Slov-Lex – Leġiżlazzjoni u Portal ta’ Informazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka
Slov-Lex – Leġiżlazzjoni u Portal ta’ Informazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka
Deskrizzjoni
Dan il-portal jipprovdi lill-professjonisti u lill-pubbliku inġenerali b’aċċess elettroniku għal-liġi applikabbli u l-informazzjoni rilevanti kollha rigward il-liġi. Hu jipprovdi l-leġiżlaturi b’għodod leġiżlattivi effettivi wkoll.
Il-portal jippermetti wkoll lill-pubbliku sabiex jiffamiljarizza ruħu mal-abbozzi proponuti u jieħu rwol attiv fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet bl-użu ta’ għodod għall-kummenti. Wieħed mill-akbar vantaġġi tas-sistema, madankollu, hi l-pubblikazzjoni ta’ sett ta’ verżjonijiet ta’ promulgazzjonijiet legali. Din tippermetti lill-utenti li jsiru faċilment familjari ma’ bidliet u emendi numerużi. Barra minn hekk, din is-sistema tippermetti li wieħed juri, jipprintja jew inkella jipproċessa l-kontenut ta’ promulgazzjoni legali fil-forom sussegwentement emendati tagħha.
Strumenti legali
Il-portal jinkludi l-moduli li ġejjin:
- Kollezzjoni elettronika – verżjoni elettronika tal-Kollezzjoni tal-Liġijiet tar-Repubblika Slovakka b’verżjonijiet PDF iffirmati b’mod elettroniku tal-atti legali b’kontenut legalment vinkolanti; din tinkludi wkoll arkivju b’fajls ikkompressati tal-Kollezzjoni tal-Liġijiet tar-Repubblika Slovakka mill-1918 ’l hawn
- Leġiżlazzjoni elettronika – il-funzjoni ewlenija hi li tipprovdi lill-utenti b’aċċess għall-proċess tat-tfassil tal-liġijiet matul kull stadju minn dak tat-tħejjija għall-pubblikazzjoni fil-Kollezzjoni tal-Liġijiet tar-Repubblika Slovakka
- Teżawru tal-Liġi Slovakka – dizzjunarju ta’ termini legali użati fis-sistema tal-liġi tar-Repubblika Slovakka
- Liġi tal-UE – tippermetti li l-utenti tagħha jfittxu jew jibbrawżjaw il-leġiżlazzjoni tal-UE
- Regolamenti ta’ implimentazzjoni – jipprovdu l-miżuri promulgati minn ministeri u minn uffiċċji tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali oħrajn
- Kollezzjonijiet dipartimentali – kollezzjonijiet maħruġa mill-ministeri magħżula
- Ġurisprudenza tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka u tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka
- Sentenzi u deċiżjonijiet mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
- Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
- Deċiżjonijiet tal-qrati ġenerali Slovakki
Agħżel wieħed mill-pajjiżi biex issib atti legali jew issir taf aktar dwar is-sistema legali tiegħu.
Fittex f’iktar minn pajjiż wieħed fl-istess ħin.