċedura tat-tutela ċivili rregolata mill-Qafas Legali dwar il-Proċedimenti tat-Tutela Ċivili. L-Artikolu 5(1) ta’ dan il-qafas jipprevedi li “il-minuri jistgħu jinstemgħu u l-opinjoni tagħhom għandha titqies mill-awtoritajiet ġudizzjarji meta jiġu biex jiddeterminaw l-aħjar interessi tal-minuri”.
Jekk minuri jkun vittma ta’ reat, l-Istatut tal-Vittma (Estatuto da Vítima) (approvat bil-Liġi Nru 130/2015 tal-4 ta’ Settembru 2015 li tittrasponi d-Direttiva 2012/29/UE) jistabbilixxi, b’mod partikolari,
i) id-dritt tal-minuri li jinstema’ fi proċedimenti kriminali, u li jridu jitqiesu l-età u l-maturità tiegħu;
ii) il-ħatra obbligatorja ta’ avukat meta l-interessi tal-minuri u dawk tal-ġenituri tiegħu, tar-rappreżentant legali jew tat-tutur de facto tiegħu jkunu kunfliġġenti, u meta minuri b’maturità xierqa jitlob dan mill-qorti; u
iii) id-dikjarazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjonijiet kriminali jiġu rreġistrati b’mezzi awdjo jew awdjoviżivi sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala prova waqt il-proċess. Għal dan il-għan, id-dikjarazzjonijiet jittieħdu f’ambjent informali u privat biex jiġu żgurati, b’mod partikolari, l-ispontanjetà u s-sinċerità tat-tweġibiet.
Id-dritt tat-tfal li jipparteċipaw u jinstemgħu huwa stabbilit fil-Liġi dwar il-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ fil-Periklu f’erba’ tipi ta’ dispożizzjonijiet:
a) dawk li jikkunsidraw tfal ta’ 12-il sena jew aktar;
b) dawk li jirreferu għal tfal iżgħar minn 12-il sena
c) dawk li ma jirreferu għall-ebda età, u
d) dawk li jindikaw biss il-kriterju tal-maturità.
Wieħed mill-prinċipji ġenerali li jikkaratterizza l-proċedura tat-tutela prevista fil-Liġi dwar it-Tutela Edukattiva huwa dak tas-smigħ tat-tfal (l-Artikolu 47). Din il-liġi tistabbilixxi wkoll id-dritt tal-minuri li jipparteċipa fi kwalunkwe proċediment, anki jekk ikun taħt detenzjoni jew arrest; din il-parteċipazzjoni għandha ssir b’tali mod li l-minuri jħossu kemm jista’ jkun liberu u komdu (l-Artikolu 45).
Bħala regola, is-sentenzi mogħtija fi proċedimenti ċivili li jinvolvu lil minuri bħala atturi jew konvenuti jiġu eżegwiti bl-istess mod bħal dawk li jinvolvu adulti bħala atturi jew konvenuti taħt l-istess kundizzjonijiet.
Madankollu, hemm kwistjonijiet u ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-eżistenza ta’ qafas ġuridiku speċifiku. Għalhekk, fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, f’każijiet fejn ikun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni, l-imħallef jista’ jordna li l-implimentazzjoni tal-arranġament stabbilit mis-servizzi tekniċi konsultattivi tiġi mmonitorjata għal perjodu ta’ żmien stabbilit (il-Qafas Legali dwar il-Proċedimenti ta’ Tutela Ċivili). Fil-każ tal-obbligi ta’ manteniment, in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ ħlas tal-manteniment huwa punibbli bil-liġi, għalkemm rikors huwa meħtieġ biex jitressqu proċedimenti kriminali (l-Artikolu 250 tal-Kodiċi Kriminali (Código Penal)).
Skont il-liġi kriminali, it-tliet miżuri kawtelatorji previsti fil-Liġi dwar it-Tutela Edukattiva (ir-ritorn tal-minuri lill-ġenituri, ir-rappreżentant legali, il-familja tar-rispett, it-tutur de facto jew persuna xierqa oħra, b’obbligi imposti fuq il-minuri; l-arrest tal-minuri f’istituzzjoni pubblika jew privata; u l-arrest tal-minuri f’ċentru ta’ detenzjoni), ex officio jew fuq talba, jiġu ssostitwiti jekk l-imħallef jikkonkludi li l-miżura applikata ma tilħaqx l-għanijiet maħsuba. Fi kwalunkwe każ, dawn jiġu rrieżaminati mill-qorti ex officio kull xahrejn.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti taħtar il-korp responsabbli għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-eżekuzzjoni tal-miżura applikata. Ħlief f’kawżi fejn il-liġi tiddetermina l-korp responsabbli għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-miżura, il-qorti tista’ tafda l-eżekuzzjoni tal-miżura lil servizz pubbliku, istituzzjoni tal-assistenza soċjali, organizzazzjoni nongovernattiva, assoċjazzjoni, klabb sportiv jew kwalunkwe entità jew persuna pubblika jew privata oħra li hi tqis xierqa. Il-korp maħtur irid jinforma lill-qorti, skont il-kundizzjonijiet u fl-intervalli stipulati mil-liġi jew, fejn il-liġi hija siekta, fl-intervalli stabbiliti mill-qorti, dwar l-eżekuzzjoni tal-miżura applikata u dwar il-progress tal-proċess edukattiv tal-minuri, u ta’ kwalunkwe ċirkostanza li tista’ tiġġustifika rieżami tal-miżuri.
L-adozzjoni hija forma ta’ stabbiliment ta’ relazzjoni ta’ parentela bejn wild li ma jkollux familja u persuna jew koppja u trid tiġi deċiża b’sentenza. Id-deċiżjoni tal-qorti dwar l-adozzjoni tingħata biss meta jkun hemm raġunijiet leġittimi għall-adozzjoni; id-deċiżjoni ġġib benefiċċji reali għall-minuri; ma timponix sagrifiċċji inġusti fuq it-tfal l-oħra ta’ min jadotta, u jkun hemm aspettattiva raġonevoli li r-rabta bejn min jadotta u l-minuri jew il-persuna żagħżugħa tkun l-istess bħal dik tal-parentela.
Bis-sentenza tal-adozzjoni, il-minuri jew il-persuna żagħżugħa adottata:
Skont il-Kodiċi Ċivili, il-persuni li ġejjin jistgħu jadottaw minuri:
Ta’ min jinnota li, bħala regola:
Min ikollu aktar minn 12-il sena u jiġi adottat, irid jagħti l-kunsens tiegħu għall-adozzjoni. Min jiġi adottat irid jinstema’ mill-imħallef fil-preżenza tal-prosekutur pubbliku, taħt il-kundizzjonijiet u skont ir-regoli stabbiliti għas-smigħ tat-tfal fi proċedimenti ta’ tutela ċivili.
Skont il-Liġi Nru 143/2015 tat-8 ta’ Settembru 2015, min jiġi adottat u jkollu inqas minn 16-il sena ma jistax jitlob aċċess għal informazzjoni dwar l-oriġini tiegħu. Wara li jagħlaq 16-il sena, min jiġi adottat jista’ jitlob tali aċċess b’mod espliċitu; madankollu, sakemm jagħlaq it-18-il sena, dejjem ikun meħtieġ il-kunsens tal-ġenituri adottivi jew tar-rappreżentant legali. Jekk it-talba għall-aċċess għall-informazzjoni ssir abbażi ta’ raġunijiet serji, b’mod partikolari jekk is-saħħa tal-minuri adottat tkun f’riskju, il-qorti tista’, fuq talba tal-ġenituri jew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku, tawtorizza l-aċċess għal informazzjoni dwar l-istorja personali tal-minuri adottat.
Il-Liġi Nru 143/2015 tat-8 ta’ Settembru 2015 tirregola l-proċeduri ta’ adozzjoni nazzjonali u internazzjonali u l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti f’dawn il-proċeduri.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Il-kapaċità ġuridika (capacitatea de folosinţă) hija l-kapaċità tal-persuna li jkollha drittijiet u obbligi ċivili. Il-kapaċità ġuridika tibda meta l-persuna titwieled u tintemm meta tmut.
Kapaċità li taġixxi (capacitatea de exerciţiu) hija l-ħila tal-persuna li tikkonkludi atti legali ċivili b’mod indipendenti. Kapaċità sħiħa li taġixxi tibda meta l-persuna tagħlaq it-18-il sena.
Il-minorenni jiksbu kapaċità sħiħa li jaġixxu permezz taż-żwieġ ukoll.
Fuq bażijiet raġonevoli, il-qorti tal-kustodja (instanţa de tutelă) tista’ tirrikonoxxi l-kapaċità sħiħa li jaġixxu ta’ minorenni li għalqu s-16-il sena. Għal dan l-għan, il-ġenituri jew it-tuturi tal-minorenni jinstemgħu wkoll, billi titqies, meta jkun xieraq, l-opinjoni tal-kunsill tal-familja wkoll.
il-minorenni li għalqu l-14-il sena għandhom kapaċità ristretta li jaġixxu.
L-atti legali ta’ persuna b’kapaċità ristretta li taġixxi huma konklużi minn dik il-persuna bil-kunsens tal-ġenituri tagħha jew, meta applikabbli, tat-tutur tagħha, u, fil-każijiet previsti mil-liġi, bl-opinjoni tal-kunsill tal-familja wkoll, jekk ikun hemm, u bl-awtorizzazzjoni tal-qorti tal-kustodja.
Il-persuni fiżiċi li ma għandhomx il-kapaċità li jaġixxu (il-minorenni taħt l-14-il sena, il-persuni soġġetti għal miżuri speċjali ta’ tutela) jiġu rrappreżentati minn rappreżentant legali.
F’materji kriminali, il-minorenni taħt l-14-il sena ma jinżammux kriminalment responsabbli. il-minorenni bejn l-14 u s-16-il sena jkunu kriminalment responsabbli biss jekk tingħata prova li wettqu l-att xjentament, filwaqt li minorenni li għalqu s-16-il sena huma kriminalment responsabbli f’konformità mal-liġi.
Miżura edukattiva mhux ta’ kustodja tittieħed fir-rigward ta’ minorenni li kellhom bejn l-14 u t-18-il sena meta twettaq ir-reat. Miżura edukattiva ta’ kustodja tista’ tittieħed fir-rigward ta’ minorenni ta’ bejn l-14 u t-18-il sena fil-każijiet li ġejjin:
Il-Qorti tal-Minorenni u tal-Familja ta’ Brașov (Tribunalul pentru Minori şi Familie Braşov) hija l-unika qorti speċjalizzata ta’ dan it-tip fir-Rumanija.
Il-qorti speċjalizzata għandha ġuriżdizzjoni sabiex tisma’ kemm kawżi kriminali (li fihom tal-anqas wieħed mill-imputati jew waħda mill-partijiet leżi/partijiet ċivili tkun minorenni) kif ukoll kawżi ċivili (tilwimiet dwar tqegħid u adozzjoni).
F’termini ta’ ġurisdizzjoni ratione loci, il-Qorti tal-Minorenni u tal-Familja ta’ Brașov għandha ġuriżdizzjoni fil-Kontea ta’ Brașov, filwaqt li kawżi oħrajn li jinvolvu minorenni li jinstemgħu mill-qrati ordinarji.
Fil-każ ta’ vittmi tfal, il-valutazzjoni u l-provvista ta’ servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni huma r-responsabbiltà tad-dipartimenti speċjalizzati fi ħdan id-Direttorati Ġenerali għall-Assistenza Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal (Direcțiile Generale de Asistență Socială și Protecție a Copilului) responsabbli għal intervent f’każijiet ta’ abbuż, ta’ traskuraġni, ta’ traffikar, ta’ migrazzjoni u ta’ ripatrijazzjoni skont il-Liġi Nru 272/2004 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal u d-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 49/2011 li tapprova l-Metodoloġija Qafas dwar il-prevenzjoni u l-intervent f’timijiet u f’networks multidixxiplinari f’każijiet ta’ vjolenza fuq it-tfal u domestika u l-Metodoloġija dwar intervent multidixxiplinari u interistituzzjonali f’każijiet li jinvolvu tfal sfruttati u tfal f'riskju ta’ sfruttament ta' ħaddiema, vittmi tfal tat-traffikar tal-bnedmin, u tfal migranti Rumeni li jisfaw vittmi ta’ forom oħrajn ta’ vjolenza fi Stati oħrajn.
Grupp ta’ ħidma ddedikat għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-vittmi twaqqaf fl-2020 fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministerul Justiției). Fost l-aktar objettivi importanti mfittxijin mill-grupp ta’ ħidma hemm dawn li ġejjin: l-istabbiliment ta’ kmamar speċjali għas-smigħ tal-minorenni, taħriġ speċjalizzat tal-professjonisti f’kif jiġu ttrattati tipi differenti ta’ reati u ta’ vittmi, il-ħolqien ta’ network informali ta’ professjonisti responsabbli għat-trattament ta’ vittmi ta’ reati sesswali, u t-titjib tas-servizzi forensiċi għall-vittmi ta’ reati.
Save the Children Romania (Salvaţi Copiii România), fi sħubija mas-Settur 6 tad-Direttorat Ġenerali għall-Assistenza Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal (Direcţia Generală de Asistenţă Socială şi Protecţia Copilului Sector 6) f’Bucharest, fetħet l-ewwel ċentru pilota ta’ Barnahus għat-tfal li jkunu vittmi ta’ abbuż sesswali u ta’ vjolenza domestika estrema. Iċ-Ċentru huwa bbażat fuq il-mudell integrat Barnahus ta’ servizzi kumplessi, ta’ valutazzjoni psikoloġika u medika, ta’ smigħ u ta’ protezzjoni tat-tfal vittmi ta’ abbuż sesswali u ta’ vjolenza domestika estrema.
Kmieni fl-2022, l-Uffiċċju tal-Prosekutur assenjat għall-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Înalta Curte de Casație și Justiție), fi sħubija mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), mal-Ministeru għall-Ġustizzja u mad-Direttorat Ġenerali għall-Assistenza Soċjali u għall-Protezzjoni tat-Tfal, beda jimplimenta proġett bl-objettiv ġenerali li jiżgura sistema tal-ġustizzja kriminali effiċjenti, aċċessibbli u kwalitattiva għal tfal li huma vittmi ta’ reat u vittmi ta’ reati ta’ mibegħda. Il-ħidma tal-proġett tinvolvi r-rinnovament, l-organizzazzjoni u l-attrezzar ta’ 35 kamra għas-smigħ ta’ minorenni, l-iżvilupp ta’ żewġ analiżijiet tematiċi dwar is-sitwazzjoni fir-rigward ta’ reati ta’ mibegħda fir-rigward tat-tfal bħala vittmi ta’ reat, l-iżvilupp ta’ gwidi (l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati ta’ mibegħda/is-smigħ ta’ vittmi minorenni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kontrihom), u l-għoti ta’ taħriġ speċjalizzat għall-prosekuturi u għal kategoriji professjonali oħrajn sabiex jittejbu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-vittmi ta’ reati ta’ mibegħda u tat-tfal vittmi ta’ reati, inklużi dawk li jappartjenu għall-minoranza Rom.
Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-proġett predefinit ta’ taħriġ u ta’ bini tal-kapaċitajiet ġudizzjarji professjonali, il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura (Consiliul Superior al Magistraturii) bħalissa jipprovdi 47 kamra għal seduti għal minorenni fi qrati madwar il-pajjiż, f’konformità mal-istandards internazzjonali għas-smigħ ta’ minorenni.
Fl-istess ħin, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Codul de procedură penală) jipprevedi li, sabiex tiġi protetta l-privatezza jew id-dinjità tal-parti leża, jew meta r-rilaxx jew il-ħarba tat-trażgressur tista’ tipperikola l-privatezza jew id-dinjità tal-parti leża jew tikkawżalha ħsara, irrispettivament min-natura u mill-firxa tagħha, il-korp tal-prosekuzzjoni kriminali jista’ jordna l-miżuri protettivi previsti mil-liġi kontra l-parti leża. Tfal, vittmi li huma dipendenti fuq it-trażgressur, vittmi ta’ terroriżmu, ta’ kriminalità organizzata, ta’ traffikar tal-bnedmin, ta’ vjolenza li seħħet fi ħdan relazzjoni mill-qrib, ta’ vjolenza u ta’ sfruttament sesswali, vittmi ta’ reati ta’ mibegħda, ta’ diskriminazzjoni u ta’ preġudizzju li jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari mal-karatteristiċi personali tagħhom, persuni b’diżabilità u vittmi li ġarrbu ħsara konsiderevoli minħabba s-serjetà tar-reat, huma preżunti vulnerabbli.
Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali fih ukoll dispożizzjonijiet dwar is-smigħ ta’ minorenni.
Għalhekk, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jipprevedi li s-smigħ tal-partijiet leżi u tax-xhieda li jkunu minorenni taħt l-14-il sena jseħħ fil-preżenza ta’ wieħed mill-ġenituri, ta’ tutur jew tal-persuna jew tar-rappreżentant tal-istituzzjoni inkarigata bit-trobbija u bl-edukazzjoni tat-tfal, u fil-preżenza ta’ psikologu magħżul mill-korp ġudizzjarju. Il-psikologu jipprovdi pariri ta’ espert lill-minorenni matul il-proċedimenti ġudizzjarji.
Fil-każ ta’ partijiet leżi li għalihom ġew stabbiliti ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċifiċi skont il-liġi, il-korp ġudizzjarju jordna miżura waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin mingħajr preġudizzju għat-tmexxija xierqa tal-proċedimenti jew għad-drittijiet u għall-interessi tal-partijiet:
Is-smigħ u, meta xieraq, is-smigħ mill-ġdid mill-korpi ta’ investigazzjoni kriminali ta’ partijiet leżi li sfaw vittma ta’ reati ta’ trattament ħażin ta’ minorenni, ta’ vjolenza domestika, ta’ reati li jikkonċernaw it-traffikar u l-isfruttament ta’ persuni vulnerabbli, ta’ reati kontra l-libertà u l-integrità sesswali, eċċ., kif ukoll f’każijiet oħrajn li fihom, minħabba ċ-ċirkustanzi tar-reat, dan jitqies neċessarju, jitwettqu biss minn persuna tal-istess sess bħall-persuna leża. Jekk dan ma jkunx possibbli, mingħajr preġudizzju għat-twettiq kif xieraq tal-proċedimenti jew għad-drittijiet u għall-interessi tal-partijiet, is-smigħ ta’ partijiet leżi bħal dawn u, meta xieraq, is-smigħ mill-ġdid tagħhom jistgħu jsiru minn persuna li ma tkunx tal-istess sess bħall-parti leża, bil-kunsens tal-avukat u ta’ psikologu jew ta’ speċjalist ieħor fil-konsulenza tal-vittmi.
Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, każijiet li jinvolvu partijiet leżi li jkunu minorenni, vittmi ta’ reati ta’ trattament ħażin ta’ minorenni, ta’ vjolenza domestika, ta’ reati li jikkonċernaw it-traffikar u l-isfruttament ta’ persuni vulnerabbli, ta’ reati kontra l-libertà u l-integrità sesswali, eċċ., huma ttrattati bħala kwistjoni ta’ urġenza u bħala prijorità. Meta l-parti leża tkun minorenni taħt is-16-il sena, li tkun vittma ta’ reati ta’ trattament ħażin ta’ minorenni, ta’ vjolenza domestika, ta’ reati li jikkonċernaw it-traffikar u l-isfruttament ta’ persuni vulnerabbli, ta’ reati kontra l-libertà u l-integrità sesswali, eċċ., jekk il-qorti tqis li s-smigħ ta’ ċerti provi jista’ jkollu effett negattiv fuqhom, hija tordna li l-minorenni jitneħħew mis-seduta.
Fl-istess ħin, il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jipprevedi li l-arrest u l-arrest preventiv jistgħu jiġu ordnati kontra minorenni, permezz ta’ eċċezzjoni, biss jekk l-effetti taċ-ċaħda tal-libertà fuq il-personalità u l-iżvilupp tagħhom ma jkunux sproporzjonati għall-għan tal-miżura.
Id-durata tal-miżura ta’ arrest preventiv hija ddeterminata b’kunsiderazzjoni tal-età tal-persuna akkużata fil-jum li jiġi ordnat li tittieħed, tiġi estiża jew tinżamm il-miżura.
Il-Kodiċi Ċivili (Codul civil) jipprovdi li matul proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji li jikkonċernaw tifel jew tifla, huwa obbligatorju li tifel jew tifla li tkun għalqet l-10 snin tinstema’. Madankollu, tfal taħt l-10 snin jistgħu jinstemgħu wkoll, jekk l-awtorità kompetenti tqis li dan ikun neċessarju sabiex taġġudika dwar il-każ. Id-dritt li jinstemgħu jinvolvi l-possibbiltà li t-tfal jitolbu u jirċievu kwalunkwe informazzjoni, skont l-età tagħhom, sabiex jesprimu l-opinjoni tagħhom u jiġu informati dwar il-konsegwenzi li dan jista’ kjollu, jekk jiġi rrispettat, u dwar il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe deċiżjoni li tikkonċernahom. L-opinjonijiet tat-tfal li jinstemgħu jiġu kkunsidrati fid-dawl tal-età u tal-maturità tagħhom.
Il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, bħala promotur tal-proġetti, fi sħubija mal-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura (Institutul Național al Magistraturi), mal-Iskola Nazzjonali tal-Iskrivani u mal-Amministrazzjoni tal-Qrati Norveġiża, jimplimenta l-proġett predefinit “Taħriġ u Bini tal-Kapaċitajiet Ġudizzjarji”, iffinanzjat mill-Programm “Ġustizzja”, il-Mekkaniżmu Finanzjarju Norveġiż (NFM) 2014-2021.
Bħala parti minn dan il-proġett, il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura u l-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura ħabbru t-tnedija tal-proċedura sabiex jintgħażel espert bl-għan li jiġi żviluppat kurrikulu ta’ taħriġ fit-tul fil-qasam ta’ Tekniki għas-smigħ ta’ minorenni (ġustizzja adattata għat-tfal) - aspetti ċivili. L-espert jintgħażel minn fost l-esperti magħżulin bħala persunal tat-taħriġ għall-attivitajiet ta’ taħriġ iddedikati għall-qasam ta’ Tekniki għas-smigħ ta’ minorenni, li huma organizzati fi ħdan il-proġett, b’enfasi partikolari fuq l-ispeċifiċitajiet tal-popolazzjoni Rom.
Ir-riżultat se jkun għodda utli għall-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura għat-taħriġ kontinwu fit-tul tal-imħallfin u tal-prosekuturi f’tekniki għas-smigħ ta’ minorenni, fi proċeduri ġudizzjarji kemm ċivili kif ukoll kriminali, u se jibni l-pedament għal approċċ konsistenti mill-perspettiva tal-prattika nazzjonali u Ewropea.
Il-programm ta’ taħriġ fit-tul (kurrikulu) għat-tekniki għas-smigħ ta’ minorenni (ġustizzja adattata għat-tfal) se jiġi żviluppat sabiex jipprovdi appoġġ prattiku għall-persunal tat-taħriġ tal-Istitut Nazzjonali tal-Maġistratura, jiġifieri sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għas-smigħ ta’ minorenni, sabiex tiġi promossa ġustizzja adattata għat-tfal bħala tħassib prevalenti tas-sistema ġudizzjarja Rumena, billi jiġu assimilati t-tekniki għall-intervisti mat-tfal.
Ma hemm l-ebda dispożizzjoni speċjali applikabbli għall-minorenni.
F’materji ċivili, partijiet għall-proċedimenti li jiġġustifikaw interess, kif ukoll f’każijiet previsti mil-liġi, korpi oħrajn jew persuni mhux sodisfatti bis-sentenza, jistgħu jappellaw kontriha. Il-prosekutur jista’ jfittex rimedju kontra sentenzi tal-qorti, kull meta jkun neċessarju, sabiex jiddefendi d-drittijiet, il-libertajiet u l-interessi leġittimi ta’ minorenni, ta’ persuni li jirċievu pariri legali jew soġġetti għal miżuri ta’ tutela speċjali, u ta’ persuni neqsin, kif ukoll f’każijiet oħrajn espliċitament previsti mil-liġi.
Fi proċedimenti kriminali, l-għajnuna legali hija obbligatorja meta l-persuna suspettata jew akkużata tkun minorenni. L-għajnuna legali għall-parti leża hija obbligatorja meta ma jkollha l-ebda kapaċità sabiex taġixxi jew kapaċità ristretta sabiex taġixxi, kif ukoll meta l-parti leża tkun il-vittma tar-reati ta’ trattament ħażin ta’ minorenni, ta’ vjolenza domestika, ta’ reati li jikkonċernaw it-traffikar u l-isfruttament ta’ persuni vulnerabbli, ta’ reati kontra l-libertà u l-integrità sesswali, eċċ.
L-adozzjoni hija l-operazzjoni legali li toħloq filjazzjoni bejn min jadotta u t-tfal adottati, kif ukoll rabtiet familjari bejn it-tfal adottati u l-qraba ta’ min jadotta.
L-adozzjoni hija soġġetta għall-prinċipji kollha li ġejjin: l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħtieġa li jiġu żgurati trobbija u edukazzjoni tat-tfal f’ambjent tal-familja, il-kontinwità tat-trobbija u tal-edukazzjoni tat-tfal, it-teħid f’kunsiderazzjoni tal-oriġini etnika, lingwistika, reliġjuża u kulturali tagħhom, u r-rapidità tat-twettiq ta’ kwalunkwe att relatat mal-proċedura ta’ adozzjoni.
Il-proċedura ta’ adozzjoni hija rregolata mill-Kodiċi Ċivili (l-Artikoli 451 sa 482).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fil-Finlandja, l-età minima tar-responsabbiltà kriminali hija ta’ 15-il sena.
Fi kwistjonijiet oħrajn, l-età minima biex tiftaħ kawża quddiem il-qorti tvarja bejn 12-il sena (kwistjonijiet ta’ saħħa, tqegħid f’kustodja), 15-il sena (impjiegi, ażil, kwistjonijiet ta’ migrazzjoni, kwistjonijiet ta’ edukazzjoni, sanzjonijiet amministrattivi) u 18-il sena (kwistjonijiet ta’ familja).
Sa fejn ikun possibbli, l-investigazzjonijiet immirati lejn il-minuri jiġu assenjati lill-uffiċjali tal-pulizija b’taħriġ jew b’esperjenza f’dan il-kompitu. Dipartimenti tal-pulizija akbar għandhom unitajiet jew uffiċjali tal-pulizija speċjalizzati fl-investigazzjoni ta’ reati kontra minuri. Bħala regola, fid-dipartimenti kollha tal-pulizija, l-investigazzjoni tar-reati kontra minuri tiġi mgħoddija lill-investigaturi li għandhom ħila professjonali u kompetenza partikolari fl-investigazzjoni ta’ dan it-tip ta’ reati.
Is-Servizz tal-Prosekuzzjoni għandu sistema ta’ prosekuturi speċjali maħsuba biex tkun garantita kompetenza f’qasam ta’ speċjalizzazzjoni u biex jinżammu u jiġu żviluppati l-ħiliet professjonali tal-prosekuturi. Hemm grupp ta’ prosekuturi speċjali li huma speċjalizzati fil-vjolenza kontra t-tfal u n-nisa. Huma jħarrġu prosekuturi oħrajn fil-qasam tal-kompetenza tagħhom.
Sa fejn ikun possibbli, l-investigazzjonijiet immirati lejn il-minuri jiġu assenjati lil uffiċjali b’taħriġ jew b’esperjenza f’dan il-kompitu.
L-Ombudsman għat-Tfal jippromwovi l-interess tat-tfal u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tat-tfal fuq livell ġenerali, iżda ma jittrattax każijiet individwali.
Sa mill-bidu tal-2016, reġistrazzjoni bil-vidjo ta’ vittma ta’ bejn il-15 u s-17-il sena saret tista’ tintuża wkoll bħala evidenza fil-qorti f’każijiet fejn il-vittma tkun teħtieġ protezzjoni speċjali.
Skont l-Att dwar l-Investigazzjonijiet Kriminali, l-awtorità tal-investigazzjoni kriminali għandha, meta jkun meħtieġ, tikkonsulta ma’ tabib jew ma’ espert ieħor dwar jekk il-miżuri tal-investigazzjoni jistgħux ikunu diretti lejn persuna taħt l-età ta’ 18-il sena.
Bħala regola, l-intervisti ma’ vittmi u xhieda minuri jitmexxew minn uffiċjali tal-pulizija b’taħriġ jew esperjenza f’dan il-kompitu. L-intervista tista’ titmexxa wkoll minn professjonista fil-qasam tal-kura tas-saħħa.
B’konnessjoni mal-Isptarijiet Universitarji ta’ bliet ewlenin, hemm ċentri ta’ għarfien espert iddedikati li jispeċjalizzaw fis-smigħ ta’ vittmi minuri ta’ reat. Il-pulizija taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawn iċ-ċentri.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja jorganizza regolarment taħriġ avvanzat għall-imħallfin, għall-persunal tal-qorti u għall-uffiċjali tal-għajnuna legali dwar il-psikoloġija tat-tfal, il-psikoloġija legali, id-drittijiet tal-vittmi, id-drittijiet tal-bniedem u l-ħtiġijiet speċjali tal-vittmi li jkunu ġew abbużati sesswalment. Il-prosekuturi jistgħu jieħdu sehem fit-taħriġ ukoll.
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali jorganizza taħriġ għall-prosekuturi li jittrattaw każijiet ta’ abbuż sesswali u fiżiku tat-tfal. Is-suġġetti jinkludu l-iżvilupp tat-tfal, il-psikoloġija tat-tfal u kif għandha ssir interrogazzjoni ta’ tfal.
It-taħriġ tal-uffiċjali tal-pulizija jinkludi taħriġ dwar il-psikoloġija tat-tfal, il-ħiliet fil-komunikazzjoni u kif għandha ssir interrogazzjoni ta’ tfal. Kwalifika speċjali bħala espert tingħata lil dawk il-professjonisti li jkunu għamlu taħriġ speċjali mwettaq mill-Bord Nazzjonali tal-Pulizija.
Jista’ jitressaq ilment lill-Prosekutur Ġenerali dwar id-deċiżjoni tal-prosekutur li ma jiħux passi legali, u l-Prosekutur Ġenerali jkollu d-dritt li jagħti bidu għal kunsiderazzjoni ġdida tal-akkużi.
L-ewwel stadju fil-proċess tal-adozzjoni huwa l-konsulenza b’rabta mal-adozzjoni pprovduta mill-organi muniċipali tal-protezzjoni soċjali u minn Save the Children Finland. Il-konsulenza b’rabta mal-adozzjoni hija mingħajr ħlas għall-klijenti. Għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal permess għall-adozzjoni u talba għall-għoti ta’ adozzjoni, il-fornitur tal-konsulenza b’rabta mal-adozzjoni għandu jipprovdi rapport bil-miktub dwar l-għoti ta’ konsulenza b’rabta mal-adozzjoni. Ir-rapport għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar dawk ikkonċernati u ċ-ċirkostanzi tagħhom.
Abbażi tar-rapport, il-Bord tal-Adozzjoni jieħu d-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ permess għall-adozzjoni. L-adozzjoni ta’ minuri teħtieġ permess mogħti mill-Bord tal-Adozzjoni f’adozzjonijiet domestiċi kif ukoll f’adozzjonijiet bejn pajjiż u ieħor. Il-permess huwa validu għal sentejn. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-estensjoni tal-validità tal-permess.
Hemm tip wieħed biss ta’ adozzjoni. Ladarba tingħata adozzjoni, il-persuna adottata għandha titqies bħala l-wild tal-ġenituri adottivi u mhux tal-ġenituri preċedenti.
Il-permess għall-adozzjoni ma jkunx meħtieġ jekk il-persuna adottata tkun il-wild tal-konjuġi ta' ġenitur adottiv prospettiv jew wild li diġà kien imħares u mrobbi mill-ġenitur adottiv prospettiv b’mod stabbilit.
Bħala regola, dawk li jadottaw minn barra l-pajjiż, minbarra li jingħataw konsulenza b’rabta mal-adozzjoni, iridu dejjem japplikaw għas-servizzi tal-adozzjoni bejn pajjiż u ieħor. Dawn is-servizzi jiġu pprovduti mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali tal-Belt ta’ Ħelsinki, minn Save the Children Finland u Interpedia.
Fi tmiem il-proċess, l-adozzjoni għandha tingħata permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Fl-Iżvezja, l-età minima tar-responsabbiltà kriminali hija ta’ 15-il sena. Kawża tista’ titressaq il-qorti minn persuni li jkollhom mill-inqas 18-il sena għal materji tal-familja, tal-impjiegi, tal-migrazzjoni u tal-ażil, kif ukoll għal sanzjonijiet amministrattivi. Għall-materji tal-edukazzjoni, l-età hija ta’ 16-il sena u, għall-materji tas-saħħa (jekk tkun tikkonċerna biss detenzjoni/kura psikjatrika obbligatorja) u t-tqegħid f’kura, l-età hija ta’ 15-il sena (għalkemm il-minuri ġeneralment ikunu konvenuti u mhux atturi).
L-Iżvezja ma għandhiex qrati speċjali għal trażgressuri żgħażagħ. Tfal taħt l-età ta’ 15-il sena ma jistgħux jiġu mħarrka u minflok jaqgħu taħt il-kura tas-Servizzi Soċjali, filwaqt li dawk li għandhom bejn il-15 u t-18-il sena jiġu pproċessati fil-qrati ġenerali. L-Iżvezja għandha qrati ġenerali u qrati amministrattivi. Dawn jaħdmu b’mod parallel. Is-sistema tal-qorti amministrattiva tittratta l-kontestazzjonijiet għad-deċiżjonijiet amministrattivi.
Il-kawżi tad-dritt ċivili u l-kawżi li jirrigwardjaw il-kustodja, ir-residenza u l-kuntatt jiġu ttrattati mill-qrati ġenerali. Ma hemm l-ebda istituzzjoni speċjalizzata li tittratta l-minuri fil-proċedimenti ġudizzjarji ċivili fl-Iżvezja. Il-biċċa l-kbira tat-tilwim relatat mal-liġi tal-familja jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati ġenerali.
Meta persuna minuri tkun suspettata b’reat, il-ġenituri jew persuna oħra responsabbli għall-kura tal-minuri għandhom jiġu nnotifikati mill-aktar fis possibbli dwar ir-reat u l-intervista mal-minuri. Il-ġenituri għandhom ikunu preżenti waqt l-intervista. Jekk ir-reat ikun serju, is-servizzi soċjali għandhom jiġu nnotifikati wkoll mill-aktar fis possibbli bir-reat u jkunu preżenti waqt l-interrogazzjoni. L-investigazzjoni u l-proċedimenti tal-qorti jiġu adattati għall-persuni suspettati żgħażagħ. Il-proċedimenti legali għandhom jitlestew fi żmien raġonevoli. Hemm ukoll regola ġenerali li tiddikjara li d-deċiżjonijiet rilevanti u l-bidu tal-proċedimenti għandhom iseħħu mingħajr dewmien żejjed meta jkunu involuti minuri f’kawżi li jikkonċernaw il-kustodja, ir-residenza u l-kuntatt.
Kemm il-persuni minuri kif ukoll dawk adulti jistgħu jkunu partijiet fi proċedimenti ġudizzjarji. B’hekk, il-persuni minuri li jkunu vittmi ta’ reat għandhom l-istess dritt li jinstemgħu u li jipparteċipaw fil-proċedimenti bħall-adulti. F’każijiet fejn ir-rakkont tal-avvenimenti mill-minuri jkollu importanza partikolari (li huwa l-każ meta l-persuna minuri tkun vittma), espert fil-psikoloġija tat-tfal jew fil-psikoloġija tal-interrogazzjoni għandu jkun preżenti waqt l-interrogazzjoni jew għandu jikkummenta fuq il-valur tar-rakkont tal-persuna minuri. Ma jeżisti l-ebda dritt ta’ smigħ fir-rigward tax-xhieda, irrispettivament minn jekk ix-xhud ikunx minuri jew adult. Ix-xhieda mhumiex partijiet fil-proċess u ma għandhom l-ebda sehem fil-proċedimenti kriminali, għajr li jipprovdu r-rakkont tagħhom ta’ dak li ġara, jekk ikun meħtieġ.
Atturi differenti, bħall-pulizija, il-prosekuzzjoni, is-servizzi tas-saħħa u s-servizzi soċjali huma meħtieġa li jikkooperaw. Meta persuna minuri tkun vittma ta’ vjolenza, ir-responsabbiltà prinċipali għall-kooperazzjoni taqa’ fuq is-servizzi soċjali. Il-biċċa l-kbira tal-muniċipalitajiet għandhom l-hekk imsejħa gruppi ta’ konsultazzjoni ma’ rappreżentanti mis-servizzi soċjali, il-prosekuzzjoni, il-pulizija, is-servizzi tal-kura tas-saħħa tat-tfal, u s-servizzi tal-psikjatrija tat-tfal u taż-żgħażagħ, li jiddeċiedu dwar il-koordinazzjoni tal-isforzi u l-ippjanar u li jiddeċiedu f’liema ordni għandhom jaġixxu l-atturi differenti ladarba jkun sar rapport dwar reat fil-konfront ta’ persuna minuri. Jekk persuna minuri tkun vittma ta’ reat jew tkun suspettata li kkommettiet reat, il-pulizija u l-prosekuturi għandhom jikkooperaw dejjem. Il-kooperazzjoni tinbeda wkoll mas-servizzi soċjali u ma’ atturi rilevanti oħrajn.
Il-liġi Żvediża tistipula li l-aħjar interessi tal-minuri għandhom jingħataw kunsiderazzjoni primarja mill-qrati ġenerali, li jfisser li jeħtieġ li l-qorti tikkunsidra l-aħjar interessi ta’ kull persuna minuri. F’kawżi li jikkonċernaw il-kustodja, ir-residenza u l-kuntatt, il-qorti tiddeċiedi dwar l-aħjar interess tal-persuna minuri. Madankollu, skont id-dritt amministrattiv Żvediż, ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali li l-awtoritajiet jew il-qrati amministrattivi jridu jqisu l-aħjar interessi tal-minuri, jew li jrid jingħata piż partikolari lill-aħjar interessi tal-minuri. Għalhekk, f’dan ir-rigward, id-dritt amministrattiv huwa differenti mid-dritt ċivili. Madankollu, leġiżlazzjoni speċifika għas-settur introduċiet il-prinċipju li trid tingħata kunsiderazzjoni, fi gradi differenti, lill-aħjar interessi tal-minuri, f’xi oqsma amministrattivi speċifiċi.
Tfal taħt l-età ta’ 15-il sena ma jistgħux jinżammu kriminalment responsabbli għal reati li jkunu kkommettew. Il-prinċipju fundamentali huwa li t-trażgressuri żgħażagħ għandhom l-ewwel ikunu soġġetti għal miżuri taħt is-Servizzi Soċjali, minflok jiġu ttrasferiti għas-Servizz tal-Ħabs u tal-Probation. Jeżistu sanzjonijiet speċjali li japplikaw biss għal trażgressuri żgħażagħ fl-età ta’ bejn il-15 u l-21 sena. It-trażgressuri minuri fl-età ta’ bejn it-18 u l-21 sena ta’ spiss jiġu kkundannati għall-istess sanzjonijiet bħall-adulti. Jekk it-trażgressur ikun ikkommetta r-reat qabel l-età ta’ 21 sena, iż-żgħożija tiegħu għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali meta jkun qed jiġi ddeterminat il-kastig. Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-qrati ċivili huma l-istess għall-minuri u għall-adulti. Jekk kontroparti ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont sentenza jew deċiżjoni, il-parti tista’ titlob għall-eżekuzzjoni tas-sentenza jew tad-deċiżjoni mill-Aġenzija tal-Eżekuzzjoni Żvediża. Il-Kodiċi tat-Tfal u tal-Ġenituri fih dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tas-sentenzi jew tad-deċiżjonijiet dwar il-kustodja, ir-residenza u l-kuntatt, kif ukoll ta’ deċiżjonijiet oħrajn skont il-Kodiċi. L-aħjar interessi tal-minuri għandhom jingħataw kunsiderazzjoni primarja meta jkunu qed jiġu eżegwiti tali sentenzi jew deċiżjonijiet.
Hemm jedd ġenerali, jiġifieri mhux esklussiv għall-vittmi minuri, li jintalab rieżami ta’ deċiżjoni biex ma ssirx prosekuzzjoni. Madankollu, huma biss il-partijiet ikkonċernati li jistgħu jagħmlu talba bħal din. Il-vittmi minuri, kif ukoll il-vittmi adulti, jistgħu jfittxu kumpens mit-trażgressur (danni). Fir-rigward tad-dritt ċivili, billi l-minuri b’mod ġenerali ma jkollhomx kapaċità proċedurali, huma jistgħu jiksbu aċċess biss għall-mekkaniżmi tal-ilmenti, tal-appelli legali jew tal-istħarriġ ġudizzjarju permezz tar-rappreżentant legali tagħhom.
Id-deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni jittieħdu mill-qorti. It-talba ssir mill-persuna/persuni li tixtieq/jixtiequ tadotta/jadottaw. Il-qorti għandha teżamina jekk l-adozzjoni tkunx tista’ sseħħ b’mod xieraq. Il-permess għall-adozzjoni ta’ persuna minuri ma għandux jingħata, sakemm l-adozzjoni ma tinstabx li tkun ta’ benefiċċju għall-minuri.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.