Skip to main content

[mt] ANNESS I - ĊERTIFIKAT LI GĦANDU JINĦAREĠ MILL-QORTI WARA DEĊIŻJONI LI TIRRIFJUTA R-RITORN TA’ MINURI GĦAL STAT MEMBRU IEĦOR ABBAŻI BISS TAL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 13(1), JEW TAL-ARTIKOLU 13(2), JEW IT-TNEJN, TAL-KONVENZJONI TAL-AJA TAL-1980 (1)

  • Current Ibda
  • Stadju 2
  • Stadju 3
  • Stadju 4
  • Stadju 5
  • Complete

ANNESS I

ĊERTIFIKAT LI GĦANDU JINĦAREĠ MILL-QORTI WARA DEĊIŻJONI LI TIRRIFJUTA R-RITORN TA’ MINURI GĦAL STAT MEMBRU IEĦOR ABBAŻI BISS TAL-PUNT (B) TAL-ARTIKOLU 13(1), JEW TAL-ARTIKOLU 13(2), JEW IT-TNEJN, TAL-KONVENZJONI TAL-AJA TAL-1980 (1)

(l-Artikolu 29(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2019/1111 (2))

Informazzjoni għall-persuni li jirċievu dan iċ-ċertifikat għall-finijiet tal-Artikolu 29(5) tar-Regolament Jekk fid-data tad-deċiżjoni li tirrifjuta r-ritorn tal-minuri, indikata fil-punt 3 hawn taħt, l-ebda proċedimenti fuq il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja ma jkunu għadhom pendenti fl-Istat Membru fejn il-minuri kien abitwalment residenti immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma illegali, għandek il-possibbiltà li tinvoka qorti f’dak l-Istat b’applikazzjoni dwar il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja f’konformità mal-Artikolu 29(5) tar-Regolament. Jekk il-qorti tiġi invokata fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni li tirrifjuta r-ritorn tal-minuri, kwalunkwe deċiżjoni li tirriżulta minn dawk il-proċedimenti dwar il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja li tinvolvi r-ritorn tal-minuri lejn dak l-Istat Membru tkun infurzabbli fi kwalunkwe Stat Membru ieħor f’konformità mal-Artikolu 29(6) tar-Rgolament, mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura speċjali u mingħajr ebda possibbiltà li jkun hemm oppożizzjoni għar-rikonoxximent tagħha dment u sal-punt li ma jinsabx li tkun teżisti irrikonċiljabbiltà ma’ deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 50 tar-Rgolament, sakemm ikun inħareġ ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 47 għad-deċiżjoni. Jekk il-qorti tiġi invokata wara li jkunu skadew it-tliet xhur, jew il-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikat f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament ma jkunux sodisfatti, id-deċiżjoni riżultanti dwar il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja tiġi rikonoxxuta u infurzata fi Stati Membri oħra f’konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tar-Regolament. Il-parti li tinkova lill-qorti tal-Istat Membru fejn il-minuri kien abitwalment residenti immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma illegali għandha tippreżenta lil dik il-qorti id-dokumenti li ġejjin: (a) kopja tad-deċiżjoni li tirrifjuta r-ritorn tal-minuri; (b) dan iċ-ċertifikat; u (c) fejn ikun applikabbli, traskrizzjoni, sommarju jew minuti tas-seduta kif indikat fil-punt 4.1.

Informazzjoni għall-qorti li tirċievi dan iċ-ċertifikat għall-finijiettal-Artikolu 29(3) tar-Regolament (3) Dan iċ-ċertifikat inħareġ minħabba li l-minuri indikat(i) fil-punt 5 hawn taħt ġie/ġew trasferiti illegalment lejn l-Istat Membru tal-qorti li ħarġet dan iċ-ċertifikat, jew inżamm(u) illegalment fih. Il-proċedimenti għar-ritorn tal-minuri skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 ġew ippreżentati minħabba li l-persuna indikata fil-punt 6.1 hawn isfel sostniet li t-tneħħija jew iż-żamma tal-minuri kienet ksur tad-drittijiet ta’ kustodja u fil-waqt tat-tneħħija jew taż-żamma dawk id-drittijiet kienu fil-fatt eżerċitati, konġuntament jew unikament, jew kienu jiġu hekk eżerċitati li kieku ma seħħitx it-tneħħija jew iż-żamma skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Din il-qorti rrifjutat ir-ritorn ta’ wieħed jew aktar mill-minuri soġġetti għall-proċedimenti abbażi biss tal-punt (b) tal-Artikolu 13(1), jew l-Artikolu 13(2), jew it-tnejn, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980. Fejn il-proċedimenti dwar il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja jkunu diġà pendenti fl-Istat Membru fejn il-minuri kien abitwalment residenti immedjatament qabel it-tneħħija jew iż-żamma illegali fil-mument li din il-qorti tat id-deċiżjoni tagħha indikata fil-punt 3 hawn taħt li tirrifjuta r-ritorn ta’ minuri abbażi biss tal-punt (b) tal-Artikolu 13(1), jew tal-Artikolu 13(2), jew tat-tnejn, tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, l-Artikolu 29(3) tar-Regolament jipprevedi li din il-qorti, jekk tkun konxja minn dawk il-proċedimenti, għandha, fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni tagħha, tittrasmetti lill-qorti invokata bi proċedimenti dwar il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja, direttament jew permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali, id-dokumenti segwenti: (a) kopja tad-deċiżjoni tagħha li tirrifjuta r-ritorn tal-minuri; (b) dan iċ-ċertifikat; u (c) fejn ikun applikabbli, it-traskrizzjoni, is-sommarju jew il-minuti tas-seduta kif indikat fil-punt 4.1 u kwalunkwe dokument ieħor li din il-qorti tqis rilevanti kif indikat fil-punt 4.2. Il-qorti invokata bi proċedimenti dwar il-mertu tad-drittijiet ta’ kustodja tista’, fejn ikun meħtieġ, tirrikjedi li parti tipprovdi traduzzjoni jew translitterazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 91 tar-Regolament, tad-deċiżjoni u kwalunkwe dokument ieħor mehmuż ma’ dan iċ-ċertifikat (Artikolu 20(4) tar-Regolament).

1,   STAT MEMBRU TAL-ORIĠINI TAD-DEĊIŻJONI LI TIRRIFJUTA R-RITORN TAL-MINURI* (4)

2,   IL-QORTI LI TAT ID-DEĊIŻJONI U LI QED TOĦROĠ IĊ-ĊERTIFIKAT*

2.3 Tel./fax/e-mail*

3.   DEĊIŻJONI*

4.   DOKUMENTI ADDIZZJONALI (LI JISTGĦU JIĠU KONDIVIŻI MAL-PARTIJIET)*

4.1   Traskrizzjoni, sommarju jew minuti tas-seduta*
4.1   Traskrizzjoni, sommarju jew minuti tas-seduta*
4.2   Kwalunkwe dokument ieħor li l-qorti tqis li hu rilevanti* (5)
4.2   Kwalunkwe dokument ieħor li l-qorti tqis li hu rilevanti* (5)
Issejvja l-abbozzIllowdja l-abbozz