Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit

Leġiżlazzjoni tar-Renju Unit

Ipprintja din il-paġna

Logo tal-websajt tar-Renju Unit legislation.gov.uk

Il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, Legislation.gov.uk titmexxa mill-Arkivji Nazzjonali f’isem il-Gvern tal-Maestà Tagħha Il-pubblikazzjoni tal-leġiżlazzjoni kollha tar-Renju Unit hi parti essenzjali tal-mandat tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni tal-Maestà Tagħha (HMSO), li jagħmel parti mill-Arkivji Nazzjonali, u tal-Uffiċċju tal-Pubblikatur tar-Reġina fl-Iskozja.

Il-verżjoni oriġinali (kif promulgata) u l-verżjoni riveduta tal-leġiżlazzjoni fuq Legislation.gov.uk huma ppubblikati skont u taħt l-awtorità tal-Kontrollur ta’ HMSO (fil-kapaċità tiegħu bħala l-Pubblikatur tar-Reġina tal-Atti tal-Parlament, u tal-Pubblikatur tal-Gvern tal-Irlanda ta’ Fuq) u tal-Pubblikatur tar-Reġina fl-Iskozja.

Il-verżjonijiet riveduti tal-leġiżlazzjoni miżmuma fuq dan is-sit jinżammu mit-tim editorjali ta-leġiżlazzjoni tal-Arkivji Nazzjonali u l-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet Statutorji tal-Irlanda ta’ Fuq – li jagħmel parti mill-Uffiċċju tal-Konsulent Leġiżlattiv fl-Irlanda ta’ Fuq fl-Uffiċċju tal-Ministru Ewlieni u l-Viċi Ministru Ewlieni.

L-Uffiċċju tal-Pubblikatur tar-Reġina fl-Iskozja (OQPS) jipprovdi aċċess għal Atti tal-Parlament Skoċċiż, l-istrumenti statutorji Skoċċiżi u firxa ta’ leġiżlazzjoni oħra li tapplika għall-Iskozja. Dan iwassal ukoll firxa ta' servizzi lill-pubbliku, lill-industrija tal-pubblikazzjoni u lill-gvern dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni maħluqa mill-Gvern Skoċċiż, il-gvern devolut għall-Iskozja. Il-Pubblikatur tar-Reġina fl-Iskozja, li hu maħtur skont it-taqsima 92 tal-Att tal-Iskozja 1998, iwieġeb għall-Ministri Skoċċiżi.

Pajjiżi tal-UE

N-Lex joffri punt uniku ta’ aċċess għal bażijiet ta’ dejta tal-liġi nazzjonali fil-pajjiżi individwali tal-UE.

Agħżel wieħed mill-pajjiżi biex issib atti legali jew issir taf aktar dwar is-sistema legali tiegħu.
Pajjiżi MHUX tal-UE

N-Lex jipprovdi links u deskrizzjonijiet ta’ siti web ta’ pajjiżi mhux tal-UE.