Strumenti għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni
Page navigation
Għodod addizzjonali
Illum il-ġurnata, l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea jaffettwaw miljuni ta' ħajjiet ta' ċittadini Ewropej. L-interazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini hi prerekwiżit neċessarju għal kultura ta’ demokrazija, u d-deċiżjonijiet tal-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ.
Għalhekk meħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li wieħed jiġi infurmat b'mod regolari dwar l-ippjanar u t-tħejjija ta’ inizjattivi ġodda tal-UE.
Il-"Ħidma tal-Kummissjoni – Notifiki” se tippermetti lil kull min hu interessat fit-tfassil tal-politika tal-UE jirċievi informazzjoni dwar pjanijiet direzzjonali ppubblikati reċentement u dwar konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa mnedija fuq “Il-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa” fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE, u għalhekk ikun infurmat u ppreparat aħjar biex issegwi u jipparteċipa fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE.