Każistika nazzjonali

Il-qrati tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) japplikaw u jinterpretaw il-liġi tal-Istati Membri rilevanti kif ukoll id-dritt tal-UE. Għalhekk, huwa fl-interess taċ-ċittadini u tal-professjonisti legali li jkollhom aċċess mhux biss għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru tagħhom, iżda anki għal dik tal-Istati Membri tal-UE l-oħra.

Il-parti l-kbira tal-Istati Membri għandhom bażi tad-dejta waħda jew iktar tad-deċiżjonijiet u tal-opinjonijiet tal-qrati tagħhom – rigward id-dritt tal-UE, il-liġi nazzjonali kif ukoll il-liġi reġjonali u/jew lokali. L-informazzjoni disponibbli fuq l-Internet xi drabi tista’ tkun ristretta għal ċerti qrati (pereżempju, il-qrati supremi) jew għal ċerti tipi ta’ deċiżjonijiet.

Tista’ tagħmel tiftix għall-ġurisprudenza tal-Istat Membru jew permezz ta’ bażi tad-dejta tal-Istat Membru billi tagħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin se ssib ruħek fil-paġna nazzjonali rilevanti; jew tista’ tuża waħda mill-bażijiet tad-dejta Ewropej (il-lista li ġejja tista’ ma tkunx kompluta):

  • JURE, bażi tad-dejta maħluqa mill-Kummissjoni Ewropea, li tinkludi l-ġurisprudenza dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam ċivili u kummerċjali u dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi Stat li ma jkunx dak fejn ngħatat is-sentenza. Dan jinkludi l-ġurisprudenza dwar il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti (jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988) kif ukoll il-ġurisprudenza tal-UE u tal-Istati Membri.
  • L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA Europe) tipprovdi żewġ bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza tal-Istati Membri li jittrattaw l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, imsejħa “JuriFast” u “Dec.Nat”. Id-deċiżjonijiet jiġu pprovduti fl-ilsien oriġinali, b’sommarju bl-Ingliż u bil-Franċiż. Il-bażi tad-dejta “Dec.Nat” fiha wkoll referenzi u analiżijiet tad-deċiżjonijiet nazzjonali li ġew ipprovduti mis-Servizz ta’ Riċerka u ta’ Dokumentazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
  • Permezz tas-sit elettroniku tan-Netwerk tal-Presidenti tal-qrati ġudizzjarji supremi tal-UE, tista’ ssib is-siti ta’ numru ta’ bażijiet tad-dejta nazzjonali (u anki ta’ wħud mill-pajjiżi kandidati) li jinkludu l-ġurisprudenza tal-qrati supremi ta’ dawk l-Istati Membri.
  • Il-portal ta’ informazzjoni tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali jinkludi bażi tad-dejta tad-deċiżjonijiet nazzjonali tal-qrati u tal-korpi speċjali relatati ma’ kwistjonijiet tal-liġi dwar id-diskriminazzjoni.
  • CODICES, bażi tad-dejta maħluqa mill-hekk imsejħa Kummissjoni ta' Venezja fil-Kunsill tal-Ewropa, tinkludi l-ġurisprudenza dwar il-kwistjonijiet kostituzzjonali mhux biss tal-Istati Membri tal-UE imma anki ta' membri oħrajn tal-Kunsill tal-Ewropa.

Barra minn hekk, il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika (e-Justice) jipprovdi wkoll informazzjoni dwar id-diversi qrati tal-Istati Membri. Bosta minn dawn il-qrati għandhom sit elettroniku li jipprovdi bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Każistika nazzjonali - Belġju

F’din it-taqsima ssib ħarsa ġenerali lejn is-sorsi u l-kontenut tal-ġurisprudenza Belġjana, kif ukoll links għall-bażijiet tad-data rilevanti.

Siti web disponibbli

Il-bażi tad-data pubblika JUPORTAL tal-ġurisprudenza Belġjana ilha teżisti minn tmiem l-2017.

Il-ġurisprudenza fis-sistema JUPORTAL hija disponibbli bl-użu tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamagna tat-tiftix JUPORTAL, li ħadet post dik li qabel kienet il-magna tat-tiftix Jure-Juridat minn Novembru 2020.

Parti mill-bażi tad-data JUPORTAL tista’ tiġi kkonsultata wkoll permezz tal-magna tat-tiftix Ewropea ECLI, jiġifieri l-ġurisprudenza tal-qrati li ġejjin:

  • il-Qorti Kostituzzjonali (Cour constitutionnelle / Grondwettelijk Hof)
  • il-Qorti ta’ Kassazzjoni (Cour de cassationHof van Cassatie)
  • il-qrati tal-appell (cour d’appel / hof van beroep)
  • il-qrati tal-appell dwar l-impjieg (cour du travailarbeidshof)
  • il-qrati tal-ewwel istanza (tribunal de première instancerechtbank van eerste aanleg)
  • il-qrati kummerċjali (tribunal de l'entrepriseondernemingsrechtbank)
  • il-qrati dwar l-impjieg (tribunal du travailarbeidsrechtbank)

Monitoraġġ ta’ proċedimenti li għadhom għaddejja

Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Hija prevista informazzjoni dwar:

L-eżistenza ta’ kawża / appell?

Iva

Iva

Il-fatt li l-kawża għadha pendenti?

Iva

Le

L-eżitu ta’ kawża / appell?

Iva

Le

In-natura irrevokabbli u finali ta’ deċiżjoni?

Le

Le

Il-fatt li proċedimenti ulterjuri jistgħu jitressqu quddiem

- qorti oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali)

- il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

- il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Iva

Iva

Iva/Le

Iva/Le

Iva/Le

Iva/Le


Regoli dwar il-pubblikazzjoni

F’livell nazzjonali?

Għal deċiżjonijiet ta’ xi qrati?

Jeżistu regoli mandatorji dwar il-pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-qrati?

Le

Le


Jeżistu regoli ta’ kondotta mhux vinkolanti.

Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Huwa t-test sħiħ li jiġi ppubblikat jew partijiet magħżula?

Partijiet magħżula

Partijiet magħżula

Jekk jiġu ppubblikati partijiet magħżula, x’inhuma l-kriterji?

Interess soċjetali u legali

Interess soċjetali u legali

L-aħħar aġġornament: 04/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Bulgarija

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Bulgara kif ukoll id-deskrizzjonijiet tal-bażijiet tad-data rilevanti tal-ġurisprudenza u l-links għalihom.

Il-ġustizzja hija amministrata mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, mill-Qorti Amministrattiva Suprema, mill-qrati tal-appell, mill-qrati reġjonali, mill-qrati militari u mill-qrati distrettwali. Il-kundanni u d-deċiżjonijiet jinħażnu fil-bażijiet tad-data tal-informazzjoni tal-qrati rilevanti, kemm fuq il-karta kif ukoll f’forma elettronika.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-ogħla Qorti ġudizzjarja f’kawżi kriminali, kummerċjali u ċivili. Skont l-Artikolu 124 tal-Kostituzzjoni tal-Bulgarija, il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati kollha. Il-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-Bulgarija kollha.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati amministrattivi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni fuq:

  1. il-kontestazzjonijiet għar-regolamenti statutorji, esklużi dawk maħruġa mill-kunsilli muniċipali;
  2. il-kontestazzjonijiet għall-atti tal-Kunsill tal-Ministri, tal-Prim Ministru, tad-Deputati Prim Ministri u tal-Ministri maħruġa fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ tmexxija u governanza kostituzzjonali tagħhom; fil-każijiet previsti mil-liġi u fejn dawk l-awtoritajiet ikunu ddelegaw is-setgħat tagħhom lill-uffiċjali kkonċernati, l-atti amministrattivi maħruġa minnhom jiġu kkontestati quddiem il-qorti amministrattiva rilevanti;
  3. il-kontestazzjonijiet għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem;
  4. il-kontestazzjonijiet għall-atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru u l-korpi tiegħu;
  5. l-appelli fil-kassazzjoni u l-appelli kontra deċiżjonijiet maħruġa fl-ewwel istanza;
  6. l-appelli mill-partijiet fil-proċedimenti kontra deċiżjonijiet u digrieti;
  7. ir-rikorsi għal deċiżjonijiet ġudizzjarji finali f’kawżi amministrattivi li għandhom jiġu rrevokati;
  8. il-kontestazzjonijiet għal atti oħra speċifikati mil-liġi.

Ġurisprudenza disponibbli fis-sit web

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva Suprema kellha sit web sa mill-bidu tal-2002. Is-sit inħoloq biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni fiżiċi, tal-persuni ġuridiċi u tal-korpi amministrattivi li jirrikjedu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar l-attività ġudizzjarja tal-Qorti.

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa soġġett għal reġistrazzjoni standard miftuħa għal kulħadd (username u password).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għandha sit web li jipprovdi aċċess dirett għall-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema.

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli

Il-Qorti Amministrattiva Suprema

Ma hemm l-ebda titolu/intestatura fuq l-internet li jillinkjaw ma’ deċiżjonijiet jew attivitajiet oħra tal-Qorti Amministrattiva Suprema. L-atti jiġu ppubblikati flimkien man-numru tagħhom, id-data tal-ħruġ u n-numru tal-kawża li huma relatati miegħu, pereżempju:

Id-Deċiżjoni Nru 5908 tat-23.06.2005 fil-Kawża Nru 4242/2005

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Id-deċiżjonijiet jinħarġu fuq karta u jiġu ppubblikati fil-Bullettin, fil-Ktieb Annwali u fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija.

Tista’ tfittex skont: il-Qorti u l-ismijiet tal-partijiet fil-kawża; in-numru tal-kawża rreġistrat mal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni; in-numru tal-kawża fit-taqsima tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.

It-test sħiħ tad-deċiżjonijiet maħruġa mill-1 ta’ Ottubru 2008 (bid-data personali mħassra) huwa disponibbli permezz ta’ link fil-qiegħ tal-paġna “riżultat tat-tfittxija”.

L-aħbarijiet u l-istqarrijiet għall-istampa mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija jiġu ppubblikati regolarment fit-taqsima tal-istqarrijiet għall-istampa tas-sit web tal-Qorti Suprema. Id-deċiżjonijiet f’kawżi ta’ interess pubbliku kbir huma ppubblikati f’din it-taqsima kif ukoll fil-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.

Format

Il-Qorti Amministrattiva Suprema

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Amministrattiva Suprema fil-format HTML.

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni fil-format PDF.

Il-Qrati

Proċedimenti ulterjuri


Il-Qrati Supremi - il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni

Qrati oħra

Hemm informazzjoni disponibbli wkoll dwar:

  • appelli?

Iva

Iva

  • jekk każ għadux pendenti?

Iva

Iva

  • ir-riżultati tal-appelli?

Iva

Iva

  • l-irrevokabilità tad-deċiżjonijiet?

Iva

Iva

  • proċedimenti oħra quddiem:

qrati nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)

il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli


Regoli tal-pubblikazzjoni


Fil-livell nazzjonali

Fil-livell tal-qorti

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva - l-Artikolu 64(1) tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja

Iva



Il-Qrati Supremi

Qrati oħra

Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa jew għażla minnha?

Il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni - ġurisprudenza sħiħa

Il-ġurisprudenza sħiħa / għażla biss minnha

Liema kriterji jintużaw biex issir l-għażla?

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 08/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Iċ-Ċekja

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali tal-ġurisprudenza fir-Repubblika Ċeka kif ukoll deskrizzjoni ta’ u links għal bażijiet tad-dejta relevanti ta’ ġurisprudenza.

Każistika disponibbli fuq l-internet

Il-każistika hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/, (referenza "Judikatura" (każistika)).

Kull waħda mill-qrati li ġejjin għandha bażi tad-dejta tal-każistika tagħha stess:

  • il-Qorti Kostituzzjonali (Ústavní soud)
  • il-Qorti Suprema (Nejvyšší soud)
  • Il-Qorti Amministrattiva Suprema (QAS) (Nejvyšší správní soud).

Taqsiriet tad-deċiżjonijiet kollha meħuda mill-QAS huma ppubblikati, f’forma anonimizzata, fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-QAS. Uħud mid-deċiżjonijiet tal-QAS, kif ukoll xi wħud meħuda minn qrati amministrattivi inferjuri u magħżula mill-plenum tal-imħallfin kollha tal-QAS skont l-importanza tad-deċiżjonijiet, huma ttrattati f’aktar dettall.

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / titoli

Is-sentenzi huma disponibbli fis-siti elettroniċi tal-qrati supremi rilevanti.

Formati

Il-każistika hija disponibbli f’format html.

Il-qrati konċernati

Il-qrati li ġejjin huma konċernati:

Proċedimenti ulterjuri

Qorti Suprema

Qrati oħra

Hija disponibbli informazzjoni dwar:

l-appelli?

Le

Iva (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/, referenza InfoSoud)

jekk każ għadux għaddej?

Le

Iva (InfoSoud)

ir-riżultat tal-appelli?

Le

Iva (InfoSoud)

l-irrevokabilità tad-deċiżjoni?

Le

Le

dwar proċedimenti ulterjuri quddiem:

qorti domestika oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali)?

il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Regoli tal-pubblikazzjoni

fil-livell nazzjonali?

fil-livell ta' qorti?

Hemm regoli li jorbtu għall-pubblikazzjoni tal-każistika

Iva

Iva

Qorti Suprema

Qrati oħra

Il-każistika kollha tiġi ppubblikata jew selezzjoni biss?

Anonimizzata bis-sħiħ

Anonimizzata bis-sħiħ

Jekk issir selezzjoni,

xi kriterji jiġu applikati?

Protezzjoni tad-dejta personali

Il-bażijiet ta’ dejta legali

L-isem u l-URL tal-bażi tad-dejta

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-amministrazzjoni pubblika

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni fil-qosor tal-kontenut

Il-bażi tad-dejta fiha l-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka biċ-Ċek.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Danimarka

Domsdatabasen [Bażi tad-data dwar is-Sentenzi] hija bażi tad-data li fiha deċiżjonijiet magħżula tal-qrati Daniżi.

Din qed tiġi popolata gradwalment, u tibda fl-2022. Il-bażi tad-data fiha deċiżjonijiet ċivili, flimkien ma’ għażla żgħira ta’ sentenzi f’każijiet kriminali ta’ interess pubbliku partikolari.

Il-bażi tad-data tista’ tintuża mingħajr ħlas.

Din tista’ tinstab fl-indirizz: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://domsdatabasen.dk/

L-aħħar aġġornament: 17/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Ġermanja

Din il-paġna tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza fil-Ġermanja.

L-awtorità ġudizzjarja hija vestita fl-imħallfin; din tiġi eżerċitata mill-Qorti Kostituzzjonali Federali, mill-qrati federali u mill-qrati tas-16-il Reġjun (Länder) (ara l-Artikolu 92 tal-Liġi Bażika).

Bażijiet ta’ data online tal-ġurisprudenza

Mill-2010 ’il quddiem, il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur ippubblika ċerti deċiżjonijiet mill-Qorti Kostituzzjonali Federali, mill-qrati supremi federali u mill-Qorti tal-Privattivi Federali fis-sit tal-ġurisprudenza online Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRechtsprechung im Internet. Din l-informazzjoni hija mingħajr ħlas għal kull min ikun interessat.

Barra minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali Federali u l-qrati federali jippubblikaw id-deċiżjonijiet fis-siti web tagħhom stess. Din l-informazzjoni hija mingħajr ħlas għall-użu mhux kummerċjali. L-istqarrijiet għall-istampa jiġu ppubblikati fis-siti web ukoll, fejn jipprovdu informazzjoni dwar kawżi pendenti sinifikanti u dwar l-eżitu tagħhom.

Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija stat federali, ir-Reġjuni jorganizzaw il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tagħhom stess. Għal din il-fini huma stabbilew is-siti tagħhom stess, li l-ħoloq għalihom huma pprovduti fil-portal tal-ġustizzja federali u statali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJustizportal des Bundes und der Länder.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRechtsprechung im Internet

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Ġustizzja Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Finanzi Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Industrijali Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Soċjali Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Privattivi Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJustizportal des Bundes und der Länder

L-aħħar aġġornament: 12/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Estonja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Estonjana u deskrizzjoni tal-bażijiet tad-data tal-ġurisprudenza rilevanti.

Ġurisprudenza fuq l-Internet

Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza ilha disponibbli fuq l-internet mill-2001. Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema ilha disponibbli minn meta s-sistema tal-qorti ġiet organizzata mill-ġdid fl-1993 u hija ppubblikata fl-edizzjoni elettronika ta' Riigi Teataja (il-Gazzetta tal-Istat Estonjan) u fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema. Il-ġurisprudenza tal-qrati tal-prim'istanza u tat-tieni istanza hija disponibbli fl-edizzjoni elettronika ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.

L-obbligu biex il-ġurisprudenza tkun disponibbli huwa stabbilit fl-Att dwar l-Informazzjoni Pubblika, b'regoli aktar speċifiċi mogħtija fid-diversi kodiċijiet ta' proċedura tal-qorti. Ġeneralment is-sentenzi finali kollha jkunu ppubblikati. L-eżenzjonijiet huma previsti fi proċedimenti tal-qorti ċivili jew amministrattivi, fejn il-qrati ma jiddivulgawx fis-sentenzi tagħhom, jew b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-individwu ikkonċernat, isem l-individwu (billi jibdluh bl-inizjali jew karattri oħrajn), in-numru ta' identifikazzjoni personali, id-data tat-twelid, in-numru ta’ reġistrazzjoni jew l-indirizz tiegħu. Il-qrati, fi proċedimenti tal-qorti ċivili jew amministrattiva, jistgħu jiddeċiedu wkoll, jew b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-individwu ikkonċernat, li jippubblikaw biss il-parti operattiva ta' sentenza li tinkludi data personali sensittiva jew li ma jippubblikawha xejn, jekk il-bdil tal-isem tal-individwu bl-inizjali jew karattri oħra jista' jippreġudika l-privatezza tiegħu jew tagħha. Il-qrati jistgħu jippubblikaw biss il-parti operattiva ta' sentenza jekk is-sentenza tinkludi informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.

Is-sentenzi finalizzati fi proċedimenti kriminali jiġu ppubblikati kollha, iżda d-dettalji personali tal-imputat biss (isem u kodiċi ta' identifikazzjoni personali jew data tad-twelid) isiru pubbliċi. Bħala regola ġenerali, id-dettalji personali ta' imputati taħt l-età ma jiġux divulgati (l-isem u l-kodiċi ta' identifikazzjoni personali jew id-data tat-twelid ikunu sostitwiti b'inizjali jew karattri oħra). Fuq talba ta' individwu jew b'inizjattiva tagħhom stess, il-qrati jistgħu, fi proċedimenti kriminali, jippubblikaw biss l-introduzzjoni u l-parti operattiva jew il-parti finali ta' sentenza mogħtija, jekk is-sentenza tinkludi data personali sensittiva. L-istess japplika jekk is-sentenza tinkludi data personali suġġetta legalment għal restrizzjoni ta' aċċess oħra u tippermetti li l-individwu ikkonċernat jiġi identifikat, minkejja l-fatt li l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħra jkunu tbiddlu b'inizjali jew karattri oħra.

Il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza titqies parti mill-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-pubblikazzjoni ta' data speċifika tista' tiġi kkontestata. Il-qrati għandhom għalhekk jikkunsidraw kif għandhom jiġu ppubblikati s-sentenzi.

Preżentazzjoni tas-sentenzi u titoli

Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Il-ġurisprudenza hija ppreżentata bit-titoli?

Iva

Le

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tinsab fuq Riigi Teataja u fis-sit tal-Qorti Suprema skont is-sena, it-tip ta’ kawża, in-numru tal-kawża, id-data tas-sentenza, il-kompożizzjoni tal-qorti, it-tip ta’ proċediment, it-tip ta' reat, l-annotazzjoni u l-kontenut. Fuq is-sit tal-Qorti Suprema huwa possibbli li wieħed jagħmel tiftixa għall-ġurisprudenza permezz ta' kelma ewlenija.

Is-sentenzi tal-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza jistgħu jiġu mfittxa bit-tip adatt ta' proċedura u, skont it-tip ta' proċedura, il-każijiet jistgħu wkoll jiġu mfittxa bl-użu ta' firxa ta' kriterji. F'kull tip ta' proċeduri, is-sentenzi jistgħu jiġu mfittxa skont in-numru tal-każ u tal-ECLI, l-awla tal-qorti, it-tip ta' proċedura, it-tip u d-data tas-sentenza, id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti, annotazzjoni u l-kontenut. F'kawżi kriminali, is-sentenzi jistgħu wkoll jiġu mfittxa bin-numru tal-proċedimenti ta’ qabel il-proċess, il-kategorija tal-kawża u riżoluzzjoni, it-tip ta' proċedura, it-tip ta’ allegazzjoni u ta' sentenza jew, pereżempju, bir-raġunijiet għal-liberazzjoni. Is-sentenzi fil-kawżi ċivili u amministrattivi jistgħu wkoll jiġu mfittxa skont il-kategorija u t-tip tal-kawża, it-tip ta’ proċedura u r-riżoluzzjoni tal-kawża.

Eżempju tat-titolu

Rieżami kostituzzjonali tat-tieni sentenza tal-Artikolu 71(2) tal-Att dwar l-Avjazzjoni.

Formati

Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Dokument

Metadata

Dokument

Metadata

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format XML?

Le

Le

Le

Le

X'formati oħra jintużaw?

HTML

HTML

PDF

HTML

Proċedimenti ulterjuri

Il-Qorti Suprema

Qrati oħra

Hemm informazzjoni disponibbli dwar:

appelli?

-

Le

jekk każ għadux pendenti?

Iva

Le

ir-riżultat tal-appell?

-

Iva

dwar l-irrevokabbiltà tas-sentenza?

Iva

Iva

dwar jekk kienx hemm proċedimenti ulterjuri quddiem:

qorti nazzjonali oħra (eż. il-Qorti Kostituzzjonali)

il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Regoli tal-pubblikazzjoni

Fil-livell nazzjonali

Fil-livell tal-qorti

Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

-

Ir-regoli dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza huma stabbiliti fil-kodiċi tal-proċedura rilevanti. Ir-regoli li jikkonċernaw il-proċedura kriminali huma differenti minn dawk li jikkonċernaw il-proċedura ċivili.

Il-Qorti Suprema

Qrati oħrajn

Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza kollha jew partijiet minnha biss?

Partijiet minnha biss.

Partijiet minnha biss.

Liema kriterji qed jintużaw biex issir l-għażla?

L-għażla ssir abbażi ta' dan li ġej:

1) is-sentenza trid tkun daħlet fis-seħħ;

2) is-sentenza tista' tiġi ppubblikata jekk:

a) (f'kawżi ċivili u amministrattivi) jekk ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva; is-sentenza tiġi ppubblikata b'ismijiet mibdula bl-inizjali jew karattri oħrajn u b'tali mod li ma tippreġudikax il-privatezza tal-individwu ikkonċernat; is-sentenza ma tkun tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra;

b) (f'kawżi kriminali) ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva jew data personali suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra, jew jekk l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħrajn jiġu mibdula fis-sentenza bl-inizjali jew b'karattri oħrajn, b'tali mod li l-individwu kkonċernat ma jkunx jista' jiġi identifikat; is-sentenza ma tkun tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.

L-għażla hija magħmula abbażi ta' dan li ġej:

1) is-sentenza trid tkun daħlet fis-seħħ;

2) is-sentenza tista' tiġi ppubblikata jekk:

a) (f'kawżi ċivili u amministrattivi) jekk ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva; is-sentenza tiġi ppubblikata b'ismijiet mibdula bl-inizjali jew karattri oħrajn u b'tali mod li ma tippreġudikax il-privatezza tal-individwu ikkonċernat; is-sentenza ma tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra;

b) (f'kawżi kriminali) ma tkun tinkludi l-ebda data personali sensittiva jew data personali suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra, jew jekk l-ismijiet u d-dettalji personali l-oħrajn jiġu mibdula fis-sentenza bl-inizjali jew b'karattri oħrajn, b'tali mod li l-individwu kkonċernat ma jkunx jista' jiġi identifikat; is-sentenza ma tkun tinkludi l-ebda informazzjoni suġġetta legalment għal xi restrizzjoni ta' aċċess oħra.

Bażijiet tad-data legali

Isem u URL tal-bażi tad-data

Il-ġurisprudenza ppubblikata tal-Qorti Suprema tinstab fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema u f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.

Il-ġurisprudenza tal-qrati tal- ewwel istanza u tat-tieni istanza li daħlet fis-seħħ u ġiet ippubblikata tinstab billi Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatfittex il-ġurisprudenza f'Riigi Teataja.

It-talbiet mill-qrati Estonjani lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari jistgħu jiġu aċċessati mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Qorti Suprema. Hawnhekk għandek tara isem il-qorti li titlob deċiżjoni preliminari, id-data tal-preżentata u deskrizzjoni tal-kontenut tat-talba, u n-numri tal-kawża Estonjani u tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Sommarji tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jinsabu f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiigi Teataja.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Qrati jagħti statistiki dwar proċedimenti fil-qrati tal-ewwel istanza u tat-tieni istanza mill-1996 ’il quddiem. Statistiki tal-Qorti Suprema jinsabu fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Qorti Suprema. L-istatistika dwar ir-reviżjoni kostituzzjonali ilha disponibbli mill-1993, filwaqt li l-istatistika dwar każijiet amministrattivi, ċivili u kriminali u reati minuri ilha disponibbli mill-2002.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit tal-Qorti Suprema jagħti wkoll analiżi tal-ġurisprudenza tas-suġġetti magħżula mill-2006 ’il quddiem.

Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għall-bażi tad-data?

Le, l-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas.

L-aħħar aġġornament: 12/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - Irlanda

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali tal-ġurisprudenza Irlandiża kif ukoll deskrizzjoni u l-links tal-bażijiet ta’ dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.

Il-ġurisprudenza nbniet minn preċedenti jew deċiżjonijiet ta’ qabel mill-qrati. F’ċerti ċirkustanzi dawk id-deċiżjonijiet jistgħu jkunu vinkolanti fuq qorti oħra, jekk il-fatti tal-kawża jkunu simili. Normalment ikun il-każ li d-deċiżjonijiet tal-qrati inferjuri jkunu konsistenti mad-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri. Il-ġurisprudenza hija bbażata fuq żewġ duttrini: d-duttrina ta’ stare decisis u d-duttrina ta’ res judicata. Id-duttrina ta’ stare decisis tfisser id-duttrina li l-preċedent hu vinkolanti. Id-duttrina ta’ res judictata tfisser li l-kwistjoni diġà ġiet ġudikata.

Każistika disponibbli fuq websajt

Il-preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet

Ħafna mill-każistika tal-qrati Irlandiżi hija disponibbli għall-pubbliku.

Il-każistika hija disponibbli bla ħlas fuq il-websajt tas -Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qrati Irlandiżi.

fir-rigward tal-Qorti Suprema, tal-Qorti tal-Appell Kriminali u tal-Qorti Superjuri (High Court)). Il-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli wkoll fuq il-websajt tal-Qorti Suprema tal-Irlanda (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.supremecourt.ie)

Il-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli sa mill-2001; u fir-rigward tal-Qorti tal-Appell Kriminali u tal-Qorti Superjuri (High Court) sa mill-2004.

Il-każistika tal-Qorti Suprema, tal-Qorti tal-Appell Kriminali u tal-Qorti Superjuri (High Court) hija disponibbli wkoll bla ħlas fil-bażi tad-dejta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBAILII (Istitut Brittanniku u Irlandiż dwar l-Informazzjoni Legali) u fil-bażi tad-dejta Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIRLII (Inizjattiva Irlandiża għall-Informazzjoni Legali).

Il-ġabriet li ġejjin huma disponibbli mill-websajt BAILII:

Ir-regoli dwar il-pubblikazzjoni

M'hemmx regoli vinkolanti dwar il-publikazzjoni tal-każistika fuq il-livell nazzjonali jew ta' qrati. Is-sospensjonijiet kollha ta' sentenzi tal-Qrati Supremi jiġu ppubblikati. (Dawn huma każijiet fejn l-imħallef/ il-qorti taġġorna għal perjodu ta' żmien biex tikkunsidra u tikteb is-sentenza.)

Is-sentenzi kollha mogħtija ex tempore, meta l-qorti ma tkunx aġġornat qabel tagħti s-sentenza, jiġu ppubblikati biss jekk ikun fihom punt ta' dritt partikolari jew jekk jiġi ordnat mill-qorti li ttihom.

Il-kontenut li jitpoġġa onlajn

dwar id-deċiżjonijiet tal-qrati ma jkunx anonimu sakemm ma jkunx meħtieġ mil-liġi jew ordnat mill-qorti. Il-liġi titlob li ċerti każijiet ma jinstemgħux pubblikament, u xi dispożizzjonijiet legali jeħtieġu li l-isem tal-vittma ma jiġix żvelat. F'deċiżjonijiet bħal dawn l-ismijiet ikunu anonimi.

Ikunu anonimi wkoll id-deċiżjonijiet kollha li jingħataw in camera jew sentenza li jkun fiha dejta personal sensittiva dwar xi parti jew xi xhud.

Qabel il-pubblikazzjoni fuq il-websajt, tingħata kopja fiżika tas-sentenzi lil:

  • l-imħallfin kollha
  • il-libreriji tal-professjonijiet legali:
    • l-Avukat Ġenerali,
    • l-Avukat Anzjan tar-Istat u
  • Medda sħiħa ta' dipartimenti tal-gvern.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati tal-Irlanda

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Greċja

Il-każistika magħmula disponibbli fuq sit web

Preżentazzjoni ta’ deċiżjonijiet/Intestaturi

Il-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías)

Il-Qorti Suprema (Áreios Págos) (qorti ta’ kassazzjoni ċivili u kriminali)

Qrati oħrajn

Każistika ppreżentata bl-intestaturi

Iva

(is-sommarji tas-sentenzi tal-Plenarja bit-titlu korrispondenti ġew ippostjati mill-2018)

Iva

(is-sentenzi kriminali u ċivili kollha mill-2006)

Iva

(is-sommarji tas-sentenzi tal-akbar qrati amministrattivi huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Kunsill tal-Istat)

(huwa possibbli li tfittex każistika fuq is-sit web tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Piraeus ((Protodikeío) u l-Qorti tal-Appell (Efeteío))

Eżempji ta’ intestatura/i

Testmenti, Vetturi bil-Mutur, Impjieg, Kumpens, Appelli

Formati

Il-Kunsill tal-Istat u l-Qorti Suprema

Qrati oħrajn

Dokument

Metadata

Dokument

Metadata

X’formati oħra jintużaw?

HTML, TXT

HTML, TXT

HTML (qrati amministrattivi)

Le

(qrati oħra)

HTML (qrati amministrattivi)

Le

(qrati oħra)

Proċedimenti oħra

Il-Kunsill tal-Istat

Qorti Suprema

Qrati amministrattivi

Qrati oħrajn

L-informazzjoni hija disponibbli għall-appelli?

Iva

Iva

Iva

Iva

Dwar jekk każ għadux pendenti?

Iva

Iva

Iva

Iva

Dwar l-eżitu tal-appelli?

Iva

Iva

Iva

Il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Appell ta’ Piraeus

Dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Iva

Iva

- Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Ateni Iva, jekk mhix appellata

Le

Dwar proċedimenti sussegwenti quddiem qorti nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)?

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?

Il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Iva

Iva

Iva

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Ir-regoli tal-pubblikazzjoni

Fil-livell nazzjonali?

Fil-livell tal-qrati?

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-każistika?

Iva

{id-data personali – il-Liġi 4624/19 u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data [ir-Regolament (UE) 2016/679]}

Iva

{id-data personali – il-Liġi 4624/19 u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data [ir-Regolament (UE) 2016/679]}

Il-Kunsill tal-Istat u l-Qorti Suprema

Qrati oħrajn

Il-każistika kollha ppubblikata jew parti minnha?

- Il-Kunsill tal-Istat: Madwar 80 % tad-deċiżjonijiet kollha diġà ġew ippubblikati. Id-deċiżjonijiet kollha se jiġu ppubblikati gradwalment.

- Il-Qorti Suprema tippubblika l-każistika sħiħa għal sentenzi kriminali u ċivili, ħlief sentenzi skont il-proċedura fl-Artikolu 565 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Kódikas Politikís Dikonomías).

- Qrati amministrattivi: Tiġi ppubblikata selezzjoni ta’ każistika tal-qrati.

- Il-Qorti tal-Prim’Istanza u l-Qorti tal-Appell ta’ Piraeus:

Tiġi ppubblikata selezzjoni ta’ każistika tal-qrati.

Jekk issir selezzjoni, x’inhuma l-kriterji applikati?

- Il-Kunsill tal-Istat: Notifika tal-kawża

- Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Ateni Notifika tal-kawża

Il-Kunsill tal-Istat

Qorti Suprema

Qrati oħrajn

Id-deċiżjonijiet tal-qorti huma disponibbli b’mod anonimu fuq il-web (ismijiet imneħħija)?

Iva

Iva

Iva

Jekk iva, liema deċiżjonijiet?

Il-Kunsill tal-Istat janonimizza s-sentenzi kollha ppubblikati fuq is-sit web tiegħu.

Iva

- barra s-sentenzi skont il-proċedura fl-Artikolu 565 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Deċiżjonijiet mill-

1990

2006

2017

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Appell ta’ Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida- Il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva tal-Prim Istanza ta’ Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Prim Istanza ta’ Ateni

L-aħħar aġġornament: 14/06/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Spanja

Fi Spanja, il-ġurisprudenza mhijiex meqjusa bħala sors tal-liġi, fuq il-bażi li l-Artikolu 1(1) tal-Kodiċi Ċivili Spanjol (Código Civil) jistabbilixxi l-liġi, l-użu u l-prinċipji ġenerali tal-liġi bħala tali sorsi (l-Artikolu 1(1) tal-Kodiċi Ċivili Spanjol).

Madankollu, l-Artikolu 1(6) tal-Kodiċi Ċivili Spanjol jistabbilixxi li l-ġurisprudenza «għandha tikkomplementa l-ordinament ġuridiku bid-duttrina li tiġi stabbilita maż-żmien mill-Qorti Suprema (Tribunal Supremo) fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tal-liġi, tal-użu u tal-prinċipji ġenerali tal-liġi».

Barra minn hekk, id-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni pubblika huwa rikonoxxut b’mod speċifiku fl-Artikolu 105(b) tal-Kostituzzjoni Spanjola (Constitución Española).

Aċċess għall-ġurisprudenza

L-Artikolu 560(1)(10) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura (Ley Orgánica del Poder Judicial) jistabbilixxi s-segwenti bħala waħda mis-setgħat tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial): “il-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra maħruġa mill-Qorti Suprema u mill-korpi ġudizzjarji l-oħra.

Għal dan il-għan, il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura għandu, soġġett għal rapport mill-awtoritajiet kompetenti, jistabbilixxi regoli dwar kif għandhom jitfasslu, jinġabru, jiġu pproċessati, mxerrda u ċċertifikati r-rekords elettroniċi tal-qorti, sabiex jiġi ggarantit l-aċċess għalihom, jiġu żgurati l-integrità u l-awtentiċità tagħhom, u jiġi żgurat li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali”.

Bl-istess mod, l-Artikolu 560(1)(16)(e) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura jagħti lill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura s-setgħa regolatorja li jippubblika u juża mill-ġdid deċiżjonijiet ġudizzjarji strettament fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura.

Sabiex jiggarantixxi konformità mal-liġi, fl-1997 il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura ħoloq iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja (Centro de Documentación Judicial, CENDOJ), li għandu l-kwartieri tiegħu f’San Sebastian. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 619 tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, dan il-korp tekniku fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura huwa responsabbli għall-għażla, il-ġestjoni, l-ipproċessar, it-tixrid u l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni legali dwar il-leġiżlazzjoni, il-ġurisprudenza u d-duttrina.

Dan is-servizz pubbliku ġdid għall-aċċess għall-ġurisprudenza prodott fid-diversi korpi ġudizzjarji bl-aħjar kundizzjonijiet tekniċi, bi protezzjoni speċjali tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data awtomatizzata u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi xierqa biex jiġu ffaċilitati l-aċċessibbiltà, l-interoperabbiltà, il-kwalità u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata, huwa organizzat abbażi tal-mandati legali li jinsabu fil-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta’ Lulju 1985 dwar il-Ġudikatura, il-Liġi 19/2013 tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar it-trasparenza, l-aċċess għall-informazzjoni pubblika u l-governanza tajba, ir-Regolament 1/1997 dwar iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja, u l-Liġi 18/2015 tad-9 ta’ Lulju 2015 li temenda l-Liġi 37/2007 tas-16 ta’ Novembru 2007, dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku, li tittrasponi d-Direttiva 2013/37/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013.

Sabiex jikkonforma ma’ dan ta’ hawn fuq, iċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja jimplimenta sistema għat-tixrid ta’ sentenzi u ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji oħra permezz tal-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra tal-Qorti Suprema u ta’ korpi ġudizzjarji oħra, a) disponibbli għall-pubbliku ġenerali permezz ta’ magna tat-tiftix online, aċċessibbli liberament u mingħajr ħlas, wara t-tneħħija tad-data personali; b) f’ambjent ristrett għall-Ġudikatura b’karatteristiċi addizzjonali (links għal ġurisprudenza u leġiżlazzjoni nazzjonali u barranija, kif ukoll is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali( Tribunal Constitucional)) fi ħdan il-funzjonijiet inerenti għall-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura bħala l-korp ta’ tmexxija tal-imħallfin u tal-qrati Spanjoli; c) it-tixrid internazzjonali tad-deċiżjonijiet tal-qrati Spanjoli ppubblikati mis-CENDOJ permezz tas-sit web www.poderjudicial.es, għall-għarfien kondiviż tas-sistemi legali u l-ġurisprudenza tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill (2011/C 127/01) fuq «il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika» u permezz tan-Network Iberjan-Amerikan ta’ Informazzjoni u Dokumentazzjoni Ġudizzjarja (Red Iberoamericana de Información y Documentación Judicial, Iberius), u l-għoti ta’ informazzjoni lid-diversi utenti mill-ġdid, kif ukoll lil utenti oħra (li mhumiex utenti mill-ġdid) skont id-dispożizzjonijiet tal-istandards legali msemmija hawn fuq.

Il-bażi tad-data CENDOJ għandha tiġi ssupplimentata wkoll mill-bażi tad-data Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Qorti Kostituzzjonali, li fiha informazzjoni dwar sentenzi mogħtija minn dik il-Qorti Għolja.

Hemm ukoll bażijiet ta’ data privati, b’aċċess mogħti bil-ħlas ta’ tariffa.

Preżentazzjoni tal-ġurisprudenza

Fir-rigward tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema, is-CENDOJ ħoloq pjattaforma teknoloġika strutturata fil-forma ta’ sistema ta’ navigazzjoni bbażata fuq tab.

Meta tikkonsulta din il-pjattaforma, tinfetaħ tab imsejħa “RESULTADOS” [riżultati] (li telenka r-riżultati miksuba) u oħra msejħa “BÚSQUEDA” [tiftixa] (li tippermettilek taċċessa l-formola fi kwalunkwe ħin).

Il-magna tat-tiftix tagħtik aċċess rapidu u sigur għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha maħruġa mill-Qorti Suprema. Tista’ tfittex deċiżjonijiet billi tuża oqsma tal-għażla, li jidentifikaw jew jikkategorizzaw dawk id-deċiżjonijiet, u/jew oqsma tat-test liberu.

Barra minn hekk, għandek ukoll l-għażla li tmur dritt għall-aktar 50 deċiżjoni riċenti għal kull ġuriżdizzjoni billi tikklikkja fuq il-buttuni murija fil-qiegħ tal-interfaċċa. Dan jippermettilek taċċessa l-aħħar sentenzi li jkunu ġew irċevuti u inkorporati fil-bażi tad-data li tifforma l-bażi tal-ġurisprudenza.

Is-sistema tinkludi wkoll tag cloud bl-aktar suġġetti popolari tat-tiftix; jekk tikklikkja fuq wieħed minn dawn, tagħtik is-sentenzi relatati ma’ dak is-suġġett.

Tiftix mill-oqsma tal-għażla

Uħud mill-oqsma ta’ informazzjoni għad-deċiżjonijiet jistgħu jkunu limitati minn sett ta’ valuri possibbli. Pereżempju:

  • Il-kaxxa tal-Ġuriżdizzjoni [“Jurisdicción”] għandha għażla ta’ oqsma tal-liġi: ċivili, kriminali, tal-appell amministrattiv, tax-xogħol, militari.
  • Il-kaxxa tat-Tip ta’ deċiżjoni [“Tipo de Resolución”] tippermettilek tagħżel Sentenzi, Digrieti jew Ftehimiet tal-Qorti Suprema
  • Data tad-deċiżjoni: il-buttuna tal-kalendarju [“Calendario”] tippermettilek tillimita t-tiftixa tiegħek billi ddaħħal id-dati
  • Lingwa: lista li tinżel li tippermettilek tagħżel il-lingwa tad-deċiżjonijiet li trid tikseb.

Tiftix bl-użu tal-oqsma ta’ test liberu

Minbarra l-oqsma tal-għażla, hemm ukoll oqsma oħra għat-tiftixa tad-deċiżjonijiet, li ma għandhomx settijiet ristretti ta’ valuri iżda jista’ jkun fihom xi sekwenza ta’ test, użati biex isiru tiftix bla ħlas.

RIŻULTATI

Ladarba tkun saret tiftixa, ir-riżultati jiġu ppreżentati, b’mod awtomatiku, b’10 riżultati għal kull paġna.

Ir-riżultati huma murija kif ġej:

TERMINI RELATATI - is-sistema tipprovdi awtomatikament termini assoċjati mat-tiftixa mwettqa, iżda biss fl-ambjent ristrett.

TITOLU - in-numru tal-ġurisprudenza rkuprata tar-Repożitorju Uffiċjali Spanjol tal-Ġurisprudenza (Repositorio Oficial de Jurisprudencia, ROJ) u l-Identifikatur Ewropew tal-Ġurisprudenza (ECLI) huma murija hawn.

SOTTOTITOLI - is-segwenti oqsma ta’ informazzjoni huma murija hawn:

  • it-Tip ta’ korp: pereżempju, il-Qorti Suprema.
  • il-Muniċipalità: pereżempju, Madrid -- Sezzjoni: 1
  • ir-Relatur: pereżempju, l-isem... il-kunjom(ijiet)...
  • in-Nru tal-Azzjoni: pereżempju 88/2007 -- Data: 26/06/2008
  • it-Tip ta’ deċiżjoni: pereżempju, Sentenza
  • il-Korp, ordni alfabetika

Fl-aħħar nett, jekk wieħed jikklikkja fuq it-titolu tar-riżultat mixtieq, tinfetaħ paġna ġdida li turi l-kontenut sħiħ tad-dokument li jkun ġie rkuprat. Dan id-dokument huwa aċċessibbli għall-pubbliku fil-format PDF.

Format

Is-sentenzi normalment ikunu disponibbli fil-bażijiet tad-data fil-format PDF (għall-pubbliku), u fil-formati RTF u HTML (fl-ambjent ristrett għall-ġudikatura).

Sentenzi u digrieti disponibbli

  • Il-Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema: Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tiġi ppubblikata sħiħa, b’mod liberu u mingħajr ħlas, fuq l-internet, għall-informazzjoni tiegħek. It-testi sħaħ, bi kwalunkwe data personali mneħħija (anonimizzati) u b’magna tat-tiftix effiċjenti li tneħħi din id-data, speċjalment mit-test tad-deċiżjonijiet. Tista’ taċċessa din il-bażi tad-data permezz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-funzjoni ta’ tiftix tas-CENDOJ tal-Qorti Suprema.

  • Qrati oħra

Minbarra d-deċiżjonijiet u l-ftehimiet tal-Qorti Suprema, il-bażi tad-data tas-CENDOJ tagħti wkoll lill-pubbliku aċċess mingħajr ħlas għas-sentenzi maħruġa mill-Qorti Għolja nazzjonali Spanjola (Audiencia Nacional), il-Qrati Għolja tal-Ġustizzja (Tribunales Superiores de Justicia) u l-Qrati Provinċjali (Audiencias Provinciales), kif ukoll għażla ta’ digrieti minn dawk il-qrati kolleġġjali u ta’ sentenzi u digrieti maħruġa mill-Qorti Militari Ċentrali (Tribunal Militar Central), il-Qrati Militari Reġjonali (Tribunales Militares Territoriales) u l-imħallfin uniċi.

Proċeduri oħra

Hemm informazzjoni disponibbli...

  • dwar l-azzjonijiet?
  • dwar jekk il-każ ġiex solvut?
  • dwar ir-riżultat tal-azzjonijiet?
  • dwar jekk id-deċiżjoni hijiex irrevokabbli?
  • dwar proċeduri oħra?

L-informazzjoni miftuħa għall-pubbliku fiha t-test sħiħ tas-sentenzi mingħajr karatteristiċi addizzjonali, mingħajr preġudizzju għall-fatt li, f’ħafna kawżi, id-deċiżjoni nnifisha fiha informazzjoni dwar jekk hijiex finali (irrevokabbli) jew le. Barra minn hekk, dawk id-deċiżjonijiet jinkludu wkoll l-opinjonijiet kuntrarji maħruġa, jekk ikun hemm. Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-bażi tad-data pprovduta fl-ambjent ristrett għall-Ġudikatura (Bażi tad-Dokumenti tas-CENDOJ) tinkludi links li jikkollegaw id-deċiżjoni li qed tiġi kkontestata ma’ dik maħruġa mill-Qorti Għolja (Tribunal Superior), sommarji, is-sens tas-sentenza, referenza għas-sentenzi ċċitati favur jew kontra; il-ġurisprudenza ċċitata, applikata jew interpretata; deskrizzjoni tas-sentenza: timplimenta kunċetti ġenerali, tikkonsolida sentenza jew ġurisprudenza innovattiva u klassifikazzjoni tad-deċiżjoni skont it-termini użati fit-teżawru legali tas-CENDOJ.

Regoli tal-Pubblikazzjoni

Hemm xi regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fil-livell nazzjonali jew skont it-tip ta’ Qorti?

Dawn huma stabbiliti fl-Artikolu 560(1)(10) tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, li jispeċifika li l-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura għandu jkun kompetenti fi kwistjonijiet tal-pubblikazzjoni uffiċjali tas-sentenzi u ta’ deċiżjonijiet oħra maħruġa mill-Qorti Suprema u minn korpi ġudizzjarji oħra.

Hemm ukoll regoli tal-pubblikazzjoni fir-Regolament li joħolqu ċ-Ċentru għad-Dokumentazzjoni Ġudizzjarja.

Qed tiġi ppubblikata s-sentenza jew għażla biss mit-test? F’dan l-aħħar każ, liema kriterji huma applikati?

Is-sentenzi jiġu ppubblikati bis-sħiħ, mhux bħala siltiet, u s-sentenzi kollha maħruġa mill-qrati kolleġġjali u għażla ta’ dawk maħruġa minn imħallfin uniċi jiġu ppubblikati skont it-termini stabbiliti hawn fuq.

Links relatati

Magna tat-tiftix tal-ġurisprudenza taċ-Ċentru għall-Informazzjoni Ġudizzjarja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/search/indexAN.jsp

L-aħħar aġġornament: 29/06/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Franza

F’din it‑taqsima inti għandek issib ħarsa ġenerali lejn sorsi ta’ każistika u x’jinkludu, kif ukoll links għad‑databases relevanti.

Siti elettroniċi disponibbli

1. Portal globali uffiċjali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLegifrance

2. Siti elettroniċi għall‑Qrati:

3. Sit elettroniku għall‑Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja

Preżentazzjoni tad‑Deċiżjonijiet / Sommarji

B’mod ġenerali, id‑deċiżjonijiet jibdew b’lista ta’ kliem ewlieni jew b’"astratt" segwit minn sommarju (resumé) tal‑iktar punti importanti tal‑liġi u referenzi għall‑istatuti jew għal deċiżjonijiet preċedenti.

Eżempju

Għall‑Qorti tal‑Kassazzjoni, minbarra referenzi ta’ identifikazzjoni, id‑dokumenti jinkludu elementi ta’ analiżi. Is‑sommarju, abbozzat minn maġistrat tal‑qorti li ta d‑deċiżjoni, huwa resumé tal‑kwistjoni legali indirizzata. It‑titlu, maħluq mis‑sommarju tad‑deċiżjoni, huwa suċċessjoni ta’ kliem ewlieni ppreżentat f’ordni ta’ importanza. Il‑kliem ewlieni użat huwa meħud min‑nomenklatura tal‑Qorti tal‑Kassazzjoni, kif ipprovduta fit‑tabelli tal‑Bullettin tal‑Qorti ppubblikati annwalment, disponibbli taħt it‑titlu "Titrage". Huma jistgħu jiġu aċċessati billi tiklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatitrage fil‑forma ta’ tfittxija avvanzata tal‑każistika ġudizzjali.

Per Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaeżempju: Qorti tal‑Kassazzjoni, Sala Ċivili 2, Sessjoni Pubblika tal‑Ħamis 18 ta’ Diċembru 2008, Appell Nru. 07-20238, Appell mid‑deċiżjoni ta’: Qorti tal‑Appell ta’ Basse-Terre tat‑23 ta’ April 2007

Titli u resumés: PROĊEDURA ĊIVILI – Konklużjonijiet – Trattazzjonijiet finali – Qasam tal‑applikazzjoni

Il‑Qorti tal‑Appell kisret l-Artikolu 954, paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili billi ddeċidiet li talbiet u raġunijiet mhux ripetuti fit‑trattazzjonijiet finali kienu abbandunati, billi ma kinux jiddeterminaw in‑natura tas‑suġġett tal‑proċeduri u ma kinux iqajmu punt ta’ liġi li kapaċi li jġib il‑proċeduri fi tmiem.

PROĊEDURA ĊIVILI – Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell - Trattazzjonijiet Finali - Qbil mad‑dispożizzjonijiet tal-Artikolu 954, il-paragrafu 2, tal‑Kodiċi l‑ġdid tal‑Proċedura Ċivili – Nuqqas – Skop
PROĊEDURA ĊIVILI - Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell – Trattazzjonijiet Finali – Tifsira ‑ Esklużjoni - Każ – Konklużjonijiet li jitolbu proċeduri ta’ inkjesta

DEĊIŻJONIIET U ĠUDIZZJI – Konklużjonijiet – Konklużjonijiet tal‑Appell – Trattazzjonijiet Finali – Qasam tal‑applikazzjoni

Preċedenti ta’ Każistika: Fuq il‑kunċett tat‑trattazzjonijiet finali fil‑kuntest tal-Artikolu 954, il-paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili, ara Ċivili 2, 3 ta’ Mejju 2001, Nru. 99-16.293, Bull. 2001, II, Nru. 87 (miċħuda), u l‑opinjoni kkwotata; Ċivili 2, 20 ta’ Jannar 2005, Nru. 03-12.834, Bull. 2005, II, Nru. 20 (nulla), u d‑deċiżjonijiet ikkwotati

Liġi applikata: L-Artikolu 954, paragrafu 2, tal‑Kodiċi tal‑Proċedura Ċivili

Format

Il‑Każistika hija disponibbli f’dawn il‑formati: (e.g. PDF, html u XML)? XML għal deċiżjonijiet tal‑qrati supremi, inkella html.

Qrati li l‑każistika tagħhom kienet koperta

Qorti Suprema

Il‑Qorti tal‑Kassazzjoni, il‑Kunsill tal‑Istat u l‑Kunsill Kostituzzjonali

Qrati Ordinarji

Qrati tal‑Appell ġudizzjali u amministrattivi

Qrati speċjalizzati

Uffiċċju tal‑awditjar

Intraċċar tal-proċeduri li jkunu għaddejjin

Qorti Suprema

Qrati Oħrajn

Hemm informazzjoni dwar:

L‑eżistenza tal‑appell?

Iva għall‑Kunsill Kostituzzjonali

Qed jiġu implimentati għall‑Qorti tal‑Kassazzjoni

Riservat għall‑partijiet għall‑Kunsill tal‑Istat

Le

Il‑fatt li l‑każ għadu pendenti

Le

Le

Ir‑riżultat tal‑appell

Iva

Le

Jekk deċiżjoni hijiex irrevokabbli u definittiva

Iva

Iva

Il‑fatt li l‑proċeduri jistgħu jiġu segwiti f’

Qorti oħra (Qorti Kostituzzjonali)?

Il‑Qorti Ewropea għall‑Ġustizzja?

Il‑Qorti Ewropea għad‑Drittijiet tal‑Bniedem?

Le

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Regoli tal‑Pubblikazzjoni

Fuq livell nazzjonali?

Għal deċiżjonijiet ta’ ċerti qrati?

Hemm xi regoli obbligatorji dwar il‑pubblikazzjoni ta’ deċiżjonijiet tal‑qorti?

Iva

Le

Qorti tal‑Kassazzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSkont l-Artikolu R433-3 tal‑Kodiċi Franċiża tal‑Organizzazzjoni Ġudizzjali, is‑servizz tad‑dokumentazzjoni u analiżi għandu database li jinkludi, taħt l‑istess nomenklatura:

  • l‑ewwelnett, id‑deċiżjonijiet u l‑opinjonijiet tal‑Qorti tal‑Kassazzjoni u tal‑qrati jew il‑kummissjonijiet tal‑qorti marbuta miegħu, ippubblikati jew le fil‑bullettini ta’ darba fix‑xahar li hemm referenza għalihom fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu R. 433-4,
  • u t‑tieninett, id‑deċiżjonijiet ta’ interess partikolari mogħtija minn qrati ġudizzjali oħrajn.

Għal dak l‑għan, deċiżjonijiet ġudizzjali ta’ interess partikolari jintbagħtu lis‑servizz, taħt il‑kundizzjonijiet fissi b’ordni tal‑Ministru Franċiż għall‑Ġustizzja, mill‑prim imħallfin tal‑qorti tal‑appell jew direttament mill‑imħallfin li jippresiedu jew l‑imħallfin li jippresiedu fuq il‑qrati tal‑ewwel livell.

Id‑database hija aċċessibbli għall‑pubbliku taħt il‑kundizzjonijiet applikabbli għas‑servizz pubbliku għall‑pubblikazzjoni legali fuq l‑internet.

Is‑servizz ta’ dokumentazzjoni u analiżi għandu database seperata li tinkludi d‑deċiżjonijiet kollha ppronunzjati mill‑qorti tal‑appell u d‑deċiżjonjiet ġudizzjali magħmula mill‑prim imħallfin ta’ dawn il‑qrati jew mid‑delegati tagħhom. Il‑kundizzjonijiet li taħthom dawn l‑ordnijiet u d‑deċiżjonijiet jintbagħtu lis‑servizz u jintużaw mis‑servizz huma ffissati minn ministru tal‑ordni tal‑ġustizzja.

Skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu R433-4, is‑servizz tad‑dokumentazzjoni u analiżi jipproduċi 2 bullettini darba fix‑xahar, wieħed għall‑awli ċivili, l‑ieħor għall‑awla kriminali, li jirreferu għad‑deċiżjonijiet u l‑opinjonijiet li għandhom ikunu ppubblikati b’deċiżjoni tal‑imħallef li jkun qed jippresiedi tal‑qorti li ppronunzjathom. Is‑servizz jipprovdi skedi.

Kunsill tal‑Istat

Skont Artikolu L10 tal‑Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva, il‑ġudizzji huma pubbliċi. Huma jinkludu l‑isem tal‑imħallfin li jippronunzjawhom.

Qorti suprema

Qrati oħrajn

Huwa ppubblikat test sħiħ jew parti magħżula minnu?

Test sħiħ tad‑deċiżjonijiet kollha fid‑databases on line.

Għażla ta’ deċiżjonijiet sħiħa fuq il‑karta (Qorti tal‑Kassazzjoni u Kunsill tal‑Istat) u resumés għal għażla oħra ta’ deċiżjonijiet.

Pubblikazzjoni tal‑argumenti għal għażla ta’ deċiżjonijiet tal‑Qorti tal‑Appell

Jekk tkun ippubblikata għażla, x’inhuma l‑kriterji?

Għażla tal‑Qorti

Għażla tal‑Qorti

L-aħħar aġġornament: 13/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - il-Kroazja

Il-bażi tad-dejta tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja

"SuPra" fiha d-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti Suprema sa mill-1 ta' Jannar 1990. Minbarra dawn id-deċiżjonijiet, fiha l-aktar deċiżjonijiet sinifikanti ta' qrati oħra fir-Repubblika tal-Kroazja.

Bażi tad-dejta aktar reċenti tal-ġurisprudenza, intitolata "SupraNova", fiha d-deċiżjonijiet tal-qrati muniċipali, tal-qrati tal-kontei, tal-qrati tal-kummerċ, tal-Qorti Superjuri tal-Kummerċ, tal-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet u tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-informazzjoni li ġejja hija aċċessibbli għal kull deċiżjoni: isem il-qorti li adottat id-deċiżjoni, isem id-dipartiment, it-tip ta' kawża, id-data tad-deċiżjoni u d-data tal-pubblikazzjoni, kif ukoll it-test kollu f'format doc, pdf u html. Id-deċiżjonijiet kollha li ġew adottati sa mill-1 ta' Jannar 2004 għandhom l-informazzjoni rilevanti indiċizzata, kif ukoll it-test kollu.

Għal deċiżjonijiet ta' importanza u ta' interess partikolari jiġu ppubblikati l-pożizzjonijiet legali.

It-test kollu li huwa ppubblikat għall-pubbliku inġenerali huwa differenti mit-test oriġinali sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-partijiet fil-proċeduri. Biex dan iseħħ l-informazzjoni kollha dwar l-identità tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi titħassar skontIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Regoli sabiex tiġi żgurata l-anonimità fid-deċiżjonijiet tal-qorti u l-Istruzzjonijiet dwar kif tiġi żgurata l-anonimità tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja.

Ir-regoli adottati dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżojnijiet tal-qorti jistipulaw li:

  1. il-qrati stess iridu jagħżlu l-aktar deċiżjonjiet sinifikanti li biħsiebhom jagħmlu pubbliċi, u
  2. d-deċiżjonijiet tal-qrati inferjuri li jkun hemm referenza għalihom mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 396a tal-Att tal-Proċedura Ċivili

It-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja attwalment għandu żewġ dipartimenti (id-Dipartiment tal-Pensjonijiet, tal-Invalidità u tas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Liġi dwar il-Proprjetà) u l-Kunsill għall-Valutazzjoni tal-Legalità tal-Atti Ġenerali.

Is-Servizz għall-Monitoraġġ u l-Eżaminar tal-Ġurisprudenza ta' kull wieħed minn dawn id-dipartimenti jagħżel, flimkien mal-Kap tad-Dipartiment ikkonċernat, id-deċiżjonijiet rilevanti li jirriżultaw minn fost il-ħidma ta' dawn id-dipartimenti għal dak ix-xahar. Fl-aħħar tas-sena il-Kapijiet tad-Dipartiment u s-Servizz għall-Monitoraġġ u l-Eżaminar tal-Ġurisprudenza jiltaqgħu sabiex jagħżlu l-aktar deċiżjonijiet importanti li jkunu ġew adottati minn fost ħidmet il-Qorti, u jiġu ppreparati għall-bullettin li t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja joħroġ ta' kull sena

Il-pożizzjonijiet legali tad-deċiżjonijiet fil-bullettin jiġu ppublikati wkoll fuq is-sit web tat-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja taħt l-intestatura rilevanti.

Id-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill għall-Valutazzjoni tal-Legalità tal-Atti Ġenerali jiġu ppubblikati fuq is-sit web tat-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-aħħar aġġornament: 04/12/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - Italja

Din it-taqsima tipprovdilek ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Taljana, kif ukoll b’deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti u links għalihom.

Ġurisprudenza onlajn

Is-sistema ġudizzjarja Taljana tipprovdi informazzjoni dwar il-ġurisprudenza fuq diversi siti web.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCorte di Cassazione (Qorti tal-Kassazzjoni), hija l-ogħla qorti fis-sistema ġudizzjarja Taljana. Is-sit tal-internet tagħha għandu ħafna kontenut. Hemm żewġ taqsimiet ewlenin:

l-ewwel waħda, iddedikata għal proċedimenti ċivili u penali pendenti, hija aċċessibbli għall-avukati identifikati u awtorizzati biex jipparteċipaw f'każijiet speċifiċi, f'konformità mal-leġiżlazzjoni Taljana dwar il-protezzjoni tad-data.  L-aċċess isir permezz ta' ċertifikat diġitali validu anness ma' smart card.

It-tieni taqsima, iddedikata għas-sistema Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaItalgiure DB, hija aċċessibbli permezz tal-istess portal u tikkontjeni miljuni ta' dokumenti (ġeneralment sentenzi) dwar proċessi ċivili u penali diġà konklużi. L-operaturi tas-sistema ġudizzjarja (imħallfin, prosekuturi pubbliċi, amministraturi tal-qorti) jistgħu jaċċedu b'xejn għal din id-data, filwaqt li l-avukati, l-universitajiet u interessati oħrajn iridu jkollhom abbonament ta' ħlas modest.

L-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qrati, kif ukoll reġistri ta' ġurisprudenza u dokumenti diġitali fil-fajliet informatiċi dwar proċedimenti ċivili, tista' tinstab onlajn fil-qrati u l-qrati tal-appell kollha.

L-aċċess jingħata lill-avukati u esperti maħtura mill-qorti permezz ta' awtentikazzjoni b'saħħitha (smart card kompatibbli mal-Carta Nazionale dei Servizi) fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortale dei Servizi Telematici (portal tas-servizzi elettroniċi).

Bl-istess mod huwa possibbli li wieħed jikkonsulta onlajn l-informazzjoni rreġistrata fir-reġistri tal-qorti tal-Kummissarju għall-Ġustizzja (giudice di pace).

L-informazzjoni anonima dwar ir-reġistri tal-qorti tista' tiġi kkonsultata permezz tal-Portal imsemmi iktar 'il fuq mingħajr ma ssir awtentikazzjoni.

Presentazzjoni tad-deċiżjonijiet/Dettalji

Il-proċedimenti pendenti dwar suġġetti awtorizzati huma kklassifikati abbażi tal-ismijiet tal-partijiet u n-numru tal-każ, kif elenkat fir-reġistru ġenerali tal-Qorti tal-Kassazzjoni jew il-qorti kkonċernata.

Jista' jsir tiftix tal-ġurisprudenza dwar il-proċedimenti konklużi bl-użu ta' tiftix ta' kliem, jew bit-tiftix ta' suġġett jew dettalji speċifiċi (id-data tar-rikors, l-isem ta' parti).

Format

Id-dokumenti u l-informazzjoni dwar il-ġurisprudenza huma disponibbli fil-format PDF u html.

Qrati

Qorti tal-Kassazzjoni

Għal informazzjoni kkonsulta s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Kassazzjoni.

Qrati ordinarji

Il-lista aġġornata tal-ħoloq għall-qrati ordinarji tinstab fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Proċedimenti ulterjuri

Qorti tal-Kassazzjoni

Qrati oħra

Informazzjoni disponibbli

dwar jekk każ għadux pendenti

Iva

Iva

dwar ir-riżultat tal-appelli

Iva

Le

dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni

Iva

Iva

Meta qorti individwali jew qorti tal-appell għandha sit web, din spiss tipprovdi informazzjoni dwar kif tittieħed azzjoni legali, kif isir rikors jew isir appell minn deċiżjoni.

Bażijiet ta' dejta ġuridika

  1. Is-sistema Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaItalgiure DB tipprovdi aċċess għal bażi ta' dejta li tikkontjeni dettalji ta' numru ta' deċiżjonijiet tal-qorti, b'mod partikolari tal-Qorti tal-Kassazzjoni. Is-sit web jikkontjeni aktar minn 35 miljun dokument (inkluż liġijiet u regolamenti, kif ukoll referenzi għad-dottrina).

Kif spjegat iktar 'il fuq, l-access huwa limitat.

  1. Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-appell u tal-qrati l-oħra hija disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortale dei Servizi Telematici, kif spjegat iktar 'il fuq.
L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Ċipru

Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku

M’hemm l-ebda sit elettroniku uffiċjali fejn jiġu ppubblikati s-sentenzi. Selezzjoni ta’ sentenzi reċenti tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema (Ανώτατο Δικαστήριο).

Numru ta’ siti elettroniċi privati jagħtu aċċess għall-ġurisprudenza jew bi ħlas jew mingħajr ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSelezzjoni ta’ sentenzi reċenti

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Latvja

Din it-taqsima tagħtik ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza tal-Latvja.

Bażijiet tad-data online tal-ġurisprudenza

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema tal-Latvja (Latvijas Republikas Augstākā tiesa) ħolqot bażi tad-data tal-ġurisprudenza. Din tiġbor fiha deċiżjonijiet tal-qorti li huma rilevanti għall-konsistenza tal-ġurisprudenza, għar-riċerka dwarha u għall-iżvilupp tagħha.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tista’ tintgħażel skont l-istituzzjoni ġudizzjarja, it-tip ta’ kawża, is-settur, is-sottosettur, il-prinċipji legali, l-essenza tal-kawża (l-argumenti) u l-kliem ewlieni fit-test.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi tad-data tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema hija aċċessibbli mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi elettroniċi: tal-Qorti Suprema u mill-paġna ewlenija tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema.

Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet validi mogħtija fis-seduti bil-miftuħ jistgħu jiġu ppubblikati fuq il-portal dwar materji ta’ interess pubbliku (jiġifieri, deċiżjonijiet ippubblikati għal skopijiet edukattivi ċiviċi jew legali), bħalma jistgħu jiġu ppubblikati deċiżjonijiet oħra mogħtija f’seduta bil-miftuħ fid-diskrezzjoni tal-qorti kkonċernata.

Preżentazzjoni ta’ deċiżjonijiet / titoli

Formati

Is-sentenzi fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi tad-data tal-ġurisprudenza tal-Portal tal-Qrati Nazzjonali huma disponibbli fil-format HTML.

Is-sentenzi ppubblikati fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali huma disponibbli f’format PDF.

Qrati rilevanti

Il-Qorti Suprema

Is-sentenzi tal-Qorti Suprema huma disponibbli fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi tad-data tal-ġurisprudenza tas-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema u fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali.

Qrati ordinarji

Is-sentenzi tal-qrati ordinarji huma disponibbli fuq is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali.

Proċedimenti ta’ segwitu

L-informazzjoni dwar il-proċedimenti ta’ segwitu hija disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali, bl-użu tal-opzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProgress tal-proċedimenti (Tiesvedības gaita) fit-taqsima tas-Servizzi elettroniċi jew permezz tat-taqsima disponibbli għall-utenti awtorizzati tal-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kawżi tiegħi (Manas litas).

L-utenti mhux awtorizzati jistgħu jaċċessaw informazzjoni ġenerali dwar il-progress ta’ kawża fit-taqsima tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProgress tal-proċedimenti billi jdaħħlu n-numru tal-kawża jew tat-taħrika.

Fit-taqsima Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kawżi tiegħi, l-utenti awtorizzati għandhom il-possibbiltà li jaraw id-data u l-materjal tal-kawża ta’ kawżi li fihom ikunu parti (inklużi d-deċiżjonijiet u l-fajls awdjo tal-proċedimenti fil-kawża).

L-awtorizzazzjoni għall-użu tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qrati Nazzjonali tingħata abbażi ta’:

  • karta tal-identità,
  • firma elettronika,
  • firma elettronika mobbli,
  • eIDAS.

Regoli dwar il-pubblikazzjoni

Għoti ta’ sentenzi

Jekk il-kawża tinstema’ f’seduta bil-miftuħ, id-deċiżjoni tal-qorti (li tinkludi l-parti introduttorja, il-parti deskrittiva, il-motivazzjonijiet u l-parti operattiva) issir informazzjoni aċċessibbli b’mod ġenerali mid-data li fiha tingħata.

Jekk ma tingħata l-ebda deċiżjoni jew sentenza fil-qorti (jekk kawża titqies biss permezz ta’ proċedura bil-miktub, pereżempju), id-deċiżjoni titqies aċċessibbli b’mod ġenerali mid-data meta tasal.

Jekk kawża tinstema’ in camera, u jekk il-parti introduttorja u dik operattiva tad-deċiżjoni jew tas-sentenza tal-qorti jinqraw f’seduta bil-miftuħ, dawk il-partijiet tad-deċiżjoni jew tas-sentenza rispettiva tal-qorti jitqiesu bħala informazzjoni ġeneralment aċċessibbli u jistgħu jiġu ppubblikati.

Aċċessibbiltà

L-aċċessibbiltà tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija rregolata mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-ġudikatura u r-Regolament tal-Kabinett Nru 123 tal-10 ta’ Frar 2009 dwar ir-Regoli tal-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni ġudizzjarja fuq sit web tal-internet u l-ipproċessar ta’ deċiżjonijiet tal-qorti qabel ma jinħarġu (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament tal-Kabinett Nru 123”).

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kabinett Nru 123 jistabbilixxi li meta titħejja deċiżjoni għall-pubblikazzjoni, ċerta data, li tippermetti li jiġu identifikati persuni fiżiċi, għandha titħassar u tiġi ssostitwita b’indikatur xieraq:

  • l-isem u kunjom ta’ persuna, għandhom jiġu ssostitwiti b’ittra kapitali magħżula liberament mill-alfabett Latvjan (l-ittra magħżula biex tissostitwixxi l-isem u l-kunjom tintgħażel sabiex il-persuni msemmija fid-deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu distinti minn xulxin);
  • in-numru tal-identità personali ta’ persuna jiġi ssostitwit bil-kliem “numru ta’ identifikazzjoni personali”;
  • l-indirizz tad-dar ta’ persuna jiġi ssostitwit bil-kliem “post ta’ residenza”;
  • l-indirizz tal-proprjetà immobbli ta’ persuna jiġi ssostitwit bil-kelma “indirizz”;
  • in-numru ta’ referenza ta’ kwalunkwe proprjetà immobbli fir-reġistru tal-proprjetà jiġi ssostitwit bil-kliem “referenza katastali”;
  • u n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura jiġi ssostitwit bil-kliem “numru ta’ reġistrazzjoni”.

Fit-tħejjija tad-deċiżjoni għall-pubblikazzjoni jew għall-ħruġ, id-dettalji tal-imħallfin, il-prosekuturi, l-avukati ċċertifikati, in-nutara ċċertifikati, l-amministraturi tal-insolvenza, l-imħallfin li jippresjedu u l-uffiċjali ġudizzjarji ċċertifikati ma jiġux imħassra jew redatti.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Litwanja

Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/Titoli

Wara li tkun saret it-tiftixa r-riżultati jiġu ppreżentati bil-mod li ġej:

Nru.

Qorti

Sena

Tip ta’ każ

Numru tal-każ

Imħallef

Data tad-deċiżjoni

Riżultat tas-smiegħ tal-każ

Ċivili, kriminali jew amministrattiv

Isem, kunjom u kodiċi

Link għall-fajl tad-deċiżjoni f’format DOC


Formati

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format li ġej:

*.doc

Qrati kkonċernati

Il-qrati li ġejjin huma rappreżentati fil-bażi tad-dejta:

  1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema (Aukščiausiasis Teismas)
  2. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appell (Apeliacinis teismas)
  3. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti distrettwali ta' Vilnius (Vilniaus apygardos teismas)
  4. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti distrettwali ta' Kaunas (Kauno apygardos teismas)
  5. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti distrettwali ta' Klaipeda (Klaipėdos apygardos teismas)
  6. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti distrettwali ta' Panevezys (Panevėžio apygardos teismas)
  7. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti distrettwali ta' Siauliai (Šiaulių apygardos teismas)
  8. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva Suprema (Vyriausiasis administracinis teismas)
  9. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti amministrattiva reġjonali ta' Vilnius (Vilniaus apygardos administracinis teismas)
  10. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti amministrattiva reġjonali ta' Kaunas (Kauno apygardos administracinis teismas)
  11. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti amministrattiva reġjonali ta' Klaipeda (Klaipėdos apygardos administracinis teismas)
  12. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti amministrattiva reġjonali ta' Siauliai (Šiaulių apygardos administracinis teismas)
  13. Qorti amministrattiva reġjonali ta’ Panevezys (Panevėžio apygardos administracinis teismas)

Proċedimenti ulterjuri

Qrati superjuri

Qrati oħra

L-informazzjoni hija disponibbli:

  • dwar appelli?

Le

Le

  • dwar jekk każ għadux pendenti?

Le

Le

  • dwar ir-riżultat ta’ l-appelli?

Le

Le

  • dwar jekk deċiżjoni hijiex irrevokabbli?

Le

Le

  • dwar proċedimenti ulterjuri quddiem:

qorti interna oħra (Qorti Kostituzzjonali…)?

il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le


Regoli tal-pubblikazzjoni

  • Id-deċiżjonijiet tal-qrati huma ppubblikati skond ir-regolament tal-2005 tal-Kunsill tal-Qorti Nru. 13P-378PDF(148 Kb)lt.
  • Id-deċiżjoni sħiħa impersonalizzata hija ppubblikata.
L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Lussemburgu

Din il-paġna fiha informazzjoni dwar il-ġurisprudenza tal-qrati Lussemburgiżi.

Bażi tad-data online tal-ġurisprudenza

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji online huma mniżżlin skont id-data jew in-numru tagħhom.

Formati

Il-każistika hija aċċessibbli f’format PDF.

Il-qrati kkonċernati

Is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja għandu sezzjoni ddedikata għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali li minnha tista' tiġi aċċessata wkoll lista' ta' sentenzi tal-Qorti.

Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti u t-Tribunal Amministrattivi tal-Lussemburgu għandu wkoll bażi tad-data bis-sentenzi u d-deċiżjonijiet ta' dawn iż-żewġ qrati.

Is-sit elettroniku tal-amministrazzjoni ġudizzjarja tippermetti l-konsultazzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji (anonimi) mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali, il-Qorti tal-Kassazzjoni u l-qrati amministrattivi.

Proċeduri oħra

Tista' tinkiseb ukoll informazzjoni dwar:

  • il-proċeduri tal-appell;
  • l-istadju ta' fejn tkun waslet kawża (pereż. għadha pendenti);
  • l-eżitu tal-proċeduri tal-appell;
  • l-irrevokabbiltà tad-deċiżjonijiet mogħtija;
  • proċeduri oħra quddiem il-Qorti kostituzzjonali kif ukoll il-Qorti u t-tribunali amministrattivi.

Il-ġurisprudenza tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja, tal-Qorti Kostituzzjonali kif ukoll tal-Qorti u t-tribunal Amministrattivi jiġu ppubblikati fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu, fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati fil-qasam amministrattiv.

Regoli tal-Pubblikazzjoni

Is-sentenzi mogħtija ta' natura kostituzzjonali jridu jiġu ppubblikati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Ġurnal Uffiċjali («"Mémorial"»).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati tal-qasam amministrattiv

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tas-servizzi ġudizzjarji tal-Lussemburgu

L-aħħar aġġornament: 17/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ungeriż diġà ġew tradotti.

Każistika nazzjonali - Ungerija

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Ungeriża, kif ukoll deskrizzjoni u links għall-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.

Il-ġurisprudenza ppubblikata fuq is-siti elettroniċi

L-Att CLXI tal-2011 dwar l-organizzazzjoni u l-amministrazzjoni tal-qrati jistabbilixxi illi mill-1 ta' Jannar 2012 il-Kurja (il-Qorti Suprema tal-Ungerija), il-ħames qrati reġjonali tal-appell u l-qrati amministrattivi u industrijali (dawn tal-aħħar biss jekk deċiżjoni amministrattiva f'kawża amministrattiva ngħatat fil-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti mhix soġġetta għal appell ordinarju) għandhom jippubblikaw id-deċiżjoni fuq il-mertu tal-kawża f'forma elettronika fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija (Bírósági Határozatok Gyűjtemény). Attwalment, il-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti tal-Ungerija hija aċċessibbli fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi ((Anonim Határozatok Tára - ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara). (Fl-imgħoddi, il-Qorti Suprema u l-ħames qrati tal-appell reġjonali, skont l-Att XC tal-2005 dwar il-libertà tal-informazzjoni elettronika, kellhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom kollha fuq il-mertu mill-1 ta' Lulju 2007).

Id-deċiżjonijiet mogħtija fil-proċedimenti li ġejjin huma l-eċċezzjoni, u għalhekk ma hemmx għalfejn jiġu ppubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti:

  • id-deċiżjonijiet mogħtija fir-rigward ta' ordni għall-ħlas, infurzar, stralċ ta' kumpanija mill-qorti, proċeduri għall-falliment u l-istralċ, kif ukoll proċeduri li jinvolvu r-reġistri miżmuma mill-qorti;
  • id-deċiżjonijiet mogħtija waqt proċeduri tal-familja, proċeduri fuq il-prova tal-filjazzjoni u l-oriġini, proċeduri dwar it-tneħħija tas-setgħa tal-ġenituri kif ukoll il-proċeduri tat-tutela ma jistgħux jiġu ppubblikati jekk kull waħda mill-partijiet hekk titlob;
  • id-deċiżjonijiet waqt proċeduri dwar allegat abbuż sesswali ma jistgħux jiġu ppubblikati mingħajr il-kunsens tal-vittma.

Barra minn hekk, il-Kurja trid tippubblika d-deċiżjonijiet dwar il-konformità ġudizzjarja (ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://kuria-birosag.hu/hu/jogegysegi-hatarozatok), sentenzi dwar prinċipji legali (ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-hatarozatok) u deċiżjonijiet ġudizzjarji dwar prinċipji legali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kuria-birosag.hu/hu/elvi-birosagi-dontesek). Dawn huma disponibbli wkoll fuq is-sit elettroniku tar-reġistru tad-deċiżjonijiet anonimi (ħolqa: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://birosag.hu/ugyfelkapcsolati-portal/anonim-hatarozatok-tara).

Il-president tal-qorti li tat id-deċiżjoni għandu jippubblika d-deċiżjoni fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti fi żmien 30 jum mir-reġistrazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni.

Id-deskrizzjoni tad-deċiżjoni ppubblikata għandu jkollha l-isem tal-qorti u tas-suġġett ġuridiku, is-sena li fiha ngħatat, in-numru ta' referenza, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li fuqhom il-qorti tat id-deċiżjoni tagħha.

Bħala regola ġenerali, id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet ('deċiżjoni anonima'), u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri.

Il-preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/ Intestaturi

Ma hemmx intestaturi speċifiċi, għaliex il-magna tat-tiftix tagħti d-dejta kollha relevanti tar-riżultati. Fil-lista tar-riżultati, hemm numru ta' identifikazzjoni li jirreferi għad-dejta li huwa enfasizzat ukoll f'din il-lista (qorti, tip ta' proċedura).

(Ir-regoli dettaljati ta' kif għandhom jiġu indikati d-deċiżjonijiet ippubblikati fil-kollezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-qorti huma stabbiliti fid-Digriet Nru 29/2007 tal-31 ta' Mejju 2007 tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi).

Formati

Il-ġurisprudenza hija disponibbli fil-format .rtf.

Il-qrati kkonċernati

Il-Kurja u l-qrati reġjonali tal-appell iridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet fuq il-mertu kollha. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Il-qrati amministrattivi u industrijali jridu jippubblikaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu biss meta dawn jingħataw waqt proċeduri amministrattivi tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma tkunx soġġetta għal appell ordinarju.

Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu.

Sit elettroniku ċentrali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCourt.

Proċeduri ulterjuri

Il-Kurja

Qrati oħra

Hija disponibbli informazzjoni dwar

l-appelli?

Le

Le

  • dwar jekk il-każ għadux għaddej?

Le

Le

  • dwar l-eżitu tal-appelli?

Le

Le

  • dwar jekk id-deċiżjoni tistax tiġi appellata?

Iva

Iva

  • dwar proċeduri ulterjuri quddiem

qorti Ungeriża oħra (il-Qorti Kostituzzjonali...)?

quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le

Le

Le

Le

Le

Regoli dwar il-pubblikazzjoni

fuq livell nazzjonali?

pubblikazzjonijiet mill-qorti?

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

Iva

Il-Kurja

Qrati oħra

Il-ġurisprudenza kollha tiġi ppubblikata jew għażla minnha?

Il-ġurisprudenza kollha

Għażla minnha

Jekk issir għażla

liema kriterji japplikaw?

Il-ħames qrati tal-appell jippubblikaw id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu. Għandhom jiġu ppubblikati wkoll id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Barra minn hekk, il-presidenti tal-qrati jistgħu jiddeċiedu jekk jippubblikawx id-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-mertu.

Mill-1 ta' Lulju 2007.

Bażijiet tad-dejta legali

Isem u URL tal-bażi legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-qrati fl-Ungerija

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

Mill-1 ta' Lulju 2007 id-deċiżjonijiet kollha fuq il-mertu tal-Kurja (qabel l-1 ta' Jannar 2012 magħrufa bħala l-Qorti Suprema) u tal-ħames qrati reġjonali tal-appell, u mill-1 ta' Jannar 2012, id-deċiżjonijiet fuq il-mertu tal-qrati amministrattivi u industrijali (fejn deċiżjoni amministrattiva fl-appell kienet ingħatat waqt proċeduri tal-prim'istanza, u d-deċiżjoni tal-qorti ma kinitx soġġetta għal appell ordinarju).

Id-deċiżjonijiet kollha tal-qrati inferjuri marbuta b'mod dirett ma' dawn id-deċiżjonijiet.

Deċiżjonijiet oħra mogħtija mill-president tal-qorti.

Id-dejta personali tal-partijiet trid tiġi mħassra mid-deċiżjonijiet, u l-partijiet għandhom jiġu identifikati skont l-irwol tagħhom fil-proċeduri. Madanakollu, l-informazzjoni li ġejja ma għandhiex titħassar:

  • l-isem tal-korp li jaqdi funzjonijiet tal-istat jew tal-gvern lokali, jew funzjonijiet pubbliċi oħra kif stabbiliti bil-liġi u - sakemm mhux stabbilit xort'oħra bil-liġi - l-isem u l-kunjom jew l-ismijiet (magħrufa lkoll bħala 'l-isem') u l-pożizzjoni tal-persuna f'dik il-kariga, fejn il-persuna kkonċernata kienet involuta fil-proċedimenti minħabba il-kariga tagħha;
  • l-isem tal-avukat li qed jaġixxi bħala r-rappreżentant awtorizzat jew għad-difiża;
  • l-isem tal-persuna naturali li tilfet il-kawża bħala l-konvenut, kif ukoll l-isem u l-indirizz reġistrat tal-persuni ġuridiċi jew il-korpi mingħajr personalità ġuridika, jekk id-deċiżjoni ngħatat fi proċeduri li għalihom hemm dritt mogħti mil-liġi sabiex jitressqu talbiet ta' interess pubbliku;
  • l-isem u l-indirizz reġistrat tal-organizazzjoni jew fondazzjoni tan-negozju, kif ukoll l-isem tar-rappreżentant tagħhom;
  • dejta aċċessibbli minħabba interess pubbliku.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTiftixa fil-kollezzjoni tad-deċizjonijiet tal-qrati tal-Ungerija

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Malta

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza Maltija.

Ġurisprudenza

Struttura tad-deċiżjonijiet/Titoli

Għalkemm il-kelmiet prinċipali ma ssibhomx bħala titolu fil-ġurisprudenza, hemm funzjoni fl-applikazzjoni tas-sentenzi nazzjonali – parti mis-sistema ta’ Ġestjoni tal-Kawżi Legali (LECAM - Legal Case Management) li tintuża fil-Qrati tal-Ġustizzja – fejn ċerti sentenzi li jiġu kkunsidrati interessanti jiġu indiċjati. Pereżempju, sett ta’ kelmiet prinċipali flimkien ma’ sommarju tas-sentenza jkollhom link għal mar-rekord.

Għad-deċiżjonijiet kollha tal-qrati jintuża mudell speċifiku wieħed, li jinkludi l-istemma araldika nazzjonali, il-qorti, l-isem tal-ġudikant, id-data tas-seduta, in-numru ta’ referenza tal-kawża, il-partijiet involuti fil-kawża (A vs B) segwiti mit-test effettiv tas-sentenza tal-qorti. It-tipa, il-header u l-footer huma inklużi wkoll fil-mudell.

Formati

Il-ġurisprudenza hija disponibbli f’format PDF.

Proċedimenti ulterjuri

 

Qrati Superjuri

Qrati oħrajn

Hija disponibbli informazzjoni dwar:

  • appelli?

Iva

Iva

  • jekk kawża għadhiex pendenti?

Iva

Iva

  • ir-riżultati tal-appelli?

Iva

Iva

  • l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Iva

Iva

  • proċedimenti ulterjuri quddiem

 

- qorti interna oħra (il-Qorti Kostituzzjonali…)?

- il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?

- il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

 


Iva

Le

Le

  


Iva

Le

Le

 

Regoli tal-pubblikazzjoni

 

fuq il-livell nazzjonali?

fuq il-livell tal-qrati

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

Iva

Skont ir-regoli attwali, is-sentenza trid issir pubblika imma m’hemmx indikazzjoni b’liema mezz għandu jsir dan.

F’Malta tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa.

Fis-sentenzi tal-Qorti tal-Familja mhumiex inklużi ismijiet personali. Barra minn hekk, jekk l-imħallef jew il-maġistrat li jkun qed jippresedi xi qorti jordna li l-isem ta’ xi waħda mill-partijiet involuti jew akkużati ma jiġix ippubblikat, is-sentenza f’din il-kawża lanqas ma tinkludi ismijiet personali.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Olanda

Ġurisprudenza disponibbli f’sit web

Mid-9 ta’ Diċembru 1999, il-ġurisprudenza tal-qrati distrettwali (rechtbanken), tal-qrati tal-appelli (gerechtshoven), tal-Qorti Suprema tan-Netherlands (Hoge Raad der Nederlanden), tad-Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State), tat-Tribunal tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep) u tat-Tribunal tal-Appelli tal-Kummerċ u l-Industrija (College van Beroep voor het bedrijfsleven) ġiet ippubblikata online. Tista’ tfittex is-sentenzi fil-bażi tad-data tal-ġurisprudenza fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl permezz tat-test, in-numru tal-kawża, id-data tas-sentenza jew tal-pubblikazzjoni, l-awtorità ġudizzjarja, il-ġuriżdizzjoni jew is-sub-ġuriżdizzjoni, l-ECLI jew ir-referenza tal-pubblikazzjoni.

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli

It-titolu jissejjaħ “indikazzjoni tal-kontenut”, u jista’ jkun fih nota ewlenija (sentenza waħda), sommarju qasir jew twil, xi kliem prinċipali, paragrafu li jiġbor fil-qosor il-liġi li dwarha tkun qed issir il-kawża, jew ċitazzjoni litterali tal-aktar dictum importanti tad-deċiżjoni.

Eżempju ta’ titolu

Liġi applikabbli għall-kiri: rexissjoni ta’ kuntratt tal-kiri ta’ spazju għall-uffiċċji (Huurrecht; ontbinding van huurovereenkomst kantoorruimte (81 RO)).

Formati

Is-sentenzi jiġu ppubblikati fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl fil-format HTML. L-informazzjoni hija disponibbli wkoll fil-format RDF għall-utenti (mill-ġdid) professjonali.

Qrati kkonċernati

Is-sentenzi tal-qrati kollha jistgħu jinstabu fis-sit web permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFittex is-sentenzi. Dawn huma:

  • Il-Qorti Suprema tan-Netherlands
  • Id-Diviżjoni tal-Ġuriżdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat
  • It-Tribunal tal-Appelli Ċentrali
  • It-Tribunal tal-Appelli tal-Kummerċ u l-Industrija
  • Erba’ qrati tal-appell
  • Ħdax-il qorti distrettwali

Proċedimenti ulterjuri


Qrati superjuri

Qrati oħra

Hemm informazzjoni disponibbli:

– dwar appelli?

Iva

Iva

– dwar jekk kawża għadhiex pendenti?

Le

Le

– dwar ir-riżultat tal-appelli?

Iva

Iva

– dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Le

Le

– dwar proċedimenti ulterjuri quddiem:

– qorti nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali,...)?

– il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?

– il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Iva

Le

Le

Iva

Le

Le

Regoli tal-pubblikazzjoni

Il-qrati żviluppaw żewġ settijiet ta’ linji gwida dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. L-ewwel sett jittratta l-anonimizzazzjoni (it-tneħħija tad-dettalji personali), filwaqt li l-ieħor jittratta l-għażla.

Linji gwida dwar l-anonimizzazzjoni rechtspraak.nl

Il-linji gwida dwar l-anonimizzazzjoni jirrikjedu li s-sentenzi ppubblikati jiġu anonimizzati. Dan ifisser li s-sentenzi ma għandhomx jinkludu informazzjoni dwar kwalunkwe persuna li mhijiex involuta professjonalment f’kawża.

Dan is-sett ta’ linji gwida huwa bbażat fuq ir-rakkomandazzjoni R (95) 11 “dwar l-għażla, l-ipproċessar, il-preżentazzjoni u l-arkivjar tad-deċiżjonijiet tal-qorti f’sistemi għall-irkupru ta’ informazzjoni legali” tal-Kunsill tal-Ewropa: l-ogħla ġuriżdizzjonijiet jippubblikaw il-kawżi kollha, sakemm ma jkunux ta’ interess legali jew soċjetali b’mod ċar, filwaqt li qrati oħra jippubblikaw biss dawk il-kawżi li huma ta’ interess legali jew soċjetali b’mod ċar. Il-linji gwida Netherlandiżi jidħlu f’aktar dettall fir-rigward ta’ dawn il-kunċetti.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Awstrija

Din it-taqsima tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-ġurisprudenza Awstrijaka u l-bażijiet tad-data legali rilevanti.

Bażijiet tad-data tal-ġurisprudenza online

Is-sentenzi mogħtija mill-qrati Awstrijaċi jiġu ppubblikati fis-sistema ta’ informazzjoni legali tar-Repubblika tal-Awstrija u jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ris.bka.gv.at/. Is-sentenzi tal-qrati superjuri u tal-qrati amministrattivi jiġu ppubblikati sħaħ; dawk tal-qrati l-oħra jiġu ppubblikati biss f’xi każijiet individwali.

Is-sistema ta’ informazzjoni legali (Rechtsinformationssystem – RIS) hija bażi tad-data elettronika mħaddma mill-Kanċellerija Federali Awstrijaka. L-għan ewlieni tagħha huwa li tħabbar leġiżlazzjoni ppubblikata fil-gazzetta tal-liġi federali Awstrijaka (Bundesgesetzblatt) u li tipprovdi informazzjoni dwar il-liġi fir-Repubblika Federali tal-Awstrija.

Ir-RIS toffri aċċessibbiltà tajba għall-web (WAI-AA f’konformità ma’ WCAG 2.0).

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/tal-intestaturi

Qrati Supremi

Qrati oħra

Ġurisprudenza ppreżentata b’intestatura

Iva

Parzjalment

Eżempji ta’ intestatura/i:

Numru tas-serje RS0127077

Numru ta’ referenza 11 Os 87/11w

Data tas-sentenza 25.8.2011

Test tal-intestatura

Intestatura hija ġeneralment magħmula mill-elementi li ġejjin: numru tad-diviżjoni: 11, referenza tat-tip ta’ proċedura: Os, numru kurrenti: 87, u s-sena: 11. Imbagħad tiżdied id-data tas-sentenza: 25.8.2011.

Identifikatur Ewropew tal-Każistika (European Case Law identifier, ECLI)

L-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) jinstab taħt din l-intestatura. Dan huwa identifikatur uniku għas-sentenzi tal-Qorti fl-Istati Membri tal-UE.

Formati

Is-sentenzi huma disponibbli fil-formati li ġejjin: XML, RTF, PDF u HTML.

Qrati u istituzzjonijiet oħrajn ikkonċernati

Qrati Supremi

  • Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof)
  • Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)
  • Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtshof)

Qrati u istituzzjonijiet oħrajn

  • Qrati reġjonali għoljin (Oberlandesgerichte) u qrati oħrajn (kawżi ċivili u kriminali)
  • Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht)
  • Qrati Amministrattivi Reġjonali (Landesverwaltungsgerichte)
  • Qorti Federali tal-Finanzi (Bundesfinanzgericht, esterna)
  • Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzbehörde) (qabel l-2014: il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tad-Data (Datenschutzkommission))
  • Kummissjonijiet Dixxiplinarji (Disziplinarkommissionen), Kummissjoni Dixxiplinarja Suprema (Disziplinaroberkommission), Tribunal tal-Appelli (Berufungskommission)
  • Awtorità Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungsaufsichtsbehörde) (qabel l-2014: Kummissjoni Superviżorja għar-Rappreżentazzjoni tal-Impjegati (Personalvertretungs-Aufsichtskommission)
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2014
  • Kummissjonijiet għat-Trattament Indaqs (Gleichbehandlungskommissionen) mill-2008 (estern)
  • Tribunali Amministrattivi Indipendenti (unabhängige Verwaltungssenate) – għażla ta’ deċiżjonijiet mill-1991 sal-2013, imbagħad il-Qrati Amministrattivi Reġjonali
  • Dokumentazzjoni finanzjarja, it-Tribunal Indipendenti tal-Finanzi (unabhängiger Finanzsenat) (estern; deċiżjonijiet sal-2013, imbagħad il-Qorti Federali tal-Finanzi)
  • Tribunal għall-Ażil Federali Indipendenti (unabhängiger Bundesasylsenat) (għażla ta’ deċiżjonijiet mill-1998 sal-2008)
  • Tribunal tal-Ażil (Asylgerichtshof) (sentenzi minn Lulju 2008 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Tribunal tal-Ambjent (Umweltsenat) (għażla ta’ deċiżjonijiet mill-1994 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Il-Bord tal-Komunikazzjonijiet Federali (Bundeskommunikationsenat) (għażla ta’ deċiżjonijiet mill-2001 sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)
  • Awtoritajiet għar-Rieżami tal-Akkwist Pubbliku (għażla ta’ deċiżjonijiet sal-2013, imbagħad il-Qorti Amministrattiva Federali)

Nota: Mhux ir-risposti kollha ta’ hawn isfel japplikaw għall-qrati u t-tribunali ta’ hawn fuq

Proċedimenti ulterjuri

Qrati Supremi

Qrati oħra

Teżisti informazzjoni dwar:

  • appelli?

Le

Le

  • jekk kawża għadhiex pendenti?

Le

Le

  • l-eżitu tal-appelli?

Le

Iva, dment li d-deċiżjonijiet tal-qrati superjuri jiġu ppubblikati

  • l-irrevokabbiltà tas-sentenza?

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

Sentenzi irrevokabbli biss jiġu ppubblikati.

  • Proċedimenti ulterjuri quddiem:
  • qorti nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)?
  • il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?
  • il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?
  • Sommarji speċjali tas-sentenzi tal-Qorti Suprema jindikaw li hemm proċedimenti pendenti quddiem Qorti suprema nazzjonali jew internazzjonali oħra.

Iva

Iva

Iva

Le

Le

Le

Regoli tal-Pubblikazzjoni

Fuq livell nazzjonali?

Fuq livell tal-qrati?

Jeżistu regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tas-sentenzi?

Iva

Iva

L-Artikoli 15 u 15a tal-Att dwar il-Qorti Suprema (l-Att OGH), l-Artikolu 48a tal-Att dwar l-Organizzazzjoni Ġudizzjarja (GOG), l-Artikolu 23 tal-Att dwar il-Qorti Federali tal-Finanzi (BFGG), l-Artikolu 20 l-Att dwar il-Qorti Amministrattiva Federali (BVwGG)

Qrati Supremi

Qrati oħra

Is-sentenzi kollha jiġu ppubblikati jew uħud minnhom biss?

Bi ftit eċċezzjonijiet

Għażla żgħira biss fil-qasam tal-qrati ordinarji; b’mod estensiv fil-każ tal-qrati amministrattivi

Jekk issir għażla, liema kriterji jiġu applikati?

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Sentenzi tal-Qorti Suprema li jiċħdu appell mingħajr motivazzjoni sostantiva ma jiġux ippubblikati.

Is-sentenzi jiġu ppubblikati sħaħ flimkien ma’ sommarju.

Is-sentenzi ta’ qrati oħrajn jiġu ppubblikati jekk is-sinifikat tagħhom jmur lil hinn minn dak tal-kawża individwali.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - Polonja

Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Ġurisprudenza ppreżentata bit-titoli

  • Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny)
  • Qorti Suprema Amministrattiva (Naczelny Sąd Administracyjny)
  • Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) (is-sentenzi ta' erba' awli) :
    • Awla tad-Dritt Kriminali,
    • Awla tad-Dritt Ċivili,
    • Awla tad-Dritt tax-Xogħol, tas-Sigurtà Soċjali u tal-Affarijiet Pubbliċi
    • Awla Militari

Le


Eżempju ta’ titolu/i

Tribunal Kostituzzjonali – Għotja tal-Komunità fl-attivitajiet ta’ skola tat-trabi mhux pubblika.

Spjegazzjoni

Id-deċiżjoni tal-2008-12-18, numru K 19/07

Tip ta’ deċiżjoni (sentenza/deċiżjoni/...), data u numru ta’ riferenza tal-fajl tal-każ.

Għotja tal-Komunità fl-attivitajiet ta’ skola tat-trabi mhux pubblika.

Titolu

Z.U. 2008 / 10A / 182

Pubblikat fil-kollezzjoni uffiċjali tal-ġurisdizzjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali, maħruġa mill-Uffiċċju tat-Tribunal

Dz. U. 2008.235.1618 ta’ 2008-12-30

Pubblikat fl-ġurnal uffiċjali

Links għas-sentenza f’formati MS WORD u PDF


Qorti Amministrattiva Suprema

2009-04-07

Is-sentenza hija irrevokabbli

Data tal-irċevuta

2007-09-10

Isem tal-qorti

Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny)

Ismijiet tal-imħallfin

Janusz Zubrzycki

Marek Kołaczek

Tomasz Kolanowski

Simbolu b’deskrizzjoni:

6110 VAT

Kliem prinċipali:

Proċedura ta’ taxxa

VAT

Każijiet oħrajn relatati:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaI SA/Lu 454/05 - Wyrok WSA w Lublinie z 2007-05-09
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaI FZ 201/06 - Postanowienie NSA z 2006-07-17

Kontra:

Direttur tal-Kamra Fiskali

Kontenut

Is-sentenza appellata ġiet imħassra, u l-każ ġie ttrasferit lill-qorti amministrattiva tad-distrett għall-eżaminazzjoni mill-ġdid

Referenza għal-liġi:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDz.U. 2005 nr 8 poz 60 art. 70 par. 1, art. 108 par. 2 pkt 2 lit a, art. 116 par. 1, art. 118 par. 1, art. 127, art. 151, art. 152, art. 187, art. 188, art. 191
Att tad-29 ta’ Awissu 1997 dwar il-proċedura tat-taxxa (ustawa z dnia 29 sierpnia 1997 r. Ordynacja podatkowa)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDz.U. 2002 nr 153 poz 1270 art. 141 par. 4, art. 145 par. 1 pkt 1 lit. a, art. 151
Att tat-30 ta' Awissu 2002 dwar il-proċedura tal-qrati amministrattivi (ustawa z dnia 30 sierpnia 2002 r. Prawo o postępowaniu przed sądami administracyjnymi)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDz.U. 1934 nr 93 poz 836 art. 1, art. 2, art. 4, art. 20.
Regolament tal-President tar-Repubblika tal-Polonja tal-24 ta’ Ottubru 1934 dwar il-l-għamla ta’ proċediment (rozporządzenie Prezydenta Rzeczypospolitej z dnia 24 października 1934 r. Prawo o postępowaniu układowem). Proċidement tal-Liġi dwar l-Irkupru tal-Kumpaniji


Formati

  • Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) – DOC, PDF
  • Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny) – HTML
  • Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) – PDF
  • Qorti Amministrattiva Suprema – HTML

Proċedimenti ulterjuri

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Hemm informazzjoni disponibbli dwar l-appell?

Iva, minn tribunal kostituzzjonali.

Is-sentenzi kollha tal-qorti suprema huma riżultat ta’ appell.

Dejta mhux disponibbli

– Il-każ għadu pendenti?

Iva, fit- tribunal kostituzzjonali.

L-appell quddiem il-Qorti Suprema jsir skont il-kontenut tas-sentenza.

Dejta mhux disponibbli

Ir-riżultat tal-appelli?

Iva

Dejta mhux disponibbli

– Id-deċiżjoni hija irrevokabbli?

Iva, fit- tribunal kostituzzjonali

Iva, fejn il-każ tressaq quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema

Issir deċiżjoni skont il-kontenut tas-sentenza.

Dejta mhux disponibbli

Kien hemm proċedimenti qabel quddiem qorti interna oħra:

Qorti kostituzzjonali?

Qorti esterna:

Qorti tal-Ġustizzja Ewropea?

Qorti tad-Drittijiet Umani?

Le

Dejta mhux disponibbli


Hemm qrati amministrattivi provinċjali (l-ewwel istanza) kif ukoll il-Qorti Amministrattiva Suprema (tieni istanza) li għalihom is-sentenzi huma disponibbli fuq is-sit elettroniku. Hemm ukoll link bejn is-sentenzi rilevanti.

Regoli tal-pubblikazzjoni

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fil-Polonja. Japplikaw għal dawn:

  • It-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny),  li għalih tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa
  • Il-Qorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny), li għaliha tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa
  • Il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy), li għaliha tiġi ppubblikata biss għażla mill-ġurisprudenza,

Ir-responsabbiltajiet tal-pubblikazzjoni tal-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy)  huma stabbiliti fl-Artikolu 7 tal-Att dwar il-Qorti Suprema (23 ta’ Novembru 2002) ) (ustawa z dnia 23 listopada 2002 r. o Sądzie Najwyższym).  Skont il-ktieb ta’ istruzzjonijiet tal-Qorti Suprema, il-korrispondent tal-istampa u l-assistenti tal-imħallef huma inkarigati mis-servizz tal-pubblikazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza tat-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny)  hija prevista fl-Artikolu 190 tal-Kostituzzjoni Pollakka.

Verżjoni sħiħa ta’ sentenza tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku malli l-imħallfin ikunu ffirmaw il-ġustifikazzjoni

L-Artikolu 42 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati Amministrattivi (Prawo o ustroju sądów administracyjnych) jimponi wkoll l-obbligu tal-pubblikazzjoni fuq il-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema Prezes (Naczelnego Sądu Administracyjnego). Regoli aktar dettaljati huma speċifikati mill-Ordinanza tal-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema, li jipprovdi għall-istabbiliment ta’ bażi tad-dejta ċentrali ta’ sentenzi u ta’ informazzjoni dwar każijiet tal-qorti amministrattiva, u dwar l-għoti ta’ aċċess għal dawn is-sentenzi fuq is-sit elettroniku.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Portugall

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-ġurisprudenza Portugiża.

Fil-Portugall, id-dritt għall-informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja huwa dritt fundamentali taċ-ċittadini previst espressament fl-Artikolu 20(2) tal-Kostituzzjoni tal-Portugall u implimentat mil-Liġi Nru 34/2004 tad-29 ta’ Lulju 2004, fil-verżjoni attwali tagħha, li tistabbilixxi r-regoli għall-aċċess għall-ġustizzja u għall-qrati.

Skont l-Artikolu 4 ta’ din il-liġi, huwa d-dmir tal-gvern li jieħu passi biex jgħarraf bil-liġi u bis-sistema ġuridika, u l-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli biex jipprovdi informazzjoni legali, permezz ta’ pubblikazzjonijiet jew kwalunkwe forma oħra ta’ komunikazzjoni, bil-ħsieb li jiżgura l-eżerċizzju aħjar tad-drittijiet u t-twettiq tal-obbligi stabbiliti fil-liġi.

Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa prinċipju internazzjonali stabbilit kemm fl-Artikolu 10 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dan il-prinċipju huwa stabbilit l-ewwel nett fl-Artikolu 206 tal-Kostituzzjoni (ukoll marbut ma’ seduti ta’ smigħ fil-qorti) u fid-diversi liġijiet li jirregolaw ġuriżdizzjonijiet differenti, prinċipalment:

  • l-Artikoli 163 u 606 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Civili
  • l-Artikoli 86(1), 87 u 321(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali
  • l-Artikoli 3 u 115 tal-Liġi li tirregola l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-proċedura tal-Qorti Kostituzzjonali
  • l-Artikolu 30 tal-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jamministra għadd ta’ bażijiet tad-data ta’ dokumenti legali li jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgsi.pt/. Huma ppubblikati wkoll fil-Gazzetta Uffiċjali u huma disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://dre.pt/:

  • Deċiżjonijiet u dikjarazzjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali dwar l-antikostituzzjonalità jew l-illegalità ta’ liġi jew dwar l-antikostituzzjonalità ta’ ommissjoni;
  • Deċiżjonijiet li jistandardizzaw il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri u sentenzi tal-Qorti Amministrattiva Suprema li l-liġi tagħtihom saħħa vinkolanti ġenerali;
  • Deċiżjonijiet ta’ qrati oħra li ġeneralment huwa vinkolanti

Preżentazzjoni ta’ deċiżjonijiet/intestaturi

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgsi.pt/ jipprovdi aċċess għal sett ta’ bażijiet tad-data ta’ preċedenti u għal-libreriji ta’ referenza biblijografiċi tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Meta żżur xi waħda minn dawn il-bażijiet tad-data tista’ tara l-aktar dokumenti riċenti mdaħħla u bar tan-navigazzjoni jipprovdi aċċess għad-diversi tipi ta’ tiftix permessi (tiftix b’xejn skont it-terminu, skont il-qasam u skont id-deskrittur).

Kemm il-viżwalizzazzjoni tad-dħul kif ukoll id-dehra tar-riżultati jipprovdu dokumenti skont l-intestaturi, bl-informazzjoni li ġejja:

  • Numru tal-każ
  • Data tas-seduta ta’ smigħ
  • Relatur
  • Deskrittur

Eżempju ta’ intestatura/i

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjonijiet tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja

SEDUTA TA’ SMIGĦ

KAŻ

RELATUR

DESKRITTUR

25.3.2009

08S2592

BRAVO SERRA

TERMINAZZJONI TAL-KUNTRATT TA’ IMPJIEG

Formati

It-test sħiħ tas-sentenza huwa disponibbli (soġġett għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali) f’format html.

Qrati kkonċernati

Il-bażijiet tad-data disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgsi.pt/ fihom ġurisprudenza mill-qrati/entitajiet li ġejjin:

  • Il-Qorti Suprema
  • Il-Qrati tal-Appell (Coimbra, Évora, Lisbona, Porto u Guimarães)
  • Il-Qorti Kostituzzjonali
  • Il-Qorti Amministrattiva Suprema
  • Il-Qrati Ċentrali Amministrattivi (Tramuntana u Nofsinhar)
  • Il-Qorti għall-Kunflitti tal-Ġuriżdizzjoni
  • L-Opinjonijiet tal-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku
  • Il-Kummissarji tal-Ġustizzja

Każijiet oħra

Fil-Portugall, tista’ ssib informazzjoni għal numru ta’ każijiet, kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt.

L-informazzjoni hija disponibbli fuq:

Il-Qrati Suprema

Qrati l-oħra

Appelli?

Iva

Iva

Jekk każ ikun pendenti?

Le

Le

Ir-riżultat tal-appelli?

Iva

Iva

L-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Le

Le

Każijiet oħra

- quddiem qorti Portugiża oħra (Qorti Kostituzzjonali....)?

- quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

- quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Regoli tal-pubblikazzjoni

Fuq livell nazzjonali, ma hemmx regoli vinkolanti dwar il-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza. Madankollu, hemm regoli vinkolanti fil-Portugall dwar il-pubblikazzjoni mill-qrati.

Fil-Portugall, tiġi ppubblikata biss selezzjoni ta’ ġurisprudenza. Il-kriterji tas-selezzjoni applikati huma importanti u rilevanti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-bażijiet tad-data ta’ dokumenti legali

L-aħħar aġġornament: 03/02/2025

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna ir-Rumen ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - Rumanija

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza Rumena.

Każistika disponibbli onlajn

Il-każistika tar-Rumanija hija disponibbli fuq il-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema (il-Qorti Suprema ta-Kassazzjoni u l-Ġustizzja).

Preżentazzjoni ta’ sentenzi / Intestaturi

Fis-sit elettroniku tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja jiġu ppubblikati żewġ tipi ta’ deċiżjonijiet:

1. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSommarji tas-sentenzi, u l-intestaturi tagħhom. Il-mudell (template) fih l-informazzjoni li ġejja:

  • kelmiet ewlenin;
  • sommarju ta’ oqsma legali;
  • indiċi alfabetiku;
  • għal-leġislazzjoni applikata fis-sentenza (numru u s-sena tal-att, artikoli);
  • transunt tas-sentenza (id-dejta personali ma tkunx disponibbli, l-ismijiet u d-dettalji personali tal-partijiet ma jintwerewx u l-ismijiet tal-imħallfin ma jkunux imsemmija).

2. Sentenzi anonimizzati mingħajr intestaturi (differenti minn sommarji tas-sentenzi). L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainterfaċċja tat-tiftix tippermetti tiftixiet bl-użu ta' seba' kriterji differenti:

  • kelmiet ewlenin individwali;
  • espressjoni;
  • sezzjoni;
  • numru tas-sentenza;
  • sena tas-sentenza;
  • numru tal-kawża;
  • sena tal-kawża;

Intestaturi fis-sezzjoni ċivili

Hawn taħt huwa eżempju ta’ intestatura mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSezzjoni Ċivili:

  • L-irtirar ta’ drittijiet tat-trademarks. Il-kalkolu tal-perjodu ta’ ħames snin ta’ nuqqas ta’ użu tat-trademark. Oġġezzjoni rigward il-karattru prematur ta’ din l-azzjoni.
  • Werrej skont iż-żona: Liġi Ċivili. Liġi dwar il-proprjetà intelletwali. Trademarks.
  • Indiċi alfabetiku; L-irtirar ta’ drittijiet tat-trademarks.
  • Il-limitu ta’ żmien għall-irtirar.
  • Irtirar prematur.
  • Att Nru 84/1998: Artikolu 45(1)(a).

Intestaturi fis-sezzjoni kriminali

Hawn taħt hija intestatura mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSezzjoni kriminali:

  • Ġurisdizzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja. Ġurisdizzjoni bbażata fuq l-istatus tal-persuna. Ġurisdizzjoni f’każ ta’ bidla fi status tal-konvenut.
  • Werrej skont iż-żona: Liġi kriminali proċedurali. Parti Ġenerali. Ġurisdizzjoni. Ġurisdizzjoni bbażata fuq il-każ in kwistjoni u l-istatus tal-persuna
  • Indiċi alfabetiku; Liġi kriminali proċedurali.
  • Ġurisdizzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.
  • Ġurisdizzjoni f’każ ta’ bidla fi status tal-konvenut.
  • Kodiċi ta’ proċedura kriminali, l-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 40.

Intestaturi tal-Portal tal-Qorti

Hawn taħt hija intestatura mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qortitar-Rumanija:

  • Titolu: Detenzjoni proviżorja. Terminazzjoni legali tad-detenzjoni proviżorja tal-konvenut.
  • Tip ta' kawża: Sentenza
  • Numru tal-kawża: 55
  • Data tal-kawża: 1/7/2004
  • Il-qasam relatat: Proċedura Kriminali u Ċivili (appelli, ġurisdizzjoni, eċċ.)
  • Istituzzjoni (qorti speċifika): Alba Iulia Qorti tal-Appell — Sezzjoni kriminali

Formati

Id-dokumenti pprovduti mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u tal-qrati l-oħra huma disponibbli f’format html.

Qrati kkonċernati

Il-qrati kkonċernati jinkludu l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja u qrati ordinarji.

Proċeduri sussegwenti


Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Hemm informazzjoni disponibbli fir-rigward ta': appelli?

-

Iva

każijiet pendenti?

-

Iva

riżultati ta’ appelli?

-

Tirrikjedi indirettament tiftixa għall-kawża fejn jiġi speċifikat it-tip ta’ stadju tal-ġuri bħala ‘appell'.

il-karattru irrevokabbli ta’ sentenza?

Hemm informazzjoni disponibbli fir-rigward ta': il-karattru irrevokabbli tas-sentenzi tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja?

Iva

Proċeduri sussegwenti qabel:

qrati nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali, eċċ.)?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

il-Qorti tad-Drittijet tal-Bniedem?

-

Iva

Fil-każ tal-qrati ordinarji, heminf ormazzjoni disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPortal tal-Qorti, li jirreferi għall-kawżi (fajls): stadju proċedurali (sostantiv, appell, eċċ.), partijiet, smigħ, appelli mressqa u rikorsi ppubblikati (din hi funzjonalità ġdida). Kawża tista’ tiġi aċċessata bl-użu ta’ magna tat-tiftix ġenerali fuq il-Portal tal-Qorti (din hija funzjonalità ġdida). Is-sommarji tas-sentenzi ppubblikati jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-karattru irrevokabbli tas-sentenzi u sussegwentement proċedimenti quddiem qrati nazzjonali oħra (Qorti Kostituzzjonali).

Regoli tal-pubblikazzjoni

Il-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja

Minħabba s-sinifikat u n-natura speċifika tal-kawżi u s-sentenzi korrispondenti, se tiġi ppubblikata biss għażla mill-każistika tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja.

Il-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja huma aġġornati fuq bażi ta’ kull xahar u huma disponibbli mill-2002 ’il quddiem.

Qrati Rumeni oħrajn

Fil-każ ta’ qrati Rumeni oħrajn, se tiġi ppubblikata biss għażla ta’ sentenzi, li tiddependi fuq is-sinifikat u n-natura unika tal-kawżi kkonċernati. L-għażla ssir f’kull qorti individwali.

Il-pubblikazzjonijiet tal-qrati Rumeni l-oħra jiġu aġġornati fuq bażi ta' kull xahar u huma disponibbli mill-2004 'il quddiem.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: is-Sloven diġà ġew tradotti.

Każistika nazzjonali - Slovenja

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar il-ġurisprudenza tas-Slovenja.

Ġurisprudenza disponibbli onlajn

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Punti ewlenin

It-test sħiħ tas-sentenzi magħżula tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja, tal-erba’ qrati superjuri kollha ta’ kompetenza ġenerali, il-Qorti Superjuri tax-Xogħol u Soċjali u l-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja huma disponibbli bla ħlas fuq il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-ġudikatura Slovena. L-ismijiet tal-partijiet ma jintwerewx peress li s-sentenzi jiġu riveduti qabel ma jiġu ppubblikati. Barra t-test oriġinali u l-kliem ewlieni, ikun hemm ukoll informazzjoni dettaljata dwar il-bażi legali tad-deċiżjoni kif ukoll sommarju dwar is-sentenza. Il-kliem ewlieni jgħin lill-utent sabiex jidentifika l-kunċetti ġuridiċi applikabbli u l-qasam tal-liġi li għalih tkun relatata s-sentenza. Is-sommarju fih il-punti ewlenin tal-bażi għas-sentenza tal-Qorti f’madwar 10 sa 100 kelma.

Għażla tal-aktar deċiżjonijiet importanti tal-Qorti Suprema huma disponibbli wkoll bl-Ingliż fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeċiżjonijiet Ewlenin tal-Qorti Suprema.

Sentenzi relatati ma’ kumpens finanzjarju għal dannu mhux materjali (mhux pekunjarju), li jkun ingħata f’każ ċivili, huma disponibbli wkoll permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamagna ta' tiftix speċjali li tgħin lill-utent sabiex ifittex ġurisprudenza simili skont it-tip ta’ dannu u d-data.

Hemm verżjoni pilota ġdida tal-magna ta’ tiftix tal-ġurisprudenza aġġornata fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.sodnapraksa.si/.

Wara t-8 ta’ Frar 2013 din se tkun disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sodnapraksa.si/.

Id-deċiżjonijiet ippubblikati kollha tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja huma disponibbli fuq il-websajt tagħha. L-opinjonijiet ta’ maġġoranza kif ukoll dawk separati (li ma jaqblux u li jaqblu) jiġu ppreżentati b’mod sħiħ u bla ħlas, flimkien mal-kliem ewlieni, l-informazzjoni dettaljata dwar il-bażi legali tad-deċiżjoni, u sommarju. Deċiżjonijiet importanti magħżula jiġu tradotti bl-Ingliż. Id-deċiżjonijiet kollha ta’ maġġoranza importanti tal-Qorti Kostituzzjonali (apparti l-opinjonijiet separati) huma disponibbli wkoll bis-Sloven fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja.

Eżempju ta’ punti ewlenin

Eżempju 1: Deċiżjoni tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja

(traduzzjoni mit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatest Sloven)

Dokument Nru. VS1011121

Numru ta’ referenza: Deċiżjoni I Up 44/2009

Bord: Liġi amministrattiva

Data tas-sessjoni: 12 ta' Marzu 2009

Qasam: LIĠI DWAR IL-VIŻA, L-AŻIL U L-IMMIGRAZZJONI – (Att dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali – ZUP)

Kunċetti ġuridiċi: ażil – smigħ – protezzjoni internazzjonali – applikazzjoni ripetuta – persuna minorenni li qed tfittex ażil – kapaċità proċedurali ta’ minorenni

Bażi ġuridika: Att dwar il-Protezzjoni Internazzjonali (ZMZ): l-Artikoli 42, 42/2, 42/3, 56, 119; Att dwar il-Proċedura Amministrattiva Ġenerali (ZUP): l-Artikoli 46, 237, 237/1-3; Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet tal-Familja (ZZZDR): l-Artikoli 107, 108; Att dwar il-Proċedura Ċivili (ZPP): l-Artikolu 409; Att dwar Każijiet Amministrattivi (ZUS-1): l-Artikoli 27, 27/3, 64, 64/1-3, 77.

Sommarju: Tifel jw tifla taħt l-età ta’ 15-il sena ma għandux/għandiex kapaċità ġuridika, għaldaqstant l-awtorità amministrattiva ma kisritx ir-regoli proċedurali meta din ċaħditlu/ċaħditilha l-opportunità li jagħmel dikjarazzjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li fornew il-bażi għad-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva.

EŻEMPJU 2: Deċiżjoni tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru. ta’ referenza: U-I-425/06

(disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż)

Nota: Il-verżjoni bl-Ingliż tad-dokument ippubblikat ġieli tħalli barra ċerta dejta li tingħata fil-verżjoni Slovena, iżda għallinqas dejjem jinżamm is-sommarju tas-sentenza.

Att legali: Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Sħubiji Ċivili bejn Koppji tal-Istess Sess (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru. 65/05) (ZRIPS), l-Artikolu 22.

Dispożizzjonijiet operattivi: L-Artikolu 22 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Sħubiji Ċivili bejn Koppji tal-Istess Sess (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja, Nru. 65/05) mhuwiex kostituzzjonali. L-Assemblea Nazzjonali trid tirrimedja din l-inkonsistenza fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja.

Sakemm tiġi rimedjata d-dispożizzjoni mhux kostituzzjonali, l-istess regoli jibqgħu japplikaw għall-wirt bejn l-imsieħba fi sħubiji reġistrati bejn persuni tal-istess sess kif japplikaw għall-wirt bejn koppji miżżewġin skont l-Att dwar il-Wirt (Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Soċjalista tas-Slovenja, Nri. 15/76 u 23/78 u l-Gazzetta Uffiċjali tar-Republika tas-Slovenja, Nru. 67/01).

Sommarju: Fir-rigward tad-dritt għall-wirt wara l-mewt tas-sieħeb, l-istat tal-imsieħba fi sħubiji reġistrati tal-istess sess (l-Artikolu 22 tal-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Sħubiji bejn Koppji tal-Istess Sess), huwa, fl-aspetti fattwali u legali essenzjali tiegħu, komparabbli mal-istat tal-miżżewġin. Id-differenzi fir-regolament tal-wirt bejn koppji miżżewġin u bejn imsieħba fi sħubiji reġistrati tal-istess sess mhumiex ibbażati fuq ċirkostanzi distinti, oġġettivi u mhux personali, iżda fuq orjentazzjoni sesswali. L-orjentazzjoni sesswali hija waħda miċ-ċirkostanzi personali stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tal-Kostituzzjoni. Minħabba l-fatt li ma tista’ tinstab l-ebda raġuni ammissibbli kostituzzjonalment għal dan id-differenzjar, ir-regolament ikkontestat mhuwiex konsistenti mal-Artikolu 14(1) tal-Kostituzzjoni.

Deskritturi: 1.5.51.1.15.1 – Ġustizzja Kostituzzjonali – Deċiżjonijiet – Tipi ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali – Proċeduri ta’ reviżjoni teoretika – Issib li regolament mhuwiex konformi mal-Kostituzzjoni. 1.5.51.1.16 – Ġustizzja Kostituzzjonali – Deċiżjonijiet – Tipi ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali – Proċeduri ta’ reviżjoni teoretika – Talba lil-leġiżlatur sabiex jarmonizza regolament mal-Kostituzzjoni/liġi. 5.2.2.1 – Drittijiet Fundamentali – Ugwaljanza (14.2) – Kriterji ta’ distinzjoni (14.1) - Sess.

Bażi legali: Kostituzzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja (URS): l-Artikoli 14.1, 14.2; Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (EKČP): l-Artikolu 14; Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (ZustS): l-Artikoli 40.2, 48.

Formati

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaġurisprudenza tal-Qorti Suprema u l-qrati ġenerali l-oħra u dawk speċjalizzati hija disponibbli f’format HTML. Il-ġurisprudenza tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Sovenja hija dejjem disponibbli f’format HTML u ġieli wkoll f’format PDF.

Proċedimenti ulterjuri

L-informazzjoni disponibbli dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasentenzi ma tinkludix jekk każ ikunx għadu pendenti, jekk deċiżjoni tkunx waħda irrevokabbli, u jekk hux se jkun hemm proċedimenti ulterjuri.

Il-websajt tal-Qorti Kostituzzjonali, min-naħa l-oħra, toffri informazzjoni bażika dwar kawżi pendenti, bħan-numri ta’ referenza u d-data ta’ applikazzjoni. Kull ġimgħa titpoġġa wkoll aġenda separata għal kull ġimgħa – li telenka l-każijiet li jkunu se jinstemgħu waqt is-sessjoni plenarja regolari ta’ nhar ta’ Ħamis.

Regoli tal-pubblikazzjoni

Il-qrati jagħżlu l-ġurisdprudenza rilevanti li se tiġi ppubblikata. Il-kriterju ewlieni huwa l-livell ta’ importanza tal-każ għall-iżvilupp tal-ġurisprudenza tal-qrati inferjuri. Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet li huma ta’ interess għall-midja ġenerali normalment jiġu ppubblikati flimkien ma’ komunikazzjoni għall-istampa.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaġurisprudenza

L-aħħar aġġornament: 05/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - Slovakkja

F’din il-paġna ssib informazzjoni dwar il-każistika tas-Slovakkja.

Każistika disponibbli onlajn

Każistika tal-qrati ordinarji

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-każistika tal-qrati kollha fis-sistema ġudizzjarja Slovakka hija disponibbli, bis-Slovakk, mill-bażi tad-dejta legali onlajn JASPI.

Każistika tal-Qorti Suprema

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli, bis-Slovakk, fuq il-websajt tal-Qorti Suprema.

Formati

Il-każistika tal-qrati ordinarji hija disponibbli fil-format html, filwaqt li l-każistika tal-Qorti Suprema hija disponibbli fil-format pdf.

Proċeduri oħrajn

Hemm informazzjoni disponibbli dwar:

  • ir-riżultati tal-appelli
  • l-irrevokabilità tad-deċiżjoni

Regoli tal-pubblikazzjoni

Is-sentenzi tal-qrati fis-Slovakkja m'għandomx saħħa legali vinkolanti ġenerali. Mhumiex għajn tal-liġi. Madankollu, is-sentenzi tal-qrati jsegwu s-sentenzi tal-Qorti Suprema Slovakka, li huma għajn ta’ liġi de facto.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Finlandja

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-ġurisprudenza tal-Finlandja.

Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet/Titoli

Għall-Qrati Supremi u għall-parti l-kbira tal-qrati l-oħra, il-kelmiet prinċipali u t-titolu jintwerew flimkien mad-dati u man-numru ta’ reġistrazzjoni.

Eżempju ta’ titolu/i

Il-Qorti Suprema Finlandiża

kelma prinċipali

Kuntratt ta’ impjieg – Trasferiment ta’ impriża – Liġi tal-UE – Impatt tal-intepretazzjoni tad-direttiva

Numru ta’ reġistrazzjoni: S2006/340

Data tal-preżentata: 29.1.2009

Data tas-sentenza: 23.4.2009

Proċess: 835

sommarju fil-qosor

Il-kawża tikkonċerna d-dritt ta’ impjegat li rriżenja waqt it-trasferiment ta’ intrapriża sabiex jirċievi kumpens mingħand l-akkwirent tal-intrapriża, fuq il-bażi tas-Sezzjoni 6 tal-Kapitolu 7 tal-Att dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, fejn jiġi kkunsidrat l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE.

leġiżlazzjoni

Att 55/2001 dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, Kapitolu 7, Sezzjoni 6

Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet [tal]-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet [tal]-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, Artikolu 4(2)


It-tabella t’hawn fuq turi l-informazzjoni disponibbli dwar is-sentenzi tal-Qorti Suprema. Is-sezzjoni tal-kelmiet prinċipali tinkludi l-kelmiet prinċipali u d-data tas-sentenza; is-sommarju fil-qosor jiddeskrivi l-kontenut prinċipali tas-sentenza, u r-referenzi għal-leġiżlazzjoni jinkludu informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE rilevanti.

Formati

Il-ġurisprudenza fil-Finlandja hija disponibbli f’format HTML.

Proċedimenti ulterjuri

Hija disponibbli informazzjoni dwar proċedimenti ulterjuri fil-qrati li ġejjin:

  • Informazzjoni ġenerali dwar l-appelli hija disponibbli mill-Qorti Suprema u minn qrati oħrajn
  • Informazzjoni dwar kawżi pendenti hija disponibbli kemm mill-Qorti Suprema kif ukoll minn qrati oħrajn
  • Ir-riżultati tal-appelli huma disponibbli mill-Qorti Suprema u minn qrati oħrajn
  • Informazzjoni dwar l-irrevokabbiltà ta’ deċiżjoni hija disponibbli mill-Qorti Suprema u minn qrati oħrajn
  • Informazzjoni quddiem qorti oħra (bħall-Qorti Kostituzzjonali) mhix disponibbli mill-Qorti Suprema jew minn qrati oħrajn
  • Informazzjoni dwar proċedimenti ulterjuri quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja hija disponibbli mill-Qorti Suprema imma mhux minn qrati oħrajn.

Regoli tal-pubblikazzjoni

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza fuq il-livell nazzjonali u fuq il-livell tal-qrati.

Il-Qorti Suprema u qrati speċjali jippubblikaw ġurisprudenza sħiħa, filwaqt li fi qrati oħrajn, tiġi ppubblikata biss għażla mill-ġurisprudenza, jiddependi mill-importanza tal-kawża, mill-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida jew ta’ emendi għal-leġiżlazzjoni eżistenti, u mill-ħtieġa li jkun hemm armonizzazzjoni fl-implimentazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Każistika nazzjonali - Svezja

Din il-paġna tipprovdik b’deskrizzoni qasira tal-ġurisprudenza tal-Iżvezja, kif ukoll deskrizzjoni tal-bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti.

Ġurisprudenza disponibbli fuq sit elettroniku

Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Ġurisprudenza ppreżentata bit-titoli

Iva

Iva


It-titoli huma fil-forma ta’ sentenza, jew ftit sentenzi, li tiddeskrivi / jiddeskrivu l-qofol tal-każ.

Eżempju ta’ titolu/i

“Kwistjoni dwar ix-xerrejja ta’ radd ta’ proprjetà; żbalji fil-proprjetà f’terminu raġonevoli wara li jkunu nnutaw jew li kellhom jinnutaw l-iżball.”

Formati

Il-ġurisprudenza hija disponibbli f’format HTML.

Proċedimenti ulterjuri

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Hemm informazzjoni disponibbli

Dwar l-appelli?

Le

Le

Dwar jekk każ għadux pendenti?

Le

Le

Dwar ir-riżultat tal-appelli?

Le

Le

Dwar l-irrevokabbiltà tad-deċiżjoni?

Le

Le

Dwar proċedimenti ulterjuri quddiem

   Qorti oħra interna (Qorti Kostituzzjonali…)?

    Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja?

    Il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Le

Le


Is-sistema fiha biss sentenzi li għandhom saħħa legali.

Regoli tal-pubblikazzjoni

Fuq il-livell nazzjonali?

Fuq il-livell tal-qrati?

Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza?

Iva

Iva


Hemm ordinanza governattiva li tirregola, fost affarijiet oħrajn, kif tippubblika dejta personali fuq il-bażi tad-dejta tal-ġurisprudenza.

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza kollha jew għażla biss?

Għażla biss

Għażla biss


L-istess ordinanza tgħid ukoll li l-qorti stess tiddeċiedi liema deċiżjonijiet għandhom ikunu rikonoxxuti bħala ta’ gwida u jiġu ppubblikati fil-bażi tad-dejta.

Qrati Supremi

Qrati oħrajn

Id-deċiżjonijiet tal-qorti jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku anonimizzati?

Iva

Iva

Jekk iva,

Id-deċiżjonijiet kollha?

Iva

Iva


L-aħħar aġġornament: 28/01/2025

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tagħtik deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, u tiffoka fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza mill-bażijiet ta' dejta li jkunu disponibbli liberament għall-pubbliku.

Ġurisprudenza disponibbli fl-Ingilterra u Wales

Ħafna mill-ġurisprudenza tal-qrati tar-Renju Unit fil-ġuriżdizzjoni tal-Ingilterra u Wales hija aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-kawżi kollha tal-Qorti Suprema u s-sentenzi sustantivi kollha tal-Qorti tal-Appell Ċivili jiġu rrappurtati.  Is-sentenzi kollha tal-Qorti Amministrattiva, u wħud mis-sentenzi tal-Qorti Superjuri li jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku partikolari, jiġu ppubblikati.  Sentenzi tat-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell jiġu ppubblikati jekk ikunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku. Id-deċiżjonijiet minn kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkunu anonimizzati. Deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza u tat-Tribunal Superjuri jiġu ppubblikati meta jkunu ta' interess ġuridiku jew pubbliku.

Ladarba tinqata’ sentenza, hija normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara. Jekk is-sentenza tingħata bil-miktub, normalment tiġi ppubblikata dakinhar stess.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSentenzi tal-House of Lords: arkivju. Il-House of Lords kienet l-ogħla Qorti tal-Appell fir-Renju Unit sat-30 ta' Lulju 2009.  Is-sentenzi kollha tal-Law Lords mill-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009 huma aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-Parlament.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArkivji Parlamentari. Aċċess għas-sentenzi tal-House of Lords qabel l-1996 jista' jsir permezz tal-Arkivji Parlamentari. L-Arkivji fihom kawżi ta' appell u reġistri oħrajn tal-House of Lords fil-kapaċità ġudizzjarja tagħha, li jmorru lura sal-1621

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku tal-Qorti Suprema. Mill-1 ta' Ottubru 2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit assumiet il-ġuriżdizzjoni dwar il-punti ġuridiċi għall-kawżi ċivili kollha fir-Renju Unit u l-kawżi kriminali kollha fl-Ingilterra u Wales u fl-Irlanda ta' Fuq.  Is-sentenzi kollha jinsabu fis-sit elettroniku tal-Qorti Suprema.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaThe Incoporated Council of Law Reporting (ICLR) hija għaqda karitattiva legali stabbilita fl-1865. Huma jippubblikaw ir-rapporti ġuridiċi tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-Qrati Superjuri u tal-Appell fl-Ingilterra u Wales.  Ħafna mill-prodotti tagħhom huma pprovduti biss b'abbonament imma jipproduċu wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaWLR Daily li jipprovdi taqsiriet b'xejn tal-kawżi fi żmien 24 siegħa mis-sentenza u faċilità bla ħlas ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTfittxija tal-Kawżi.

BAILII Il-British and Irish Legal Information Institute (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika - BAILII) jipprovdi aċċess onlajn b'xejn għal sett komprensiv ħafna ta' materjali ġuridiċi primarji Brittaniċi u Irlandiżi fosthom il-ġurisprudenza.  Il-faċilità ta' tfittxija tippermetti lill-utenti jfittxu l-kawżi fi qrati speċifiċi jew madwar ġuriżdizzjonijiet multipli.

Permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProġett Open Law, BAILII qed jidentifika wkoll kawżi prinċipali mill-imgħoddi u jagħmilhom aċċessibbli liberament u bla ħlas fuq l-internet bħala appoġġ għall-edukazzjoni ġuridika.

Reċentement BAILII kkollabora mal-ICLR u issa jipprovdi ħoloq għat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsiriet tas-sentenzi tal-ICLR (meta jkun hemm) bl-għażla li tixtri r-rapport awtorizzat tal-kawża mill-ICLR f'format PDF.

Il-ġabriet li ġejjin huma aċċessibbli mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku ta' Bailii:

Ir-Rapporti Ingliżi (mill-1220 sal-1873) jinsabu f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommonLII

It-Tribunali

BAILLII jinkludi wkoll dettalji tad-deċiżjonijiet ta’ diversi tribunali tar-Renju Unit:

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBAILLII Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Qorti Suprema Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaICLR

L-aħħar aġġornament: 09/10/2014

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - L-Irlanda ta’ fuq

Din il-paġna tipprovdik b’deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Irlanda ta’ Fuq. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza li hija disponibbli f’bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-ġurisprudenza disponibbli fl-Irlanda ta' Fuq

Il-biċċa l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-Irlanda ta' Fuq li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tar-RU huma disponibbli għall-pubbliku.

Il-ġurisprudenza tiġi ppubblikata għal Qorti tal-Kuruna, il-High Court, il-Qorti tal-Appell u l-Qorti Suprema tar-Renju Unit.

Id-deċiżjonijiet ta' ċerti kawżi tal-familja u kriminali jistgħu jkunu anonimi.

Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppublikata mill-1999 fl-Irlanda ta' Fuq. Kif tingħata sentenza, il-kawża tiġi ppubblikata normalment 24 siegħa jew ġimagħtejn wara.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq ilu jippubblika s-sentenzi tal- Qorti tal-Kuruna, il-High Court u l-Qorti tal-Appell fuq is-sit elettroniku tiegħu mill-1999. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Is-sentenzi li huma disponibbli mill-Kumitat tal-Appell tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords huma dawk li ngħataw bejn l-14 ta' Novembru 1996 sat-30 ta' Lulju 2009. F'Ottubru tal-2009 il-Qorti Suprema ħadet post il-Kumitat tal-Appell tal-House of Lords u s-sentenzi tagħha huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tagħha. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Għadd ta' repożitorji nazzjonali ġuridiċi u bażijiet tad-dejta ġuridiċi huma disponibbli.

Il-bażi tad-dejta "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii" (L-Istitut Brittaniku u Irlandiż tal-Informazzjoni Ġuridika) fiha deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Kuruna, mill-High Court Chancery Division, High Court Family Decision, High Court Queen’s Bench, High Court Master’s Decisions, mill-Qorti tal-Appell minn Novembru 1998, mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords mill-1838, u s-sentenzi tal-Qorti Suprema minn Ottubru 2009. L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

Is- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku Bailii fih ukoll dettalji tad-deċiżjonijiet minn diversi tribunali fir-Renju Unit:

  • Tribunal Superjuri (Kamra tal-Appelli Amministrattivi)
  • Tribunal Superjuri (Finanzi u Taxxa)
  • Tribunal Superjuri (Kamra dwar l-Artijiet)
  • Tribunal tal-Prim'Istanza (Kamra għas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali)
  • Tribunal tal-Prim'Istanza (Taxxa)
  • It-Tribunal tal-Appelli tal-Konkorrenza tar-Renju Unit
  • Servizz ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim Nominet UK
  • Kummissjoni tal-Appelli Speċjali dwar l-Immigrazzjoni
  • It-Tribunal tal-Appelli Industrijali tar-Renju Unit
  • Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji tar-Renju Unit
  • It-Tribunal għall-Ażil u l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit
  • It-Tribunal tal-Informazzjoni tar-Renju Unit inkluż il-Bord tal-Appell tas-Sigurtà Nazzjonali
  • Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji Speċjali tat-Taxxa fuq id-Dħul tar-Renju Unit
  • Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissarji dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Għajnuna għat-Tfal tar-Renju Unit
  • Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa tar-Renju Unit
  1. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Dwana) tar-Renju Unit
  2. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Dazju tas-Sisa) tar-Renju Unit
  3. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Taxxa tal-Assikurazzjoni) tar-Renju Unit
  4. Id-Deċiżjonijiet tat-Tribunali tal-VAT & t-Taxxa (Taxxa fuq il-Miżbla) tar-Renju Unit

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii website

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku tal-Qorti Suprema

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq

L-aħħar aġġornament: 16/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Każistika nazzjonali - Skozja

Din it-taqsima tipprovdik b’deskrizzjoni tal-ġurisprudenza tar-Renju Unit, b’attenzjoni partikolari fuq il-ġuriżdizzjoni tal-Iskozja. Id-deskrizzjoni tikkonċentra fuq il-ġurisprudenza li hija disponibbli f’bażijiet tad-dejta li huma aċċessibbli għall-pubbliku.

Ġurisprudenza disponibbli fl-Iskozja

Il-parti l-kbira tal-ġurisprudenza mill-qrati tal-ġurisdizzjoni tal-Iskozja fir-Renju Unit hija disponibbi għall-pubbliku.

Qrati ċivili

Il-ġurisprudenza hija pubblikata għall-Court of Session u l-Appellate Committee of the House of Lords, li fl-1 ta’ Ottubru 2009 se jiġi sostitwit mill-Qorti Suprema (Supreme Court) tar-Renju Unit. Jiġu ppubblikati wkoll sentenzi ta’ interess partikolari mill-Qrati tax-Sheriff.

Qrati Kriminali

Il-ġurisprudenza hija pubblikata għall-Qrati tax-Sheriff u l-High Court of Justiciary, li hija l-Qorti Kriminali Suprema għall-Iskozja.

Id-deċiżjonijiet dwar xi kawżi tal-familja u xi kawżi kriminali jistgħu jkun anonomi.

Il-ġurisprudenza ilha tiġi ppubblikata mill-1998. Ladarba tingħata sentenza, il-ġurisprudenza normalment tiġi ppubblikata bejn 24 siegħa u ġimagħtejn wara.

Bażijiet tad-dejta legali

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati Skoċċiżi ppubblika s-sentenzi tal-Qrati tax-Sheriff, tal-Court of Session u tal-High Court of Justiciary fuq is-sit elettroniku tiegħu minn Settembru 1998. Hemm żewġ tiftixiet separati disponibbli, li jkopru l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCourt of Session u l-High Court of Justiciary u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tax-Sheriff. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.

Is-sentenzi huma disponibbli mill-Appellate Committee of the Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords mill-14 ta’ Novembru 1996 sat-30 ta’ Lulju 2009. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.

Hemm ukoll għadd ta’ repożitorji legali nazzjonali u bażijiet tad-dejta legali disponibbli.

Il-bażi tad-dejta ‘Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii’ (British and Irish Legal Information Institute - Istitut tal-Informazzjoni Legali Britannika u Irlandiża) fiha deċiżjonijiet mill-Court of Session mill-1879, mill-High Court of Justiciary mill-1914, mill-Qorti tax-Sheriff mill-1998 u mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords mill-1838. L-aċċess għal dawn is-sentenzi huwa mingħajr ħlas.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-Bailii fih ukoll dettalji ta’ deċiżjonijiet minn bosta tribunali tar-Renju Unit:

  • Tribunal Superjuri (Kamra tal-Appelli Amministrattivi) – (Upper Tribunal)(Administrative Appeals Chamber)
  • Tribunal Superjuri (Finanzi u Taxxi)
  • Tribunal Superjuri (Kamra tal-Artijiet)
  • Tribunal tal-Ewwel Grad (First-tier Tribunal) (Kamra dwar l-Edukazzjoni, is-Saħħa u l-Kura Soċjali)
  • Tribunal tal-Ewwel Grad (Taxxa)
  • Tribunal tal-Appelli dwar il-Kompetizzjoni tar-Renju Unit  
  • Servizz tar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim Nominet UK
  • Kummissjoni tal-Appelli Speċjali dwar l-Immigrazzjonijiet
  • It-Tribunal tal-Appelli tar-Renju Unit dwar l-Impjiegi
  • Deċiżjonijiet tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar Servizzi Finanzjarji u tas-Swieq
  • It-Tribunal tar-Renju Unit dwar l-Ażil u l-Immigrazzjoni
  • It-Tribunal tar-Renju Unit dwar Informazzjoni inkluż il-Bord tal-Appelli dwar is-Sigurtà Nazzjonali
  • Id-Deċiżonijiet tal-Kummissarji Speċjali tar-Renju Unit dwar it-Taxxa fuq Dħul
  • Id-Deċiżjonijiet  tal-Kummissjarji tar-Renju Unit dwar is-Sigurtà Soċjali u l-Appoġġ għat-tfal
  • Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju
    1. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Dwana)
    2. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Sisa)
    3. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Taxxa fuq il-Primja tal-Assikurazzjoni)
    4. Id-Deċiżjonijiet  tat-Tribunali tar-Renju Unit dwar VAT u Dazju  (Taxxa fuq il-Landfills))

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBailii, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit Elettroniku tal-Bailii, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHouse of Lords, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati Skoċċiżi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCourt of Session u l-High Court of Justiciary, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tax-Sheriff

L-aħħar aġġornament: 06/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.