Medjaturi

Jekk tiddeċiedi li tagħmel użu mill-medjazzjoni, inti tiltaqa' ma' medjatur – parti terza li tkun indipendenti u newtrali – li jista' jgħinek tiddiskuti s-sitwazzjoni u tilħaq ftehim.

Il-medjaturi huma mħarrġa biex jgħinu lin-nies isolvu t-tilwimiet tagħhom. Medjatur jiltaqa’ maż-żewġ naħat, jidentifika kwistjonijiet li ma jistax jintlaħaq qbil dwarhom u jgħin biex jintlaħaq ftehim. Il-medjaturi huma newtrali u fi kwalunkwe tilwima ma jżommu ma' ħadd. Il-medjaturi mhumiex konsulenti u ma jagħtux pariri dwar pożizjonijiet individwali u normalment jirrakkomandaw li tfittex parir legali fl-istess ħin li jkun għaddej il-proċess ta' medjazzjoni.

Il-medjazzjoni tista’ tkun partikolarment ta’ għajnuna f'tilwimiet familjari transfruntieri u f'każijiet ta' ħtif ta’ tfal mill-ġenituri. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, il-ġenituri huma mħeġġa jieħdu r-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet dwar il-familja tagħhom u jsolvu l-kunflitti indipendentement mis-sistema ġudizzjarja. Il-medjazzjoni tista’ għalhekk toħloq atmosfera kostruttiva għad-diskussjonijiet u tiżgura negozjar ġust bejn il-ġenituri li jqis ukoll l-aħjar interess tat-tfal.

Biex tikseb informazzjoni dettaljata dwar kif issib medjatur (pereżempju kif tikseb l-aċċess għas-servizzi ta' medjazzjoni, xi ħlas jintalab u gwida dwar il-medjaturi) jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fin-naħa tal-lemin.

Biex issib medjatur speċjalizzat fil-medjazzjoni familjari transfruntiera segwi l-link: http://www.crossbordermediator.eu/

Biex taqra aktar dwar il-medjazzjoni jekk jogħġbok żur it-taqsima rilevanti.

Biex taqra aktar dwar il-medjazzjoni transkonfinali tal-familja jekk jogħġbok żur it-taqsima rilevanti.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Medjaturi - Belġju

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek issib medjatur fil-Belġju.

Kif issib medjatur fil-Belġju

Tista’ żżur is-siti web li ġejjin biex issib medjatur fil-Belġju:

Tista’ ssib l-informazzjoni li ġejja fit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima tal-medjazzjoni fis-sit web tas-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja:

  • introduzzjoni għall-medjazzjoni;
  • informazzjoni dwar il-medjatur;
  • dettalji dwar il-proċess tal-medjazzjoni;
  • dettalji dwar xi jseħħ wara l-medjazzjoni;
  • informazzjoni dwar l-ispiża tal-medjazzjoni;
  • link għal fuljett dwar il-medjazzjoni;
  • indirizz u links utli.

Tista’ ssib informazzjoni dwar dawn li ġejjin fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKumitat Federali tal-Medjazzjoni:

  • il-Kumitat Federali tal-Medjazzjoni;
  • is-soluzzjoni tat-tilwim;
  • il-medjazzjoni;
  • il-medjatur;
  • il-leġiżlazzjoni u r-regolamenti;
  • links utli, inklużi fuljetti dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja, soċjali jew ċivili u kummerċjali.

Hemm tariffi għall-aċċess tal-bażi tad-data?

Le, ma hemm l-ebda tariffa għall-aċċess tal-bażi tad-data.

Kif tfittex medjatur fil-Belġju

Tista’ tfittex il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta’ medjaturi fil-Belġju billi tuża l-kriterji li ġejjin:

  • distrett;
  • qasam ta’ attività;
  • jekk il-medjatur jiħux każijiet ta’ għajnuna legali;
  • professjoni;
  • lingwa/i mitkellma;
  • isem jew kunjom;
  • kodiċi postali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni: alternattiva għall-qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ medjaturi

L-aħħar aġġornament: 08/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Bulgarija

Din it-taqsima tispjegalek kif issib medjatur fil-Bulgarija.

Kif issib medjatur fil-Bulgarija

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Reġistru Unifikat tal-Medjaturi.

Ir-reġistru fih l-informazzjoni li ġejja:

  • Informazzjoni personali dwar l-individwi rreġistrati bħala medjaturi – edukazzjoni, lingwi mitkellma u kwalifiki addizzjonali fil-qasam tal-medjazzjoni
  • Informazzjoni ta’ kuntatt tal-medjatur – l-indirizz tal-uffiċċju, in-numru tat-telefown u l-email

Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Ġustizzja jżomm lista tal-organizzazzjonijiet li ġew approvati biex jipprovdu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataħriġ għall-medjaturi.

L-entrati fir-reġistru u fil-lista ta’ organizzazzjonijiet huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet ta’:

  • L-Att dwar il-Medjazzjoni
  • Ir-Regolament Nru 2 tal-15 ta’ Marzu 2007 (maħruġ mill-Ministru għall-Ġustizzja) li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu t-taħriġ għall-medjaturi; ir-rekwiżiti ta’ taħriġ għall-medjaturi; il-proċedura għad-dħul, it-tneħħija u t-tħassir ta’ medjaturi mir-Reġistru Unifikat tal-Medjaturi; u r-regoli proċedurali u etiċi għall-imġiba tal-medjaturi.

L-aċċess għar-reġistru tal-medjaturi Bulgaru huwa bla ħlas?

Tista’ taċċedi r-Reġistru Unifikat tal-Medjaturi Bulgaru bla ħlas mis-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja. L-individwi u l-organizzazzjonijiet li jixtiequ jiġu inklużi fil-lista tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ fil-ħiliet tal-medjazzjoni jridu iħallsu tariffa.

Kif tfittex medjatur fil-Bulgarija

Fis-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja, tista’ ssib lista kompleta tal-persuni mħarrġa u awtorizzati biex iwettqu l-medjazzjoni fir-Repubblika tal-Bulgarija. Tista’ tfittex medjaturi skont l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, edukazzjoni, għarfien ta’ lingwi barranin u speċifikazzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-qasam tal-medjazzjoni (eż. medjazzjoni kummerċjali, tan-negozju jew tal-familja).

L-informazzjoni ta’ kuntatt hija disponibbli, inkluż in-numru tat-telefown u l-indirizz tal-email, u tista’ tikkuntattjahom biex tirċievi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li teħtieġ.

L-aħħar aġġornament: 19/08/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Iċ-Ċekja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fir-Repubblika Ċeka.

Kif issib medjatur fir-Repubblika Ċeka

L-att dwar il-Medjazzjoni daħal fis-seħħ fl-2012; dan l-att stabbilixxa lista pubblika ta’ medjaturi, li fiha huma elenkati l-persuni kollha awtorizzati jaġixxu ta’ medjaturi. Il-lista tal-medjaturi tinżamm mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi tar-Repubblika Ċeka huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.

Kif issib medjatur fir-Repubblika Ċeka?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-lista tal-medjaturi rreġistrati skont l-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 09/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Danimarka

Bħalissa m’hemm disponibbli l-ebda informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jfittex medjatur fid-Danimarka.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Ġermanja

Din il-paġna tgħinek issib medjatur fil-Ġermanja.

Kif issib medjatur fil-Ġermanja

Attwalment, għadd ta’ assoċjazzjonijiet professjonali jappoġġaw lill-partijiet li jixtiequ jużaw medjatur.

Hawn taħt issib lista mhux eżawrjenti ta’ xi wħud mill-akbar assoċjazzjonijiet:

Hemm ukoll listi kummerċjali privati ta’ medjaturi online, xi wħud b’funzjoni ta’ tiftix, eż.

(Ma hemm l-ebda garanzija li s-siti web illinkjati huma eżawrjenti, korretti jew kompletament aġġornati)

Deutsche Stiftung Mediation (Il-Fundazzjoni Ġermaniża tal-Medjazzjoni) tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn il-medjazzjoni fil-Ġermanja fil-paġna ewlenija tagħha: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://stiftung-mediation.de/ u hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://streit-ende.de/

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

Kif tfittex medjatur fil-Ġermanja

Tista’ tfittex medjatur bl-isem, bil-lokalità tal-uffiċċju, skont il-qasam ta’ kompetenza esperta jew permezz tal-kodiċi postali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundes-Arbeitsgemeinschaft für Familien-Mediation e.V.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundesverband Mediation e.V.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundesverband Mediation in Wirtschaft und Arbeitswelt e.V.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCentrale für Mediation GmbH & Co.KG

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDeutscher Anwaltverein

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamediator-finden.de

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMediatorbase

L-aħħar aġġornament: 17/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Estonja

Din it-taqsima se tgħinek issib medjatur fl-Estonja.

L-Estonja ma għandhiex sit web jew bażi tad-data ġenerali dwar il-medjaturi. Skont l-Att dwar il-Konċiljazzjoni, kull min jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Att jista’ jwettaq il-funzjonijiet ta’ konċiljatur. Ma hemm l-ebda monitoraġġ mill-Istat tal-attivitajiet tal-konċiljaturi.

Skont l-Att dwar il-Konċiljazzjoni, dawn li ġejjin jistgħu jkunu konċiljaturi:

  1. persuna fiżika fdata mill-partijiet biex twettaq il-proċedura ta’ konċiljazzjoni u biex tgħin ħalli tissolva t-tilwima. Il-konċiljatur jista’ jaġixxi permezz ta’ persuna ġuridika li jkun impjegat magħha jew li magħha jkollu relazzjoni kuntrattwali oħra;
  2. avukat – il-lista tal-membri tal-Kamra tal-Avukati Estonjana tinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit webtagħha;
  3. nutar – lista tal-uffiċċji tan-nutara tinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kamra tan-Nutara;
  4. fil-każ stabbilit fl-Att dwar il-Konċiljazzjoni, korp ta’ konċiljazzjoni tal-Istat jew tal-gvern lokali.

Xi tilwim relatat mad-drittijiet tal-awtur (ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Att dwar id-Drittijiet tal-Awtur) jiġi solvut minn kumitat ta’ esperti fid-drittijiet tal-awtur li jwettaq il-funzjonijiet ta’ konċiljatur. Dan il-kumitat ġie stabbilit taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja.

Għalkemm il-kunċett ta’ "ombudsman" ma jintużax fl-Att dwar il-Kanċillier tal-Ġustizzja, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jwettaq ukoll il-funzjonijiet ta’ ombudsman, meta jimmonitorja jekk l-aġenziji tal-gvern humiex konformi mad-drittijiet u mal-libertajiet fundamentali tal-persuni kif ukoll mal-prinċipji tal-governanza tajba u anki jimmonitorja lill-gvernijiet lokali, lill-persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku u lill-entitajiet privati li jwettqu funzjonijiet pubbliċi. Mill-2011 ’il quddiem, il-Kanċillier tal-Ġustizzja wettaq ukoll il-funzjonijiet tal-ombudsman għat-tfal skont l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal. Tista’ ssib iktar informazzjoni fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kanċillier tal-Ġustizzja.

Is-soluzzjoni tat-tilwim industrijali kollettiv hija l-funzjoni tal-Konċiljatur Pubbliku, u tista’ ssib iktar informazzjoni fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web.

Tista' wkoll tikkuntattja l-organizzazzjonijiet nongovernattivi li ġejjin:

  • L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUnjoni Estonjana għall-Benessri tat-Tfal hija assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li tappoġġa d-drittijiet tat-tfal. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-għoti ta' pariri lil ġenituri li jixtiequ jisseparaw jew jiddivorzjaw, billi tinkoraġġihom jużaw is-servizzi tal-konċiljaturi sabiex jipproteġu l-interessi tat-tfal tagħhom. L-Unjoni organizzat sessjonijiet ta' taħriġ dwar is-suġġett tal-medjazzjoni tal-familja.
  • L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Estonjana tal-Assigurazzjoni waqqfet korp ta’ konċiljazzjoni tal-assigurazzjoni biex jittratta r-riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar l-assigurazzjoni barra mill-qorti. Formalment, dan huwa konċiljatur u mhux korp ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni.
  • L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċċju Estonjan tal-Assigurazzjoni tal-Vetturi bil-Mutur waqqfet korp ta’ konċiljazzjoni tal-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur biex jittratta r-riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur barra mill-qorti. Formalment, dan huwa konċiljatur u mhux korp ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Att dwar il-Konċiljazzjoni.
  • Fl-Estonja, il-medjaturi tal-familja huma attwalment rappreżentati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut tal-Medjazzjoni.
L-aħħar aġġornament: 11/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Irlanda

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut tal-Medjaturi tal-Irlanda (Mediators Institute of Ireland, MII) għandu bażi tad-data online ta’ medjaturi għal firxa ta’ oqsma fejn jista’ jkun meħtieġ medjatur. Dawn l-oqsma jinkludu l-qasam Ċivili u Kummerċjali, tal-Familja, tal-Agrikoltura, tal-Assigurazzjoni, tal-Ambjent u tal-Kura tas-saħħa.

MII għandu l-għan li

  • jmexxi l-professjoni tal-medjazzjoni b’mod nazzjonali.
  • jappoġġa lill-membri tiegħu fil-forniment tagħhom tal-aħjar prattika professjonali tal-medjazzjoni.
  • jippromwovi u jippubbliċizza l-impatt pożittiv li l-medjazzjoni għandha fuq is-soċjetà Irlandiża.
  • jissorvelja kontinwament u jtejjeb it-taħriġ u r-regolamentazzjoni tal-medjaturi tal-MII.
  • jżomm l-ogħla standards professjonali f’dak kollu li jagħmel.
  • jsegwi u jinkoraġġixxi l-eċċellenza fil-qasam tal-medjazzjoni.

Indirizz

The Mediators' Institute of Ireland
Suite 112, The Capel Building Mary Abbey Dublin 7

Kuntatt

Telefown: 01 6099190

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@themii.ie

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Greċja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fil-Greċja.

Kif issib medjatur fil-Greċja

Tista’ ssib tabelli ta’ medjaturi ċertifikati u organizzazzjonijiet ta’ taħriġ għall-medjaturi, kif ukoll informazzjoni dwar is-servizzi pprovduti, fis-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għas-siti web ta’ hawn fuq huwa mingħajr ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru Elleniku għall-Medjazzjoni u l-Arbitraġġ

L-aħħar aġġornament: 12/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Spanja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fi Spanja.

Minn fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Ir-Reġistru tal-Medjaturi u tal-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni (Registro de Mediadores e Instituciones de Mediación) huwa bażi tad-data diġitali aċċessibbli mingħajr ħlas fuq is-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja. Bħala reġistru pubbliku ta’ medjaturi professjonali u istituzzjonijiet tal-medjazzjoni, dan jiffaċilita l-aċċess taċ-ċittadini għall-medjazzjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim.

Aċċessa l-brawżers:

Madankollu, il-medjaturi u l-istituzzjonijiet ma humiex obbligati jirreġistraw fir-Reġistru tal-Medjaturi u tal-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni. Huwa possibbli wkoll li ssib medjatur direttament permezz tal-istituzzjonijiet tal-medjazzjoni, inklużi assoċjazzjonijiet professjonali u Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tas-Servizzi u tat-Tbaħħir, li ħafna minnhom waqqfu ċentri tal-medjazzjoni li jipprovdu l-medjatur xieraq għall-każ inkwistjoni. L-aċċess għall-medjazzjoni huwa ffaċilitat ukoll minn assoċjazzjonijiet tal-medjazzjoni li jispeċjalizzaw f’materji tal-familja, ċivili, kummerċjali jew ġenerali.

F’kawżi fejn il-qrati jirreferu l-każ għall-medjazzjoni, il-qrati għandhom mezzi għar-riferiment lill-istituzzjonijiet tal-medjazzjoni fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom. Anki dawn l-istituzzjonijiet jippermettu lill-partijiet isibu l-medjatur xieraq.

Medjazzjoni

Il-medjazzjoni, tissejjaħ x’tissejjaħ, hija mezz ta’ soluzzjoni tat-tilwim li fih żewġ partijiet jew aktar jippruvaw minn jeddhom jilħqu ftehim bejniethom bl-intervent ta’ medjatur li jaġixxi b’mod imparzjali u newtrali.

Medjatur

Il-medjaturi jistgħu jkunu persuni fiżiċi li jeżerċitaw bis-sħiħ id-drittijiet ċivili tagħhom, dment li dan ma jkunx prekluż mil-leġiżlazzjoni li jkunu soġġetti għaliha meta jiżvolġu l-professjoni tagħhom.

Il-persuni ġuridiċi li jipprovdu servizzi ta’ medjazzjoni, kemm jekk ikunu kumpaniji professjonali jew kwalunkwe kumpanija oħra stabbilita bil-liġi, iridu jaħtru bħala medjatur persuna fiżika li tissodisfa r-rekwiżiti legali.

Rekwiżiti biex wieħed ikun medjatur

Il-medjatur jeħtieġlu jkollu lawrja universitarja uffiċjali jew taħriġ vokazzjonali avvanzat u taħriġ speċifiku fil-prattika tal-medjazzjoni, miksub billi jsegwi kors speċifiku jew korsijiet speċifiċi mgħallma minn istituzzjonijiet akkreditati kif xieraq, li jkun validu għall-eżerċitar tal-attività tal-medjazzjoni f’kull parti tal-pajjiż. Fi Spanja, il-medjaturi huma meħtieġa jkollhom mill-inqas 100 siegħa ta’ dan it-taħriġ speċifiku, li jrid jiġi aġġornat permezz ta’ taħriġ kontinwu.

Il-medjaturi jeħtiġilhom jagħmlu assigurazzjoni jew jiksbu garanzija ekwivalenti li tkopri r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-intervent fil-kunflitti li jimmedjaw.

Medjatur tal-falliment (mediador concursal)

Il-medjaturi tal-falliment huma persuni fiżiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti biex ikunu medjatur u dawk stipulati fl-Artikolu 27.1 tal-Liġi dwar l-Insolvenza 22/2003 tad-9 ta’ Lulju 2003 biex ikunu amministratur tal-insolvenza u jistgħu jintgħażlu bħala tali minn Nutara jew Reġistraturi Kummerċjali fil-ftehimiet ta’ ħlas barra mill-qorti msemmija fit-Titolu X ta’ dik il-Liġi. Il-persuni ġuridiċi jistgħu wkoll ikunu medjaturi tal-falliment sakemm jaġixxu fil-medjazzjoni tal-falliment permezz ta’ persuna fiżika li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq. Dawn il-medjaturi jkunu magħżula b’mod sekwenzjali minn fost dawk inklużi fil-lista uffiċjali tal-portal tal-Gazzetta Uffiċjali tal-Gvern, li titfassal skont l-informazzjoni pprovduta mir-Reġistru tal-Medjaturi u tal-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni. L-operaturi tas-suq jistgħu wkoll japplikaw mal-Kmamar tal-Kummerċ, tal-Industrija, tas-Servizzi u tat-Tbaħħir sabiex dawn jaħtru bord ta’ medjazzjoni għalihom, li jrid jinkludi medjatur tal-falliment u jassistihom fin-negozjar tal-ftehim ta’ ħlas barra mill-qorti.

Istituzzjoni tal-Medjazzjoni

L-istituzzjonijiet tal-medjazzjoni huma entitajiet pubbliċi jew privati u korporazzjonijiet pubbliċi limitati b’ishma Spanjoli jew barranin li l-iskop tagħhom jinkludi l-promozzjoni tal-medjazzjoni u l-iffaċilitar tal-aċċess għall-medjazzjoni u l-amministrazzjoni tagħha, inkluż il-ħatra tal-medjaturi, li trid issir b’mod trasparenti. Jekk l-iskop tagħhom jinkludi wkoll l-arbitraġġ, huma jadottaw miżuri sabiex jiżguraw li ż-żewġ attivitajiet jinżammu separati.

L-istituzzjoni tal-medjazzjoni ma tkunx tista’ tipprovdi s-servizz tal-medjazzjoni direttament. Dan ifisser li l-istituzzjoni nnifisha ma hijiex il-medjatur, iżda trid tgħarraf l-identità tal-medjaturi fl-isfera tar-responsabbiltà tagħha u tagħti informazzjoni dwar it-taħriġ, l-ispeċjalità u l-esperjenza tagħhom, biex b’hekk tgħin lill-partijiet jagħżlu l-medjatur li jista’ jassistihom l-aħjar.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Medjaturi - Franza

Bħalissa, Franza m’għandhiex database ta’ medjaturi.

L-aħħar aġġornament: 17/09/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - il-Kroazja

Skont l-Att dwar il-Medjazzjoni (Narodne novine (NN; il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 18/11) u r-Regoli dwar ir-reġistru tal-medjaturi u l-istandards għall-akkreditazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-medjazzjoni u l-medjaturi (NN Nru 59/11), il-Ministeru għall-Ġustizzja jżomm reġistru tal-medjaturi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSib medjatur

Il-proċeduri ta’ medjazzjoni barra mill-qorti twettqu b’suċċess kbir għal ħafna snin miċ-Ċentri tal-Medjazzjoni tal-Kamra Kroata tal-Kummerċ, il-Kamra Kroata tas-Snajja’ u l-Artiġjanat u l-Assoċjazzjoni Kroata tal-Impjegaturi, kif ukoll mill-Assoċjazzjoni Kroata tal-Medjazzjoni, il-Kamra tal-Avukati Kroata, il-Bord tal-Assigurazzjoni Kroat u l-Uffiċċju tas-Sħubija Soċjali tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja. Madankollu, il-medjazzjoni ma’ medjatur magħżul tista’ ssir ukoll barra miċ-ċentri msemmija hawn fuq.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Medjaturi - Italja

Bħalissa ma jeżistix reġistru pubbliku tal-medjaturi.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jippubblika fuq bażi regolari lista ta' korpi ta' medjazzjoni li magħhom jinsabu rreġistrati diversi medjaturi.

Tista' tikseb tagħrif aktar speċifiku rigward liema medjaturi huma rreġistrati mal-korpi ta' medjazzjoni billi tistaqsi lill-Uffiċċju tal-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli mis-superviżjoni ta' korpi bħal dawn. Dan jista' jiġi kkuntattjat permezz tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia.it/giustizia).

L-aħħar aġġornament: 24/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Ċipru

Kif issib medjatur f’Ċipru

Żur il-paġna Il-Medjazzjoni f’Ċipru.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Latvja

Tista’ ssib Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta’ medjaturi ċertifikati, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, fis-sit web tal-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati. Tista’ tagħżel medjatur:

  • bil-qasam ta’ attività
  • bir-reġjun ta’ ħidma
  • bil-lingwa

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati

L-aħħar aġġornament: 05/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Litwanja

M’hemmx korp ċentralizzat responsabbli mill-medjazzjoni fil-Litwanja. Meta d-Direttiva 2008/52/KE tiġi implimentata, jibda x-xogħol f’dan il-qasam.

Kif issib medjatur fil-Litwanja

Fil-Litwanja hija possibbli l-medjazzjonil-qorti u l-medjazzjoni barra l-qorti . Is-servizzi ta' medjazzjoni barra l-qorti normalment jiġu offruti mill-avukati.

Il-medjazzjoni l-qorti hija proċedura ta' soluzzjoni ta' tilwima li għandha l-għan tgħin lill-partijiet f'kawżi ċivili jsolvu t-tilwima tagħhom b'mod paċifiku bl-għajnuna ta' wieħed jew aktar medjaturi (intermedjarji).

Il-medjazzjoni l-qorti ssir minn medjaturi. Dawn huma ġudikanti, assistenti ġudizzjarji jew persuni kwalifikati oħra b'taħrġi speċjalizzat li isimhom huma mniżżel fil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta' medjaturi tal-qorti. Fil-laqgħa li għamel fit-28 ta' Jannar 2011, il-Kunsill Ġudizzjarju qabel li l-medjazzjoni bil-qorti f'kawżi ċivili tista' tintuża fil-qrati kollha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Litwanja u li dan is-servizz għandu jkun disponibbli irrispettivament mir-reġjun.

Il-medjazzjoni bil-qorti hija servizz offrut mingħajr ħlas. Barra minn hekk, l-għażla tal-medjazzjoni bil-qorti biex tiġi solvuta tilwima ċivili tiffranka ammont konsiderevoli ta' ħin u impenn li kieku jintilef f'kawża l-qorti. Jiġu ffrankati wkoll il-flus, għaliex 75 % tad-drittijiet tal-qorti jiġu rifużi meta l-medjazzjoni bil-qorti ssarraf fi ftehim bonarju.

Il-proposta sabiex kawża ċivili tmur għall-medjazzjoni tista' ssir mill-imħallef presjedenti. Talba għal din ix-xewqa tista' ssir ukoll mill-partijiet fil-kawża. Meta l-kawża tinbagħat għall-medjazzjoni bil-qorti, l-imħallef jispjega l-kunċett tal-proċess tal-medjazzjoni bil-qorti lill-partijiet. Il-ħatra jew sostituzzjoni ta' medjatur ssir mill-President tal-Qorti, il-Kap tad-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili tal-Qorti, jew minn imħallef maħtur minnhom. Jekk meħtieġ, jistgħu jinħatru żewġ medjaturi. Meta ssir il-ħatra ta' medjatur, għandha titqies l-opinjoni tal-partijiet meta ssir it-talba jew jingħata l-kunsens sabiex il-kawża tmur għall-medjazzjoni bil-qorti.

Fil-medjazzjoni bil-qorti jistgħu jipparteċipaw biss il-partijiet fil-kawża, terzi persuni u r-rappreżentanti tagħhom. Fejn il-parteċipazzjoni ta' persuni oħra tista' tkun utli sabiex tissolva t-tilwima, isimhom jista' jintgħadd mat-talba jew mal-kunsens tal-partijiet. Il-proċedimenti tal-medjazzjoni bil-qorti ma jiġux reġistrati.

Il-proċedimenti tal-medjazzjoni bil-qorti jistgħu jitwaqqfu jekk il-partijiet jaslu għal ftehim fuq il-kwistjoni konċernata u jiffirmaw ftehim bil-qorti, li mbagħad jiġi approvat mill-imħallef presjedenti.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Lussemburgu

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek issib medjatur fil-Lussemburgu.

Kif issib medjatur fil-Lussemburgu

L-organizzazzjonijiet privati li ġejjin jiġġestixxu reġistru tal-medjaturi:

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex medjatur fil-Lussemburgu

Il-lista ta’ medjaturi ġestita minn dawn l-organizzazzjonijiet privati tista’ tiġi kkonsultata u mfittxa:

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni Lussemburgiża tal-Medjazzjoni u tal-Medjaturi Approvati (ALMA asbl)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni Ċivili u Kummerċjali (CMCC)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni (asbl)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tal-Medjazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali tal-Familja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 08/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Ungerija

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fl-Ungerija.

Kif issib medjatur fl-Ungerija

Tista’ ssib ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru tal-medjaturi (közvetítők adatbázisa) fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Infurzar tal-Liġi (Igazságügyi és Rendészeti Minisztérium).

Din l-informazzjoni ġenerali li ġejja hija disponibbli għall-utenti:

  • Informazzjoni ġenerali dwar l-attività tal-medjazzjoni
  • Informazzjoni dwar il-medjaturi
  • Informazzjoni dwar persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi
  • L-indirizzi, il-kwalifiki, l-għarfien ta’ ilsna u l-għarfien espert tal-medjaturi u l-kontea fejn huma attivi.

Is-sit jipprovdi wkoll formoli ta’ reġistrazzjoni għal medjaturi u għal persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas u ma tapplika ebda restrizzjoni.

Kif tagħmel tiftixa għal medjatur fl-Ungerija

Is-sit fih lista ta’ medjaturi u lista ta’ persuni legali li jimpjegaw lill-medjaturi. Tista’ tagħmel tiftixa għall-medjaturi skont l-isem, l-għarfien ta’ lingwi u kontea tal-operat. Tista’ tagħmel tiftixa għall-persuni legali skont l-isem, il-kontea u l-isem fil-qosor.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku tar-Reġistru tal-Medjaturi Ungeriżi (A magyar közvetítők adatbázisának honlapja)

L-aħħar aġġornament: 28/12/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Malta

Din it-taqsima tal-Portal għandha tgħinek issib medjatur f’Malta.

Kif issib medjatur f’Malta

Iċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta jipprovdi lill-partijiet b’lista ta’ medjaturi debitament akkreditati miċ-Ċentru. Irrispettivament minn jekk ikunx każ ta’ medjazzjoni volontarja jew wieħed li ġie riferut liċ-Ċentru, mill-qorti jew bil-liġi, medjatur jingħażel mill-partijiet għat-tilwima mil-lista ta’ medjaturi akkreditati, sakemm il-persuna magħżula tkun aċċettabbli għall-partijiet kollha għat-tilwima. Jekk il-partijiet ma jaqblux dwar l-għażla ta’ medjatur li jkun aċċettabbli għalihom ilkoll, iċ-Ċentru għandu jaħtar bħala medjatur lill-persuna li isimha jkun imiss fil-lista ta’ medjaturi approvati.

Fil-medjazzjoni familjari, il-partijiet jistgħu, bil-kunsens tagħhom it-tnejn, jagħżlu medjatur huma mill-lista ta’ persuni maħtura għal dan l-iskop mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja u jbatu huma l-ispiża ta’ dan, jew inkella jiġi assenjat lilhom mill-Qorti medjatur, fuq bażi ta’ rotazzjoni, minn lista ta’ persuni maħtura mill-istess Ministru bħala persuni li jistgħu jagħmluha ta’ medjaturi maħtura mill-qorti u f’dan il-kas id-drittijiet dovuti lill-medjaturi jitħallsu mir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunali.

Għalissa, għad m’hemmx reġistru elettroniku. Madankollu, jekk tkun trid iktar informazzjoni, tista taċċessa l-paġna relevanti tal-website taċ-Ċentru (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.gov.mt/en/mmc/Pages/Mediators/Civil.aspx ) jew tikkuntattja liċ-Ċentru permezz tar-Reġistratur fiċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta, 158, Triq il-Merkanti, Valletta VLT1176.

Biex tikkkuntattja lir-Reġistratur tista’ ċċempel fuq dan in-numru: +356 23279220 jew tuża l-posta elettronika (email): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mediation.mt

L-aħħar aġġornament: 04/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Olanda

Din il-paġna se tgħinek issib medjatur fin-Netherlands.

Kif issib medjatur fin-Netherlands

Hemm diversi reġistri (privati) ta’ medjaturi fin-Netherlands. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tiggarantixxi l-kwalità. Wieħed mir-reġistri ewlenin huwa r-reġistru miżmum Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi (Mediatorsfederatie Nederland, MfN). Hemm ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidair-Reġistru Internazzjonali tal-ADR.

Il-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand) għandu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru speċjali ta’ medjaturi li jistgħu jieħdu f’idejhom każijiet ta’ għajnuna legali.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa bla ħlas.

Kif tfittex medjatur fin-Netherlands

Apparti l-Bord tal-Għajnuna Legali, fejn jiġu rreġistrati l-medjaturi li jipprovdu medjazzjoni sussidjata, għadd ta’ organizzazzjonijiet privati għandhom il-ġestjoni tar-reġistri ta’ kwalità għall-medjaturi. Tista’ tfittex fir-reġistri billi tuża kriterji ta’ tiftix differenti. Pereżempju, tista’ tfittex medjatur li għandu għarfien espert speċifiku f’qasam partikolari ta’ attività jew medjatur li jaħdem f’reġjun partikolari.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Federazzjoni tal-Medjaturi Netherlandiżi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-ADR

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Reġistru tal-Bord tal-Għajnuna Legali

L-aħħar aġġornament: 18/09/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Awstrija

Din it-taqsima tal-Portal tgħinek issib medjatur fl-Awstrija.

Kif issib medjatur fl-Awstrija

Il-Ministeru Federali Awstrijak għall-Ġustizzja għandu lista ta’ medjaturi reġistrati li jissodisfaw ir-rekwiziti statutorji.

Inħolqot Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna web apposta li tista’ tiġi aċċessata wkoll mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

Fuq il-paġna web, tista’ ssib informazzjoni ġenerali kif ukoll:

  • lista ta’ medjaturi
  • lista ta’ organizzazzjonijiet li jħarrġu medjaturi
  • lista ta’ korsijiet ta’ taħriġ.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Il-paġna web hija disponibbli għall-pubbliku u l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex traduttur tal-qrati fl-Awstrija

Fuq il-paġna web, tista’ tiffilterja l-lista ta’ medjaturi permezz ta’:

  • isem
  • kodiċi postali
  • il-provinċja.

Tista’ tfittex għall-medjaturi billi tuża l-kriterji li ġejjin:

  • isem u kunjom
  • kodiċi postali
  • il-provinċja.
  • il-pajjiż
  • qasam ta’ għarfien espert
  • lingwi ta’ ħidma.

Tista’ tikkombina wkoll kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji ta’ tiftix.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-medjaturi fl-Awstrija

L-aħħar aġġornament: 08/09/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Polonja

Kif issib medjatur fil-Polonja

Il-listi ta’ istituzzjonijiet u persuni awtorizzati biex imexxu l-proċedimenti ta’ medjazzjoni (“listi ta’ medjaturi permanenti”) jinżammu mill-presidenti tal-qrati reġjonali u jinsabu fuq is-siti web tal-qrati. Iż-żieda u t-tneħħija tal-medjaturi mil-lista ssir mill-president tal-qorti reġjonali rilevanti.

Bħala regola, il-medjaturi jispeċjalizzaw f’tipi speċifiċi ta’ medjazzjoni: il-medjazzjoni ċivili (il-medjazzjoni kummerċjali, il-medjazzjoni tal-familja, id-dritt tax-xogħol, eċċ.), il-medjazzjoni f’materji kriminali, f’kawżi li jinvolvu l-minuri, eċċ.

Minħabba l-arranġamenti legali stabbiliti, ma hemm l-ebda reġistru ċentrali uniku tal-medjaturi. Il-Ministeru għall-Ġustizzja bħalissa qiegħed iwettaq il-proġett “Il-promozzjoni tal-metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim billi jittejbu l-ħiliet tal-medjaturi, jiġi stabbilit Reġistru Nazzjonali tal-Medjaturi, u jsiru attivitajiet ta’ informazzjoni”. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-proġett huwa li jinħoloq Reġistru Nazzjonali ta’ Medjaturi – bażi ta’ data tal-medjaturi li joperaw fil-Polonja, disponibbli b’mod universali.

Informazzjoni bażika dwar ir-regoli, il-proċeduri u l-aspetti prattiċi tal-arranġamenti tal-medjazzjoni fil-Polonja tinsab fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPaġna tal-medjazzjoni tas-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja, kif ukoll fuq is-sit web tal-proġett li saret referenza għalih hawn fuq.

L-aċċess għal-listi tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għal-listi tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.

Kif issib medjatur fil-Polonja

Għandek tuża l-listi ta’ medjaturi permanenti mħejjija mill-presidenti tal-qrati reġjonali, jew tuża s-servizzi taċ-ċentri tal-medjazzjoni jew ta’ medjaturi individwali. L-informazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt normalment jinstabu fuq is-sit web tal-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni, taċ-ċentri jew tal-medjaturi inkwistjoni.

L-aħħar aġġornament: 16/12/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Portugall

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fil-Portugall.

Il-medjaturi tat-tilwim li jaħdmu f’wieħed mis-servizzi pubbliċi tal-medjazzjoni jew fil-qrati għal talbiet żgħar (julgados de paz – Kummissarji tal-Ġustizzja) iridu jkunu rreġistrati fil-listi tal-professjonisti awtorizzati biex jipprattikaw il-medjazzjoni. Ir-reġistrazzjoni fil-listi hija rregolata mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 282/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 u mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 283/2010 tad-19 ta’ Ottubru 2010.

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Política de Justiça – DGPJ), li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, huwa responsabbli għar-regolazzjoni tal-medjazzjoni pubblika. Għalkemm id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDGPJ ma jagħtix informazzjoni dwar kif issib medjatur, madankollu jippubblika l-listi tal-medjaturi msemmija hawn fuq, li tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ medjaturi tal-familja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ medjaturi tal-impjieg

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ medjaturi fil-qasam kriminali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta’ medjaturi fil-Julgados de Paz

L-aħħar aġġornament: 07/08/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Rumanija

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fir-Rumanija.

Kif issib medjatur fir-Rumanija

Skont l-Artikolu 12 tal-Liġi Nru. 192/2006, il-medjaturi awtorizzati jiġu rreġistrati mal-Bord tal-Medjaturi, li nħoloq u jinżamm aġġornat mill-Kunsill tal-Medjazzjoni u jiġu perjodikament ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Rumen, Parti I.

Il-Bord tal-Medjaturi huwa wkoll disponibbli fis-sit elettroniku uffiċjali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Medjazzjoni.

Is-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Medjazzjoni jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

L-informazzjoni fis-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Medjazzjoni ilha disponibbli mit-2 ta’ Novembru 2006.

Fost l-informazzjoni addizzjonali li tista’ ssib mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Medjaturi hemm:

  • L-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) li l-medjaturi jkunu membri tagħhom;
  • Il-programm ta’ taħriġ fil-medjazzjoni li ggradwaw minnu;
  • L-ilsien barrani li bih jistgħu jmexxu medjazzjoni;
  • Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

Jekk inti interessat li ssolvi tilwima permezz tal-medjazzjoni, tista’ tagħmel kuntatt ma’ medjatur. Il-bord tal-medjaturi jintwera fil-bini tal-qrati u fis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-Bord tal-Medjaturi jiġi aġġornat perjodikament mill-Kunsill tal-Medjazzjoni li jikkomunika l-aġġornamenti lill-qrati, lill-awtoritajiet tal-gvern nazzjonali u tal-gvernijiet lokali u lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

Kif tfittex medjatur fir-Rumanija

Tista’ tfittex Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamedjatur billi tuża l-kriterji li ġejjin:

  • L-ewwel ittra ta’ isem il-medjatur, u
  • Il-kontea fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tiegħu.
L-aħħar aġġornament: 10/06/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Slovenja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fis-Slovenja.

Kif issib medjatur fis-Slovenja

Il-Ministeru għall-Ġustizzja jżomm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidareġistru ċentrali tal-medjaturi, li jittrattaw is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) fil-qrati f’konformità mal-Att dwar l-ADR (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov). Il-listi ta’ medjaturi li jaħdmu għal diversi NGOs huma disponibbli fuq is-siti web ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. Eż.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Fejn għandek tfittex medjatur fis-Slovenja

Fittex medjatur fuq is-siti web li ġejjin:

L-aħħar aġġornament: 09/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Slovakkja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fis-Slovakkja.

Kif issib medjatur fis-Slovakkja

Il-bażi tad-dejta tal-medjaturi Slovakki hija l-proprjetà ta’ u tinżamm aġġornata mill-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk u hija disponibbli biss bis-Slovakk.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-medjaturi u l-irkupru tal-informazzjoni huma mingħajr ħlas.

Kif tfittex medjatur fis-Slovakkja

Jekk jogħġbok irreferi għas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Finlandja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fil-Finlandja.

Kif issib medjatur fil-Finlandja

Fil-Finlandja, l-Istitut Finlandiż għas-Saħħa u l-Benessri (THL) jieħu ħsieb is-sit uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Medjazzjoni fil-Kawżi Kriminali u Ċivili.

Dan is-sit jipprovdi informazzjoni dwar il-konċiljazzjoni (medjazzjoni f’materji kriminali).

Fis-sit tista’ ssib ukoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalista ta’ uffiċċji ta’ medjazzjoni.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess u l-ksib ta’ informazzjoni mis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Medjazzjoni f’Kawżi Kriminali u Ċivili huma bla ħlas.

Kif tfittex medjatur fil-Finlandja

Tista’ tfittex fis-sit tal-Istitut Finlandiż għas-Saħħa u l-Benessri.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Istitut għas-Saħħa u l-Benessri

L-aħħar aġġornament: 27/10/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - Svezja

Kif issib medjatur fl-Iżvezja?

Is-sit web tal-Qrati Żvediżi fih lista, imfassla mill-Amministrazzjoni tal-Qrati Nazzjonali Żvediżi, ta’ persuni li esprimew ir-rieda li jkunu medjaturi fil-qrati f’każijiet fejn il-partijiet ikunu jistgħu jsolvu t-tilwim tagħhom fuq bażi amikevoli. Is-sit web jipprovdi wkoll informazzjoni oħra dwar il-medjazzjoni.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva.

Kif issib medjatur fl-Iżvezja

Tista’ tfittex medjatur fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Qrati Żvediżi.

Link relatat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati Żvediżi

L-aħħar aġġornament: 22/11/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Medjaturi - L-Ingilterra u Wales

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fl-Ingilterra u Wales.

Kif issib medjatur fl-Ingilterra u Wales

Direttorju nazzjonali tal-medjazzjoni

Tista' ssib medjatur ċivili permezz tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadirettorju onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili - Sib Medjatur Ċivili, li jipprovdi tagħrif dwar:

  • Medjazzjoni
  • Servizzi
  • Prezzijiet

Id-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili huwa proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja li jieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu.  Il-medjaturi inklużi fid-direttorju huma akkreditati mill-Kunsill tal-Medjazzjoni Ċivili.

Direttorju tal-medjazzjoni familjari

L-għan tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju Onlajn tal-Medjazzjoni Familjari huwa li jgħin lill-partijiet jikkuntattjaw lil medjaturi fil-lokalità tagħhom. Partijiet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaeliġibbli għall-għajnuna legali (finanzjament pubbliku) jistgħu jikkuntattjaw ukoll il-helpline tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità għal aktar tagħrif dwar kif isibu medjatur lokali bit-Telefown: 0845 345 4345 Minicom: 0845 609 6677, SMS: "legalaid" u ismek lil 80010.  Wieħed jista' jieħu parir ukoll permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz ta' konsulent onlajn tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għad-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, id-Direttorju Onlajn tal-Medjatur tal-Familja u s-sit elettroniku tas-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità huma bla ħlas.

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorju Onlajn tal-Medjazzjoni Ċivili, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttorju Onlajn tal-Medjaturi Familjari, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAra tikkwalifikax għall-għajnuna legali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Pariri Legali tal-Komunità,

L-aħħar aġġornament: 20/04/2015

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Medjaturi - L-Irlanda ta’ fuq

Bħalissa l-Irlanda ta’ Fuq ma għandha l-ebda bażi tad-dejta tal-medjaturi.

Kif issib medjatur fl-Irlanda ta’ Fuq

L-Irlanda ta’ Fuq m’għandhiex bażi tad-dejta tal-medjaturi. Madankollu l-informazzjoni dwar l-iskema tar-riżoluzzjoni tat-tilwim stabbilita mil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society tal-Irlanda ta' Fuq fiha xi informazzjoni dwar il-medjaturi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLaw Society tal-Irlanda ta' Fuq

L-aħħar aġġornament: 16/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Medjaturi - Skozja

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fl-Iskozja.

Kif issib medjatur fl-Iskozja

In-Netwerk tal-Medjazzjoni fl-Iskozja (Scottish Mediation Network, SMN) jamministra r- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Medjazzjoni fl-Iskozja (Scottish Mediation Register, SMR) li jipprovdi reġistru indipendenti ta' medjaturi u servizzi ta' medjazzjoni li jilħqu l-"istandards professjonali" minimi għall-medjazzjoni fl-Iskozja. Dawn l-istandards jiġu stabbiliti minn kumitat indipendenti għall-Istandards Professjonali u jeħtieġu livell minimu ta' taħriġ, esperjenza u żvilupp professjonali kontinwu (CPD).

Il-paġna "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSib Mejdatur" tas-sit elettroniku tal-SMN toffri aċċess b'xejn għal informazzjoni dwar nies li jipprattikaw kull tip ta' medjazzjoni. Id-dejta fuq il-paġna tiġi aġġornata mill-medjaturi tal-inqas darba fis-sena u tinkludi informazzjoni fuq it-taħriġ, is-CPD u l-oqsma ta' esperjenza tagħhom.

Wieħed mill-għanijiet tar-Reġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż huwa sabiex iserraħ ras in-nies mill-kwalità professjonali tal-medjaturi li huma jagħżlu billi jiċċertifika li jilħqu l-istandards minimi. Il-medjaturi li jidhru fuq l-SMR jistgħu jsejħu lilhom ifushom "Medjatur Reġistrat tal-Medjazzjonu Skoċċiża" u jużaw il-logo SMR ħdejn isimhom.

L-uffiċċju tal-SMN jamministra wkoll l-iScottish Mediation Helpline li jagħti parir u informazzjoni lin-nies dwar il-medjazzjoni u kif jirrikorru għalih. Permezz tal-Helpline, l-SMN jista' jorganizza medjazzjonijiet permezz ta' bird ta' medjaturi fuq l-SMR jew jirreferi lin-nies għas-servizz adattat ta' medjazzjoni.

L-SMN jappoġġa wkoll u jippromwovi l-proċess ta' medjazzjoni għall-ilmenti min-NHS (National Health Service) fl-Iskozja – u dan ix-xogħol jiġi ffinanzjat mill-Gvern Skoċċiż. Aktar informazzjoni dwar il-medjazzjoni u kif wieħed jirrikorri għalih tinsab fuq is-sit elettroniku tal-SMN.

Il-Gvern Skoċċiż ippubblika wkoll fuljett – "Resolving Disputes without Going to Court" li jagħtik parir dwar il-medjazzjoni u mezzi oħra ta' ADR. Dan il-fuljett jista' jitniżżel mis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGvern Skoċċiż.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.

Biex tfittex medjatur tista' tagħmel dan li ġej:

Taċċessa s-sit elettroniku billi tikklikkja fuq il-ħolqa għar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru tal-Medjazzjoni Skoċċiż jew tittajpja l-URL Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.scottishmediation.org.uk/find-a-mediator fil-brawżer tal-Internet tiegħek u ssegwi l-istruzzjonijiet biex issib l-aħjar medjatur għalik u għaċ-ċirkostanzi tiegħek.

Ikkuntattja lin-Netwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiz permezz tas-sit elettroniku tagħhom, billi tiktibilhom f'dan l-indirizz, 18 York Place, Edinburgh EH1 3EP, UK jew iċċemplilhom fuq +44 (0) 131 556 1221.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk tal-Medjazzjoni Skoċċiz,Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida Reġistru tal-Medjazzjoni SkoċċiżIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-pubblikazzjoni tal-Gvern Skoċċiż

L-aħħar aġġornament: 05/09/2018