Is-Sistema Legali Pollakka

Is-Sistema Legali Pollakka

Ipprintja din il-paġna
Internetowy System Aktóv Prawnych

Deskrizzjoni

Il-Bażi tad-Dejta Legali Onlajn (Internetowy System Aktów Prawnych – ISAP) hi aċċessibbli mill-websajt tas-Sejm (il-Kamra tad-Deputati tal-Parlament Pollakk). Hi tinkorpora testijiet aġġornati regolarment ta' atti legali, ippubblikati kemm fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Liġijiet tar-Repubblika Pollakka, (Dziennik Ustaw) jew fil-Monitur Pollakk(Monitor Polski) flimkien mal-avviżi biblijografiċi tagħhom. Il-bażi tad-dejta ISAP ma tinkorprax madankollu l-liġi tal-gvern lokali lanqas il-liġi interna). Mill-1 ta' Jannar, 2012 kemm il-Ġurnal Uffiċċjali kif ukoll il-Monitur Pollakk huma disponibbli f'verżjoni elettronika.

L-atti legali – kemm dawk ippromulgati kif ukoll it-testi konsolidati – huma ppubblikati fil-bażi tad-dejta tal-ISAP bħala fajls PDF. L-atti legali ppubblikati biss fil-Ġurnal Uffiċjali jew il-Monitur Pollakk jikkostitwixxu sors leġittimu ta' liġi fil-Polonja. Għalhekk, il-verżjonijiet elettroniċi ta' atti legali disponibbli mill-bażi tad-dejta għandhom jitqiesu bħala materjal informattiv. Dawn il-pubblikazzjonijiet ma jikkostitwixxux sors leġittimu ta' liġi fil-Polonja.

Strumenti legali

Is-sorsi tal-liġi Pollakka jinqasmu f'żewġ kategoriji, jiġifieri l-liġi universalment vinkolanti u l-liġi interna.

  • Il-liġi universalment vinkolanti tinkludi:
    • il-Kostituzzjoni tat-2 ta' April 1997 – il-liġi suprema fil-Polonja (il-verżjoni Ingliża tagħha tinsab fil-websajt tas-Sejm)
    • il-ftehimiet internazzjonali ratifikati
    • l-istatuti (ustawa) – sors fundamentali ta' liġi Pollakka mgħoddija mis-Sejm
    • ir-regolamenti (rozporządzenie) – atti eżekuttivi mgħoddija mill-entitajiet awtorizzati tal-istatuti (jiġifieri l-President, il-Prim Ministru, il-Kunsill tal-Ministri, ministri u l-Kunsill Nazzjonali tax-Xandir)
    • il-liġi tal-gvern lokali – l-atti mgħoddija mill-gvern lokali mogħti s-setgħa bid-dispożizzjonijiet tal-istatuti u fl-ambiti preskritti tagħhom; is-saħħa vinkolanti tagħhom testendi biss għat-territorju tal-ġurisdizzjoni tal-gvern lokali
  • Il-liġi interna, p.e. ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri (uchwała Rady Ministrów), l-ordnijiet tal-President (zarządzenie Prezydenta), l-ordinijiet tal-Prim Ministru (zarządzenie Prezesa Rady Ministrów) – atti ta' natura interna; dawn jorbtu biss lill-unitajiet organizzazzjonali li huma subordinati għall-awtorità tal-ħruġ.
Pajjiżi tal-UE

N-Lex joffri punt uniku ta’ aċċess għal bażijiet ta’ dejta tal-liġi nazzjonali fil-pajjiżi individwali tal-UE.

Agħżel wieħed mill-pajjiżi biex issib atti legali jew issir taf aktar dwar is-sistema legali tiegħu.
Pajjiżi MHUX tal-UE

N-Lex jipprovdi links u deskrizzjonijiet ta’ siti web ta’ pajjiżi mhux tal-UE.