Il-liġi Litwana

Il-liġi Litwana

Ipprintja din il-paġna

Lietuvos Respublikos Seimas

Deskrizzjoni

il-Parlament

Is-Seimas ­huwa l-Parlament Litwan. Is-sit web tiegħu jispjega:

  • kif jaħdem
  • l-istorja tiegħu
  • il-membri u l-gruppi politiċi
  • il-kumitati u l-kummissjonijiet
  • ir-relazzjonijiet pubbliċi u internazzjonali
  • l-aċċess għal-liġijiet.

Liġi onlajn

Il-liġi Litwana onlajn – test sħiħ tal-liġijiet Litwani, bl-Ingliż, inklużi:

  • atti legali adottati mis-Seimas u l-istutuzzjonijiet ta' taħtu, mill-gvern nazzjonali, il-muniċipalitajiet, il-qrati, u ħafna istituzzjonijiet oħra
  • Il-Kostituzzjoni Litwana 1992
  • Il-Kodiċi Ċivili u il-Kodiċi tax-Xogħol

Traduzzjonijiet bl-Ingliż mhux spiss jinstabu għal kodiċi oħra, jew għal emendi u supplementi.

Pubblikazzjonijiet

  • Atti legali mill-1993 'l quddiem jiġu ppubblikati uffiċjalment fil-Valstybės žinios (Ġurnal Uffiċjali).
  • Id-Dar tal-Pubblikazzjoni tas-Seimas tippubblika ġabra ta' dokumenti legali Litwani – Lietuvos Respublikos Seimo dokumentų rinkinys (1991- ) – li jinkludi liġijiet bażiċi, digrieti Presidenzjali, kif ukoll sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali, u l-atti mhux regulatorji tas-Seimas (peż. reżoluzzjonijiet) u r-reżoluzzjonijiet tal-Board tas-Seimas.
  • Atti tal-liġi li jirregolaw l-attivitajiet tal-banek tal-Litwanja – ippubblikati 3 darbiet fis-sena mill-Bank tal-Litwanja u attwalment disponibbli għal min hu rreġistrat.

Tipi ta’ Liġijiet

  • Kostituzzjoni (Lietuvos Respublikos Konstitucija) – adottata miċ-ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja fir-Referendum tal-25 ta' Ottubru 1992; daħlet fis-seħħ fit-2 ta' Novembru 1992.
  • Liġijiet kostituzzjonali (konstitucinis įstatymas)
  • Liġijiet (įstatymas)
  • Reżoluzzjonijiet (nutarimas) tas-Seimas (il-Parlament) u tal-Gvern (Vyriausybė)
  • Digrieti Presidenzjali (dekretas)
  • Ordnijiet/Atti (įsakymas, aktas, eċċ.) ta' istituzzjonijiet governattivi oħra u awtoritajiet muniċipali lokali.

Fis-sistema legali Litwana, il-korp prinċipali tal-liġi huwa statutorju. Fergħat sostantivi tal-Liġi huma kkodifikati fil-kodiċi.

Pajjiżi tal-UE

N-Lex joffri punt uniku ta’ aċċess għal bażijiet ta’ dejta tal-liġi nazzjonali fil-pajjiżi individwali tal-UE.

Agħżel wieħed mill-pajjiżi biex issib atti legali jew issir taf aktar dwar is-sistema legali tiegħu.
Pajjiżi MHUX tal-UE

N-Lex jipprovdi links u deskrizzjonijiet ta’ siti web ta’ pajjiżi mhux tal-UE.